Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0537

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 29 ta' Ġunju 2004 li taħtar is-Segretarju Ġenerali, Rappreżentant Għoli għall-politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, tal-Kunsill ta' l-Unjoni Europea

ĠU L 236, 7.7.2004, p. 16–16 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 103–103 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/10/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/537/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

103


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta' Ġunju 2004

li taħtar is-Segretarju Ġenerali, Rappreżentant Għoli għall-politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, tal-Kunsill ta' l-Unjoni Europea

(2004/537/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 121(2) tiegħu,

Billi s-Segretarju Ġenerali, Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi maħtur,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Javier SOLANA MADARIAGA qed jiġi hawn maħtur Segretarju Ġenerali, Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal perijodu ta' ħames snin b'effett mit-18 ta' Ottubru 2004.

Artikolu 2

Din id-Deċizjoni għandha tiġi nnotifikata lis-Sur Javier SOLANA MADARIAGA mill-President tal-Kunsill.

Għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ġunju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. AHERN


Top