This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0496
2004/496/EC:Council Decision of 17 May 2004 on the conclusion of an Agreement between the European Community and the United States of America on the processing and transfer of PNR data by Air Carriers to the United States Department of Homeland Security, Bureau of Customs and Border Protection
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta' Mejju 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data PNR minn Trasportaturi ta' l-Ajru lill-Uffiċċju tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri fid-Dipartiment tal- Homeland Security ta' l-Istati Uniti
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta' Mejju 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data PNR minn Trasportaturi ta' l-Ajru lill-Uffiċċju tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri fid-Dipartiment tal- Homeland Security ta' l-Istati Uniti
ĠU L 183, 20.5.2004, p. 83–83
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 49–49
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 17/05/2004
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/496/oj
Official Journal L 183 , 20/05/2004 P. 0083 - 0083
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta' Mejju 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data PNR minn Trasportaturi ta' l-Ajru lill-Uffiċċju tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri fid-Dipartiment tal-Homeland Security ta' l-Istati Uniti (2004/496/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300 (2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Fit- 23 ta' Frar 2004 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja, f'isem il-Komunità Ftehim ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data PNR minn Trasportaturi ta' l-Ajru lill-Uffiċċju tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri fid-Dipartiment tal-Homeland Security ta' l-Istati Uniti. (2) Il-Parlament Ewropew ma tax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Kunsill, skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300 (3) tat-Trattat, fid-dawl tal-ħtieġa urġenti li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta' inċertezza li fiha nstabu kumpanniji ta' l-ajru u passiġġieri, kif ukoll li jkunu protetti l-interessi finanzjarji ta' dawk ikkonċernati. (3) Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data PNR minn Trasportaturi ta' l-Ajru lill-Uffiċċju tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri fid-Dipartiment tal-Homeland Security ta' l-Istati Uniti huwa hawnekk approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa hawnekk awtorizzat li jinnomina persuna/i bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f'isem il-Komunità Ewropea. Magħmul fi Brussell, nhar is- 17 ta' Mejju 2004. Għall-Kunsill Il-President B. Cowen -------------------------------------------------- Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data PNR minn trasportaturi ta' l-ajru lill-uffiċċju tad-dwana u tal-protezzjoni tal-fruntieri, fid-Dipartiment tal-Homeland Security ta' l-Istati Uniti IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA, WAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza li jkunu rispettati d-drittijiet u libertajiet fundamentali, partikolarment id-dritt għal ħajja privata, u l-importanza li jkunu rispettati dawn il-valuri fil-prevenzjoni u l-kumbattiment tat-terroriżmu u reati konnessi miegħu u reati gravi oħra ta' natura transnazzjonali, fosthom il-kriminalità organizzata, WARA LI KKUNSIDRAW il-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Uniti li jimponu fuq kull trasportatur ta' l-ajru li jopera trasport bl-ajru ta' passiġġieri minn u lejn l-Istati Uniti fl-ispazju ta' l-ajru barrani li jipprovdi lill-Uffiċċju tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri (Bureau of Customs and Border Protection, minn issa 'l quddiem "CBP") fid-Dipartiment tal-Homeland Security (minn issa 'l quddiem, "DHS") b'aċċess elettroniku għal data ta' Reġistrazzjoni ta' l-Isem tal-Passiġġieri (Passenger Name Record, minn issa 'l quddiem "PNR") b'tali mod li din tkun miġbura u kkonservata fis-sistemi awtomatiċi ta' prenotazzjoni/kontroll tat-tluq, WARA LI KKUNSIDRAW id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, u b'mod partikolari l-Artikolu 7(ċ) tagħha, Wara li kkunsidraw l-Impenji tas-CPB tal- 11 ta' Mejju 2004, li se jiġu ppubblikati fir-Reġistru Federali (minn issa 'l quddiem "l-Impenji"), WARA LI KKUNSIDRAW id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 1799 adottata nhar is- 17 ta' Mejju 2004,, skond l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE, li permezz tiegħu is-CBP huwa meqjus li jipprovdi livell xieraq ta' protezzjoni għal data PNR ittrasferit mill-Komunità Ewropea (minn issa 'l quddiem "il-Komunità") dwar titjiriet lejn jew mill-Istati Uniti skond l-Impenji, li huma annessi magħha (minn issa 'l quddiem "id-Deċiżjoni"), JINNUTAW li trasportaturi ta' l-ajru b'sistemi ta' prenotazzjoni/kontroll tat-tluq imqegħda fit-territorju ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea għandhom jipprovdu għal trasmissjoni ta' data PNR lis-CBP hekk kif dan ikun teknikament possibbli iżda li, sa meta jsir hekk, l-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti għandhom jitħallew aċċess dirett għad-data, skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, JASSERIXXU li dan il-Ftehim ma jikkostitwix preċedent għal kwalunkwe diskussjoni u negozjati fil-futur bejn l-Istati Uniti u l-Komunità Ewropea, jew bejn xi waħda mill-Partijiet u kwalunkwe Stat dwar it-trasferiment ta' kwalunkwe għamla oħra ta' data, WAQT LI KKUNSIDRAW l-impenn taż-żewġ naħat sabiex jaħdmu flimkien sabiex tinstab soluzzjoni xierqa u reċiprokament sodisfaċenti, mingħajr dewmien, dwar l-ipproċessar ta' data ta' l-Advance Passenger Information (API) mill-Komunità lejn l-Istati Uniti, QABLU KIF ĠEJ: 1) Is-CBP jista' jaċċedi elettronikament għad-data PNR mis-sistemi ta' prenotazzjoni/kontroll tat-tluq tat-trasportaturi ta' l-ajru ("is-sistemi ta' prenotazzjoni") imqegħda fit-territorju ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea b'konformità stretta mad-Deċiżjoni u sakemm tibqa' applikabbli d-Deċiżjoni u biss sakemm titpoġġa fil-post sistema sodisfaċenti li tippermetti għat-trasmissjoni ta' tali data mit-trasportaturi bl-ajru. 2) Trasportaturi bl-ajru li joperaw titjiriet ta' passiġġieri fl-ispazju ta' l-ajru barrani lejn u mill-Istati Uniti għandhom jipproċessaw id-data PNR ikkonservata fis-sistemi ta' prenotazzjoni awtomatika kif meħtieġ mis-CBP skond il-liġi ta' l-Istati Uniti u f'konformità stretta mad-Deċiżjoni u sakemm tibqa' applikabbli d-Deċiżjoni. 3) Is-CBP jieħu nota tad-Deċiżjoni u jiddikjara li huwa qiegħed jimplimenta l-Impenji annessi magħha. 4) Is-CBP għandu jipproċessa d-data PNR riċevuta u jitratta lil min ikun is-suġġett tad-data hekk ipproċessata skond il-liġijiet applikabbli u r-rekwiżiti kostituzzjonali ta' l-Istati Uniti, mingħajr diskriminazzjoni illegali, b'mod partikolari abbażi ta' nazzjonalità u tal-pajjiż ta' residenza. 5) Is-CBP u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jirrevedu flimkien u regolarment l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. 6) Fil-każ li tiġi mplimentata fl-Unjoni Ewropea sistema ta' identifikazzjoni ta' passiġġieri ta' l-ajru li tirrikjedi li trasportaturi ta' l-ajru jipprovdu lill-awtoritajiet b'aċċess għal data PNR għal persuni li l-itinerarju tal-vjaġġ attwali tagħhom jinkludi titjira lejn jew mill-Unjoni Ewropea, id-DHS għandu, sa fejn hu prattikabbli u strettament abbażi ta' reċiproċità, jippromwovi attivament il-kooperazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru fil-ġurisdizzjoni tiegħu. 7) Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta jiġi ffirmat. Kull Parti tista' ttemm dan il-Ftehim fi kwalunkwe żmien b'notifika preżentata permezz tal-kanali diplomatiċi. It-terminazzjoni għandha tieħu effett disgħin (90) ġurnata mid-data tan-notifika ta' terminazzjoni lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat fi kwalunkwe żmien permezz ta' ftehim reċiproku bil-miktub. 8) Dan il-Ftehim ma huwiex intiż li jidderoga minn jew jemenda l-liġi tal-Partijiet; dan il-Ftehim lanqas ma joħloq jew jikkonferixxi xi dritt jew benefiċċju lil xi persuna jew entità privata jew pubblika oħra. Iffirmat fi …, … (data) Dan il-Ftehim huwa mfassal f' duplikat biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiċi. F'każ ta' diverġenzi, il-verżjoni Ingliża għandha tipprevali. għall-komunità Ewropea … … for the United States of America Tom Ridge Segretarju tad-Dipartiment tal-Homeland Security ta' l-Istati Uniti --------------------------------------------------