EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0455

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2004 adattazzjoni tad-Deċiżjoni 2003/322/KE li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba l-adeżjoni ta’ Ċipru fir-rigward ta’ tmigħ ta’ ċerti għasafar nekrofagi b’ċerti materjali ta’ Kategorija 1. (innotifikat taħt id-dokument bin-numru K(2004) 1682)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 156, 30.4.2004, p. 49–54 (IT)
ĠU L 156, 30.4.2004, p. 46–48 (ES)
ĠU L 156, 30.4.2004, p. 47–49 (DE, EL, PT)
ĠU L 156, 30.4.2004, p. 42–45 (NL)
ĠU L 156, 30.4.2004, p. 39–41 (FI, SV)
ĠU L 156, 30.4.2004, p. 45–47 (FR)
ĠU L 156, 30.4.2004, p. 50–52 (DA)
ĠU L 156, 30.4.2004, p. 41–43 (EN)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2011; Impliċitament imħassar minn 32011R0142

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/455/oj

32004D0455



Official Journal L 156 , 30/04/2004 P. 0045 - 0047


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta’ April 2004

adattazzjoni tad-Deċiżjoni 2003/322/KE li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba l-adeżjoni ta’ Ċipru fir-rigward ta’ tmigħ ta’ ċerti għasafar nekrofagi b’ċerti materjali ta’ Kategorija 1.

(innotifikat taħt id-dokument bin-numru K(2004) 1682)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/455/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u b’mod partikolari l-Artikolu 57(1) tiegħu,

Billi:

(1) Għal ċerti atti li jibqgħu validi wara l-1 ta’ Mejju 2004 u li minħabba l-adeżjoni jeħtieġu adattament, liema adattamenti neċessarji ma ġewx previsti fl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003, jew kienu previsti imma riedu adattamenti oħra. L-adattamenti kollha jkunu applikabbli mis-seħħ ta’ l-adeżjoni jekk kienu adottati minn qabel.

(2) Skond l-Artikolu 57(2) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, adattamenti bħal dawn iridu jiġu adottati mill-Kummissjoni fil-każijiet kollha fejn il-Kummissjoni adottat l-att oriġinali.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi r-regoli tas-saħħa dwar prodotti sekondarji minn annimali mhux maħsuba għall-konsum mill- bniedem [1] jagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri permezz ta’ deroga għar-restrizzjonijiet applikabbli fuq l-użu ta’ prodotti sekondarji minn annimali preskritti f’dak ir-Regolament biex awtorizzaw it-tmigħ b’ċertu materjal ta’ Kategorija 1 lill-ispeċi ta’ għasafar nekrofagi protteta jew ipperikolata.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/322/KE [2] telenka l-Istati Membri awtorizzati li jagħmlu użu minn dik il-possibbiltà, l-ispeċi ta’ għasafar nekrofagi li jistgħu jintemgħu b’materjal ta’ Kategorija 1, u r-regoli implimentati ta’ kif għandu jseħħ it-tmigħ.

(5) Ċipru ssottometta talba għall-awtorizzazzjoni biex jitma' ċertu speċi ta’ għasafar nekrofagi b’ċertu materjal ta’ Kategorija 1 u ssottometta informazzjoni sodisfaċenti li jikkonċerna l-okkorenza ta’ dawn l-ispeċi fuq it-territorju tiegħu kif ukoll il-miżuri ta’ sigurtà li jittieħdu waqt it-tmigħ ta’ dawn l-għasafar bi prodotti sekondarji minn annimali ta’ Kategorija 1.

(6) Id-Deċiżjoni numru 2003/322/KE għandha, għalhekk tiġi emendata skond dan.

(7) Il-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali hu infurmat b’dawn il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2003/322/KE hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1 hu mibdul b’li ġej:

"Artikolu 1

L-implimentazzjoni tar-regoli ta’ tmigħ ta’ l-għasafar nekrofagi b’materjal ta’ Kategorija 1

Skond l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru u l-Portugal jistgħu jawtorizzaw l-użu tal-ġisem kollu ta’ l-annimali mejta li fihom materjal riskjuż speċifiku kif imsemmi fl-Arikolu 4(1)(b)(ii) ta’ dak ir-Regolament għat-tmigħ ta’ l-ispeċi ta’ għasafar nekrofagi protteta jew ipperikolata bħalma hu dikjarat f’Parti A ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni."

2. L-Artikolu 4 hu mibdul b’li ġej:

"Artikolu 4

Konformità mill-Istati Membri

L-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru u l-Portugal immedjatament iridu jieħdu l-miżuri neċessarji meħtieġa biex jikkonformu ma’ din id-Deċiżjoni u jridu jippubblikaw dawk il-miżuri. Għandhom immedjatament jgħarrfu lill-Kummisssjoni b’dan."

3. L-Artikolu 6 hu mibdul b’li ġej:

"Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’Ċipru u lir-Repubblika tal-Portugal."

4. Fl-Anness, fil-Parti A, jiżdied il-punt (f) li ġej:

"(f) Fil-każ ta’ Ċipru: l-avultun iswed (Aegypius monachus) u s-seqer grifun (Gyps fulvus)."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd bla ħsara u mid-data ta’ dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 273, ta’ l-10.10.2002, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat minn Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 808/2003 (ĠU L 117, tat-13.5.2003,pġ. 1).

[2] ĠU L 117, tat-13.05.03, pġ. 32.

--------------------------------------------------

Top