Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0431

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2004 li tapprova ċerti pjani ta' kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 1969)Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 154, 30.4.2004, pp. 40–42 (DE, FR, NL, FI, SV)
ĠU L 154, 30.4.2004, pp. 39–41 (ES, DA, EL, IT, PT)
ĠU L 154, 30.4.2004, pp. 41–43 (EN)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32007D0019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/431/oj

32004D0431



Official Journal L 154 , 30/04/2004 P. 0040 - 0042


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta' April 2004

li tapprova ċerti pjani ta' kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 1969)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/431/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 22(3) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 1999/246/KE tat-30 ta Marzu 1999 li tapprova ċerti pjani ta' kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer [2], approvat dawn il-pjani ta' kontinġenza għall-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit.

(2) Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ssottomettew lill-Kummissjoni pjani ta' kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer sabiex tapprovahom.

(3) Dawn il-pjani ta' kontinġenza jwettqu l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2001/89/KE u, bla ħsara għal aġġornament regolari u implimentazzjoni effettiva, jippermettu li jinkiseb il-għan mixtieq.

(4) Il-pjani ta' kontinġenza ssottomessi mill-Istati Membri l-ġodda għandhom għalhekk jiġu approvati.

(5) Il-miżuri pprovvduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pjani ta kontinġenza għall-kontroll tal-marda klassika tal-ħnieżer issottomessi mill-Istati Membri l-ġodda elenkati fl-Anness huma approvati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussefl, id-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 316, ta’ l-1.12.2001, pġ.5. Deċiżjoni kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

[2] ĠU L 93, tat-8.4.1999, pġ.24. Deċiżjoni kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 2000/113/KE (ĠU L 33, tat-8.2.2000, pġ.23).

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-Lista ta' l-Istati Membri l-ġodda riferiti fl-Artikolu 1

Il-Kodiċi | Il-Pajjiż |

CY | Ċipru |

CZ | Ir-Repubblika Ċeka |

EE | L-Estonja |

HU: | L-Ungerija |

LV | Il-Latvija |

LT | Il-Lituwanja |

MT: | Malta |

PL | Il-Polonja |

SI | Is-Slovenja |

SK | Is-Slovakja |

--------------------------------------------------

Top