Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0424

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Amministrazzjoni Speċjali tar-Reġjun tal-Makaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni

    ĠU L 143, 30.4.2004, p. 97–98 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/424/oj

    Related international agreement

    32004D0424



    Official Journal L 143 , 30/04/2004 P. 0097 - 0098


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal-21 ta' April 2004

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Amministrazzjoni Speċjali tar-Reġjun tal-Makaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni

    (2004/424/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, partikolarment l-Artikolu 63(3)(b), flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi:

    (1) Il-Kummissjoni, li taġixxi f'isem il-Komunità Ewropea, innegozjat Ftehim ma' l-Amministrazzjoni Speċjali tar-Reġjun tal-Makaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni.

    (2) Dan il-Ftehim kien iffirmat, f'isem il-Komunità Ewropea, fit-13 ta' Ottubru 2003 suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data iżjed ‘il quddiem.

    (3) Dan il-Ftehim għandu jkun approvat.

    (4) Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat ta' Ammissjoni mill-Ġdid li jista' jieħu deċiżjonijiet li jkollhom effett legali. Huwa għalhekk neċessarju li jkun speċifikat min jirrapreżenta lill-Komunità f'dan il-Kumitat u li tkun provvduta proċedura li tistabilixxi kif il-posizzjoni tal-Komunità għandha tkun adottata.

    (5) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jkollu parti fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    (6) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, l-Irlanda m'hiex tieħu parti fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u m'hiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

    (7) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tiħux parti fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u m'hiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Amministrazzjoni Speċjali tar-Reġjun tal-Makaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni u d-Dikjarazzjonijiet annessi miegħu huma hawnhekk approvati f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika provvduta minn l-Artikolu 20(2) ta' dan il-Ftehim [2].

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, għandha tirrapreżenta lill-Komunità fil-Kumitat ta' Ammissjoni mill-Ġdid stabbilit minn l-Artikolu 17 tal-Ftehim.

    Artikolu 4

    Il-posizzjoni tal-Komunità fil-Kumitat ta' Ammissjoni mill-Ġdid dwar l-adozzjoni tar-regoli tal-proċedura tiegħu kif mitlub minn l-Artikolu 17(5) tal-Ftehim għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma' kumitat speċjali nominat mill-Kunsill.

    Għad-deċiżjonijiet l-oħra kollha tal-Kumitat ta' Ammissjoni mill-Ġdid, il-posizzjoni tal-Komunità għandha tkun adottata mill-Kunsill, li jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fil-21 ta' April 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Walsh

    [1] Opinjoni mogħtija fis-26 ta' Frar 2004 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] Id-data tal-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

    --------------------------------------------------

    Top