EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0417

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2004 li tikkonċerna l-kontribuzzjonijiet finanzjarja mill-Komunità lejn il-Konferenza OIE rwar il-marda tar-rabbja fl-Ewropa u l-Asja Ċentrali matul il-2004 (notifikata permezz ta' dokument numru K(2003) 1619)

ĠU L 151, 30.4.2004, p. 82–83 (DA, SV)
ĠU L 151, 30.4.2004, p. 83–84 (IT, NL)
ĠU L 151, 30.4.2004, p. 85–86 (EL, FI)
ĠU L 151, 30.4.2004, p. 84–85 (DE, FR, PT)
ĠU L 151, 30.4.2004, p. 81–82 (EN)
ĠU L 151, 30.4.2004, p. 86–87 (ES)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/417/oj

32004D0417



Official Journal L 151 , 30/04/2004 P. 0084 - 0085


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta' April 2004

li tikkonċerna l-kontribuzzjonijiet finanzjarja mill-Komunità lejn il-Konferenza OIE rwar il-marda tar-rabbja fl-Ewropa u l-Asja Ċentrali matul il-2004

(notifikata permezz ta' dokument numru K(2003) 1619)

(2004/417/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/424/KEE tad-26 ta' Ġunju 1990 in-nefqa fil-qasam veterenarju (1), u partikolarment l-Artikoli 20 tagħha,

Billi:

(1) Permezz tad-Deċożjoni 90/424/KEE il-Komunità għandha torganizza jew tgħin lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni tal-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità u għall-iżvilupp ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ veterinarju.

(2) Il-Office International des Epizooties (OIE) (l-Uffiċju Internazzjonali ta' l-Epiżotoloġija) flimkiem maż-żewġ laboratorji OIE Ewropej ta' referenza FCRV-Wusterhausen u AFSSA-Nancy kienu ħadu l-inizjattiva li jorganizzaw Konfernza fuq skala kbira dwar il-marda tar-rabbja fl-Ewropa u l-Asja Ċentrali. Din il-Konferenza għandha tiffoka fuq l-iżviluppi xjentifiċi ġodda fil-qasam tad-djanjożi tal-mardja tar-rabbja, l-epidemjoloġija u l-vaċċina u l-aspetti prattiċi tal-kontroll tal-marda.

(3) Il-Komunità kienet, għal kważi 10 snin, għamlet kontribuzzjonijiet finanzjarji, lejn il-programmi għall-eradikazzjoni tal-marda tar-rabbja fl-Istati Membri nfettati, permezz tad-Deċiżjoni 90/424/KEE. Bħala riżultat ta' dik il-miżura, il-marda kienet kważi ġiet eradikata kompletament matul it-territorju tal-Komunità. B'dana kollu, il-programmi huma l-istess miżmuma fir-reġjuni tad-dintroni ta' ċerti Stati li Jissieħbu u f'pajjiżi terzi.

(4) Fil-2003 kien ġie deċiż li jkun hemm ko-finanzjamemnt, fi ħdan il-programm Phare, il-programmi tal-kontroll tal-marda tar-rabbja, fl-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Islovenja. Dawk il-kampanji għandhom jibdew fl-2004 u jibgħu fis-seħħ sal-2006.

(5) Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-marda tar0rabbja fir-Repubblika Ċeka u fl-Islovenja għas-sena 2004 kienu ġew approvati u mogħtija kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/849/KE (2).

(6) Kwalunkwe azzjoni li tista tiffaċilita deċiżjonijiet tal-istrateġija favur it-tħeġġiġ tal-kontroll tal-marda tar-rabbja fil-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Vant u fl-Asja Ċentrali għandha tkun inkorraġita.

(7) Konferenza dwar il-kontroll tal-marda tar-rabbja li tista tirriżulta f'titjib fl-istrateġiji fis-seħħ u fit-titjib ta' l-informazzjoni lejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Ewropa tal-Vant u fl-Asja Ċentrali għandha tagħmel kontribuzzjoni utili u l-Komunità għandha sussegwentament toffri appoġġ lejn l-organizzazzjoni ta' dik il-konferenza.

(8) Il-pubblikazzjoni u d-dissiminazzjoni mill-Komunità ta' metrjali tekniċi u xjentifiċi relatati mall-konferenza OIE dwar il-marda tar-rabbja fl-Ewropa u l-Asja Ċentrali f'Diċembru 2004 għandha tikkontribwixxi għal aktar żvilupp tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità u ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ veterinarju.

(9) Ir-riżirsi finanzjarji meħtieġa għall-kontribuzzjoni tal-Komunità lejn il-Konferenza OIE dwar il-marda tar-rabbja, f'Diċembru 2004, għandhom għalhekk ikunu fornuti.

(10) Din il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun mogħtija bil-kondizzjoni li l-konferenza tkun attwalment imwettqa skond kif ippjanat.

(11) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u tas-Saħħa ta' l-Annimali.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

L-azzjoni li jkunu ippublikati u dissiminati l-materjali tekniċi u xjentifiċi relatati mal-konferenza OIE dwar il-marda tar-rabbja fl-Ewropa u l-Asia Ċentrali f'Diċembru 2004, li għandha tkun iffinanzjata mil-linja tal-budget 17.04.02 tal-budget ta' l-Unjoni Ewropea għall-2004 għal ammont massimu ta' EUR 50000 huwa b'dan approvat.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

--------------------------------------------------

Top