This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0414
2004/414/EC:Commission Decision of 28 April 2004 amending Commission Decision 2003/779/EC as regards the animal health conditions and veterinary certification for animal casings transiting or being temporarily stored in the Community
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/KE f'dak li tirrigwardja l-kondizzjomnijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tal-karkassi ta' l-annimali li jkunu fi transitu jew temporanjament maħżuna fil-Komunità (notifikata permezz ta' dokument numru K(2003) 1561)Test b'rilevanza għall-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/KE f'dak li tirrigwardja l-kondizzjomnijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tal-karkassi ta' l-annimali li jkunu fi transitu jew temporanjament maħżuna fil-Komunità (notifikata permezz ta' dokument numru K(2003) 1561)Test b'rilevanza għall-ŻEE
ĠU L 151, 30.4.2004, p. 65–72
(DE, FR, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
ĠU L 151, 30.4.2004, p. 64–71
(IT, NL)
ĠU L 151, 30.4.2004, p. 66–73
(ES, EL, FI)
ĠU L 151, 30.4.2004, p. 62–69
(DA, EN)
ĠU L 151, 30.4.2004, p. 63–70
(SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R2235
Official Journal L 151 , 30/04/2004 P. 0065 - 0072
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/KE f'dak li tirrigwardja l-kondizzjomnijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tal-karkassi ta' l-annimali li jkunu fi transitu jew temporanjament maħżuna fil-Komunità (notifikata permezz ta' dokument numru K(2003) 1561) (Test b'rilevanza għall-ŻEE) (2004/414/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali għall-konsum uman [1], u partikolarment l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 9(2)(b) u (4)(c) tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE [2] tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fi, u l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti li mhumiex suġġetti għall-imsemmija għall-ħtiġiet stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità referuti fl-Anness A(I), tad-Direttiva 89/662/KEE u, rigward il-patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/KE [3] tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterenarja għall-importazzjoni tal-karkassi ta' l-annimali minn ċerti pajjiżi terzi. (3) Id-Direttiva tal-Kumsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji tal-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [4] u ċerti dispożizzjonijiet għat-transitu li diġa hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 11 bħal ma huma l-messaġġi ANIMO u d-dokument veterinarju komuni tad-dħul. (4) B'dana kollu, huwa meħtieġ sabiex tkun salvagwardjata s-sitwazzjoni dwar il-mard fil-Komunità li jkun aktar assigurat li l-konsenji tal-karkassi ta' l-annimali li jkunu fi transitu matul il-Komunità, ikun konformi mal-kondizzjonijiet ta' l-importazzjoni dwar is-saħħa ta' l-annimal li huma applikabbli għall-pajjiżi awtorizzati. (5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [5] tħejji lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika, u l-kondizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u tal-laħam frisk tagħhom, kienet reċentament ġiet emendata sabiex tinkludi kondizzjonijiet ġenerali tat-transitu u tagħti deroga għal transitu bejn ir-Russja b'referenza għall-postijiet speċifiċi tal-ispezzjoni fil-fruntiera li huma innomati għal dan l-iskop ta' l-aħħar. (6) Fid-dawl ta' l-esperjenza, jidher li l-preżentazzjoni fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera, bis-saħħa ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE, tad-dokumenti veterinarji oriġinali stabbiliti fil-pajjiż terz ta' l-esportazzjoni sabiex iwettqu l-ħtiġiet regolatorji tal-pajjiż terz tad-destinazzjoni, ma humiex suffiċjenti ħalli jassiguraw li l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali meħtieġa għall-introduzzjoni mingħajr periklu fit-territorju tal-Komunità tal-prodotti ikkonċernati huma effettivament sodisfatti; huwa għalhekk xieraq li jkun stabbilit mudell speċifiku taċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali li għandu jkun użat f'sitwazzjonijiet ta' transitu għall-prodotti ikkonċernati. (7) B'dana kollu, kondizzjonijiet speċifiċi għal transitu via il-Komunità ta' konsenji lejn u mir-Russja għandhom ikunu previsti minħabba s-sitwazzjoni ġeografika ta' Kaliningrad u billi jkunu meqjusa l-problemi klimatiċi li jfixklu l-użu ta' uħud mill-portijiet f'ċerti żminijiet tas-sena. (8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE [6] tħejji lista tal-postijiet tal-ispezzjoni fil-fruntieri kif mifthiema dwar il-verifiki veterinarji fuq l-annimali u l-prodotti ta' l-annimali minn pajjiżi terzi u huwa xieraq li jkunu speċifikati l-postijiet tal-ispezzjoni fil-fruntiera innomati għall-kontroll ta' tali transitu billi tkun meqjusa din id-Deċiżjoni. (9) Huwa f'waqqtu li jkun emendat iċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni tal-karkassi ta' l-annimali sabiex ikun jirrefletti l-format stabbilit fiċ-ċertifikati l-oħrajn. (10) Id-Deċiżjoni 2003/779/KEE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq. (11) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/EC hija emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-karkassi ta' l-annimali li jkun ġejjin minn kwalunkwe pajjiż terz akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa kif stabbilit fl-Anness I A, li għandu jkun jikkonsisti minn folja waħda u għandu jkun mimli f'mill-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li jwettaq il-kontroll ta' l-importazzjoni." 2. L-Artikolu 1a li ġej huwa miżjud: "L-Artikolu 1a L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-konsenji tal-karkassi ta' l-annimali intiżi għall-konsum uman introdotti fit-territorju tal-Komunità u li huma destinati għal pajjiż terz jew bħala transitu immedjetament jew inkella wara ħażna skond l-Artikoli 12(4) jew 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ma jkunux intiżi għall-importazzjoni ġewwa l-KE u għandhom ikunu konformi ma' dawn il-ħtiġiet li ġejjin: (a) għandhom jilħqu l-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa kif elenkati fiċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali kif imħejji fl-Anness I A; (b) għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali stabbilit bi qbil mal-mudell elenkat fl-Anness I B, iffirmat mill-veterinarju uffiċjali tas-servizzi veterinarji kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat. (ċ) ikunu ċertifikati bħala aċċettabbli għat-transitu u l-ħażna (kif applikabbli) fuq id-Dokument Veterinarju Komuni tad-Dħul mill-Veterinarju Uffiċjali tal-Post tal-Ispezzjoni fuq il-Fruntiera ta' l-introduzzjoni" 3. L-Artikolu lb li ġej huwa miżjud: "L-Artikolu 1b 1. Bħala deroga mill-Artikolu 1a, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-transitu bit-triq jew bil-ferrovija matul il-Komunità, bejn il-postijiet tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera tal-Komunità kif innominati, li huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE, tal-konsenji li jkunu ġejjin minn, u iddestinati lejn, ir-Russja, direttament jew via xi pajjiż terz ieħor, basta li l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu mwettqa: (a) il-konsenja għandha tkun issiġillata, b'siġill b'numru serjali, fil-post tad-dħul tal-ispezzjoni ta' fuq il-fruntiera tal-KE, mis-servizzi veterinarji ta' l-awtorità kompetenti; (b) id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u referuti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu ittimbrati "BISS GĦAL TRANSITU LEJN IR-RUSSJA VIA IL-KE" fuq kull paġna, mill-veterinarju uffiċjali ta' l-awtorità kompetenti responsabbli għall-post ta' l-ispezzjoni ta' fuq il-fruntiera; (ċ) iridu jkunu konformi mal-ħtiġiet proċedurali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KEE; (d) il-konsenja għandha tkun ċertifikata bħala aċċettabbli għat-transitu fuq id-Dokument Veterinarju Komuni tad-Dħul mill-Veterinarju Uffiċjali tal-Post tal-Ispezzjoni fuq il-Fruntiera ta' l-introduzzjoni. 2. il-ħatt u l-ħażna, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fit-territorju KE, ta' tali konsenji m'għandhux ikun imħolli. 3. awditjar regolari għandu jseħħ mill-awtorità kompetenti sabiex jassigura li n-numru ta' konsenji u l-kwantitajiet ta' prodotti li jħallu t-territorju tal-KE ikun jaqbel man-numru u l-kwantitajiet li jkunu daħlu." 4. L-Anness I huwa mibdul bl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Iċ-ċertifikat preċedenti mħejji skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/779/KE għall-importazzjoni tal-karkassi ta' l-annimali jista juk użat sa 6 xhur minn wara d-data stabbilita fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 3, l-aktar tard. Artikolu 3 1. Din id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli mill-1 ta' Mejju 2004. 2. L-Artikolu 1, il-Punt 2 ta' l-Anness I B għandu jkun japplika biss mill-1 ta' Jannar 2005. Artikolu 4 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 18, tat-23.1.2003, p. 11. [2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. Id-Direttiva kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2004 (ĠU L 72, tal-11.3.2004, p. 60.). [3] ĠU L 285, ta’ l-1.11.2003, p. 38. [4] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni 2003. [5] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/372/KE (ĠU L 118, tat-23.3.2004, p. 45). [6] ĠU L 326, tal-11.12.2001, p. 44. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/273/KE (ĠU L 86, ta’ l-24.3.2004, p. 21). -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS IA +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ L-ANNESS IB +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------