EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0357

Id-Deċiżjoni tal-kummissjoni tas-7 ta' April 2004 li temenda d-Deċiżjoni 1999/217/KE f'dak li jirrigwardja r-reġistri ta' sustanzi tat- taħwir (notifikata permezz ta' dokument numru K(2003) 1273)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 113, 20.4.2004, p. 28–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/04/2013; Imħassar b' 32012R0872

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/357/oj

32004D0357



Official Journal L 113 , 20/04/2004 P. 0028 - 0036


Id-Deċiżjoni tal-kummissjoni

tas-7 ta' April 2004

li temenda d-Deċiżjoni 1999/217/KE f'dak li jirrigwardja r-reġistri ta' sustanzi tat- taħwir

(notifikata permezz ta' dokument numru K(2003) 1273)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2004/357/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 1996 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għas-sustanzi tat-taħwir użati jew maħsuba għall-użu fi jew fuq l-oġġetti ta' l-ikel [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 jistabbilixxi l-proċedura għall-istabbiliment tar-regoli fir-rigward tas-sustanzi tat-taħwir użati jew intiżi għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel. Dak ir-Regolament jipprovdi għall-adozzjoni ta' reġistru ta' sustanzi tat-taħwir ("ir-Reġistru") b'segwiment ta' notifika mill-Istati Membri ta' lista ta' sustanzi tat-taħwir li tista' tkun użata fl-oġġetti ta' l-ikel fil-kummerċ fit-territorju tagħhom u fuq il-bażi tal-iskrutinju mill-Kummissjoni ta' dik in-notifika.

(2) B'żieda, ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 jipprovdi għal programm ta' valutazzjoni tas-sustanzi tat-taħwir li jkunu jinsabu fir-reġistru ("il-programm ta' valutazzjoni") sabiex ikun hemm il-verifika li dawk is-sustanzi jkunux konformi mal-kriterja ġenerali għall-użu tagħhom kif stabbilita fl-Anness ta' dak ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 jipprovdi li l-persuni responsabbli għat-tqegħid fis-suq tas-sustanzi tat-taħwir għandhom iwasslu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tagħhom. Dak ir-Regolament ukoll jipprovdi li b'segwiment tat-twettieq tal-programm ta' valutazzjoni, il-lista tas-sustanzi tat-taħwir li l-użu tagħhom għandu jkun awtorizzat għall-esklużjoni ta' l-oħrajn kollha, għandha tkun adottata.

(3) Skond ir-Regolament (KE) Nru 2232/96, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE tat-23 ta' Frar 1999 tadotta reġistru ta' sustanzi tat-taħwir użati fi jew fuq l-oġġetti ta' l-ikel li kien imħejji fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 1996 [3], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 2002/113/KE [4], adottat reġistru tas-sustanzi tat-taħwir użati fi jew fuq l-oġġetti ta' l-ikel.

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 tat-18 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-adozzjoni ta' programm ta' valutazzjoni fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [5], jipprovdi għal ċerta informazzjoni li għandha tkun sottomessa mill-persuna responsabli għat-tqegħid fis-suq ta' ċerti sustanzi tat-taħwir li jinsabu fir-reġistru sabiex tippermetti li tkun tista titwettaq il- valutazzjoni.

(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2002 tal-11 ta' April 2002 jistabbilixxi skadenzi għall-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni dwar il-valutazzjoni ta' sustanzi tat-taħwir kemikament definiti li huma wżati fi jew fuq l-oġġetti ta' l-ikel [6], stabbilixxa limiti taż-żmien għas-sottomissjoni ta' l-informazzjoni għall-valutazzjoni tas-sustanzi tat- taħwir kif meħtieġ skond ir-Regolament (KE) Nru 1565/2000. B'dana kollu, għal numru ta' sustanzi li dwarhom iż-żmien perentorju tal-31 ta' Diċembru 2002 kien ġie stabbilit, l-ebda informazzjoni ma ġiet sottomessa u l-anqas ma kienet il-Kummissjoni ġiet informata rigward xi intenzjoni li kellha tkun fornuta informazzjoni. Għalhekk, dawn is-sustanzi ma jistgħux ikunu valutati fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-kriterji ġenerali għall-użu tas-sustanzi tat-taħwir kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2232/96 qabel ma jitlesta l-programm ta' valutazzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li dawn is-sustanzi jkunu mħassra mir-reġistru.

(6) Skrutinju tas-sustanzi tat-taħwir elenkati fir-reġistru żvela inkonsistenzi li jikkonċernaw l-ismijiet ta' ċerti sustanzi (FL Nru 06100, u FL Nru 06131) u wkoll f'dak li jikkonċerna ċerti numri kemikali (FL Nru 02027, FL Nru 07033, FL Nru 07153, u FL Nru 09578). B'żieda, każi kienu ġew identifikati meta l-istess sustanza dehret fir-reġistru taħt ismijiet kemikali differenti (FL Nru 02228 u FL Nru 02027; FL Nru 07221 u FL Nru 07033). Dawn l-inkonsistenzi għandhom ikunu rettifikati.

(7) L-iskrutinju mill-Kummisjoni żvela wkoll li mid-diversi tipi ta' kwinin, huma biss l-idrokorid tal-kwinin (FL Nru 14011), id-diħidrat mono-idroklorid tal-kwinin (FL Nru 14155) u s-sulfat tal-kwinin (FL Nru 14152) li huma wżati bħala sustanzi tat-taħwir. It-tipi l-oħrajn tal-kwinin (FL Nru 14146 u FL Nru 14154) għandhom għalhekk ikunu mħassra mir-reġistru.

(8) Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel ikkonkluda fl-opinjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2002 li N-(4-hydroxy-3-methoxybenzyl)-8-methylnon-6-enamide (Kapsajkin, FL Nru 16014) huwa ġenotossiku. Kapsajkin huwa naturalment preżenti fl-ispeċi tal-Capsicum (e.g. iċ-ċili, il-bżar kajjen, il-bżar aħmar). Konsum għoli taċ-ċili kien ġie rrapurtat bħala fattur tar-riskju tal-kanċer. Għalkemm id-doża massima ta' kull jum fl-Unjoni Ewropea hija ferm aktar baxxa mil-livelli tad-dożi assoċċjati mal-kanċer, iż-żieda tal-kapsakin bħala tali ma' l-ikel għandha għahekk tkun evitata, minħabba li din ma hix konformi mal-kriterja ġenerali għall-użu ta' sustanzi tat-taħwir kif stabbilita fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2232/96. Għalhekk, dawn is-sustanzi għandhom ikunu mħassra mir-reġistru.

(9) Għal tnejn mis-sustanzi elenkati fir-reġistru (CN060 u CN061), l-Istati Membri li qed jinnotifika irtira in-notifika tiegħu. Dawk is-sustanzi għandhom għalhekk ikunu mħassra mir-reġistru.

(10) Mhux xieraq li jkun miżmum l-kodiċi konfidenzali ta' sustanzi li altrimentri kienu jkunu innotifikati bl-ismijiet sħaħ tagħhom u li kienu fis-suq fil-mument ta' meta r-reġistru kien ġie elaborat.

(11) L-industrija issa ipprovdiet informazzjoni rigward ċerti sustanzi li huma indikati bin-numru 4 fil-kolonna "kummenti" tal-parti A ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 1999/217/KE u li dwarhom informazzjoni addizzjonali kienet meħtieġa skond dik id-Deċiżjoni. Partikolarment, evidenza kienet ġiet ipprovduta li dawk is-sustanzi huma sustanzi tat-taħwir. Għalhekk, dak l-Anness għandu jkun emendat sabiex titħassar ir-referenza għan-numru 4.

(12) Huwa xieraq li ssir korrezzjoni għar-reġistru billi jkun moghti numru Flavis għal uħud mis-sustanzi li kienu fis-suq fil-mument ta' meta r-reġistru kien ġie elaborat sabiex ikun assigurat li dawn ikunu mdaħħla sewwa fil-programm ta' valutazzjoni.

(13) L-Istati Membri innotifikaw sustanzi tat-taħwir ġodda li għandhom ikunu nklużi fil-programm ta' valutazzjoni u għandhom għalhekk ikunu inkorporati fir-reġistru.

(14) Għall-uħud mis-sustanzi ġodda innotifikati, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2232/96 u r-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 98/282/KE tal-21 ta' April 1998 rigward il-metodi li bihom l-Istati Membri u l-Istati firmatarji għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea għandhom jipprottieġu l-propjetà intellettwali b'konnessjoni mal-iżvilupp u l-manifattura ta' sustanzi tat-taħwir msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [7], l-Istati Membri notifikanti talbu designazzjoni b'tali mod hekk li jipprotieġu id-drittijiet tal-propjetà intellettwali tal-manifattur tagħhom. Dawk is-sustanzi għandhom għalhekk ikunu elenkati fil-parti B ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 1999/217/KE.

(15) Id-Deċiżjoni 1999/217/KE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq.

(16) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament 1999/217/KE huwa emendat b'konformità ma l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' April 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 299, tat-23.11.1996, p. 1.

[2] ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1.

[3] ĠU L 84, tas-27.3.1999, p. 1.

[4] ĠU L 49, ta' l-20.2.2002, p. 1.

[5] ĠU L 180, tad-19.7.2000, p. 8.

[6] ĠU L 95, tat-12.4.2002, p. 10.

[7] ĠU L 127, tad-29.4.1998, p. 32.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness ta' Deċiżjoni 1999/217/KE huwa emendat kif ġej:

1. fil-lista fit-tielet paragrafu tal-parti introduttorja ta' l-Anness li jippreċedi il-parti A, il-punt 6 li ġej huwa miżjud:

"6. Sustanza li ma tistgħax tkun użata fi jew fuq l-ikel, sakem ma tkunx legalment imqiegħda fis-suq tal-Istat)i) Membru(i) ikkonċernt(i).";

2. il-part A hija emendata kif ġej:

(a) l-iskrizzjonijiet għas-sustanzi attribwiti bin-Nri 0FL msemmija fil-punti (i) sa (vi) huma emendati kif ġej:

(i) għal FL Nru 02 027, l-iskrizzjoni "141-25-3" fil-kolonna "SAK" hija mibdula bl- iskrizzjoni "6812-78-8" u l-iskrizzjoni "205-437-9" fil-kolonna "Einecs" għandha tkun mibdula bi "229-887-4";

(ii) għal FL Nru 06 100, l-iskrizzjoni "Aċetal dipentil aċetaldiħlid" fil-kolonna "Isem" hija mibdula bl-iskrizzjoni "1,1-dipentiloksi-etan";

(iii) għal FL Nru 06 131, l-iskrizzjoni "1-Etoksi-3-metil-1-isopentiloxksibutan" fil-kolonna "Isem" hija mibdula b l-iskrizzjoni "1-etoksi-1-(3-metilbutoksi)-3-metilbutan";

(iv) għal FL Nru 07 033, l-iskrizzjoni "95-41-0" fil-kolonna "SAK" hija mibdula bl-iskrizzjoni "11050-62-7";

(v) għal FL Nru 07 153, l-iskrizzjoni "1803-39-0" fil-kolonna "SAK" hija mibdula bl-iskrizzjoni "20489-53-6";

(vi) għal FL Nru 09 578, l-iskrizzjoni "19089-92-0" fil-kolonna "SAK" hija mibdula bl-iskrizzjoni "1617-25-0";

(vii) għal FL Nru 12 201, l-iskrizzjoni "57074-34-7" fil-kolonna "SAK" hija mibdula bl-iskrizzjoni "94293-57-9";

(b) ir-ringieli stabbiliti fit-tabbella għal sustanzi attwibwiti b'dawn in-numri FL li ġejjin huma mħassra:

"02 046 | 02 143 | 02 158 | 02 161 | 02 169 | 02 179 | 02 220 | 02 225 |

02 228 | 02 241 | 05 086 | 05 138 | 05 145 | 05 151 | 05 161 | 05 162 |

05 163 | 05 165 | 05 168 | 05 181 | 05 206 | 06 056 | 06 093 | 06 110 |

06 112 | 07 006 | 07 037 | 07 073 | 07 155 | 07 166 | 07 186 | 07 197 |

07 209 | 07 218 | 07 221 | 07 222 | 07 227 | 08 077 | 08 084 | 08 091 |

08 105 | 08 106 | 08 118 | 08 122 | 08 124 | 08 125 | 09 172 | 09 175 |

09 190 | 09 224 | 09 226 | 09 320 | 09 322 | 09 336 | 09 338 | 09 343 |

09 344 | 09 359 | 09 361 | 09 366 | 09 373 | 09 376 | 09 378 | 09 393 |

09 497 | 09 577 | 09 591 | 09 597 | 09 610 | 09 622 | 09 627 | 09 628 |

09 630 | 09 653 | 09 828 | 09 849 | 09 856 | 09 863 | 09 868 | 09 883 |

09 889 | 09 890 | 12 011 | 12 090 | 12 091 | 12 105 | 12 119 | 12 131 |

12 133 | 12 140 | 12 144 | 12 160 | 12 184 | 12 185 | 12 190 | 12 204 |

12 213 | 12 215 | 12 219 | 12 220 | 12 225 | 12 229 | 14 146 | 14 154 |

16 014 | 16 077 | 17 004 | 17 011 | 17 016 | 17 030" | | |

(ċ) għas-sustanzi attribwiti b'dawn in-numri FL li ġejjin, in-numru

"4"

fil-kolonna

"kummenti"

fit-tabella huma mħassra:

"02 004 | 02 121 | 02 216 | 02 217 | 09 016 | 09 034 | 09 367 | 09 712 |

16 009 | 16 017" | | | | | | |

(d) dawn ir-ringieli li ġejjin huma miżjuda fit-tabella:

"Nru FL | Grupp kemikali | SAK | Isem | FEMA | Einecs | Sinonimi | Kummenti: |

02 243 | 04 | 56805-23-3 | (E)-3-(Z)-6-Nonadien-1-ol | 3884 | 278-518-3 | | 6 |

04 095 | 25 | 527-60-6 | 2,4,6-Trimetil fenol | | 208-419-2 | | 6 |

04 096 | 18 | 579-60-2 | 2-Metoksi-6-(2-propenil)fenol | | 209-444-1 | | 6 |

05 207 | 04 | 105683-99-6 | 6-Deċenal, cis | | | | 6 |

05 208 | 04 | 169054-69-7 | Z-8-Tetradeċenal | | | | 6 |

05 209 | 04 | 147159-48-6 | 6-Deċenal, trans | | | | 6 |

06 132 | 23 | 63253-24-7 | Vanillin butan-2,3-diol aċetal (taħlita ta' iżomeri stereji) | 4023 | | Vanillin eritro u treo-butan-2,3-diol aċetal | 6 |

05 217 | 04 | 21662-08-8 | 5-Deċenal | | | | |

05 218 | 04 | 56554-87-1 | 16-Oktadeċenal | | | | |

07 239 | 05 | 2278-53-7 | [R-(E)]-5-Isopropil-8-metilnona-6,8-dien-2-wieħed | | 218-907-7 | | 6 |

07 240 | 05 | 13019-20-0 | 2-Metilheptan-3-wieħed | 4000 | 235-877-0 | | 6 |

07 241 | 05 | 1635-02-5 | 3,4-Dimetilex-3-en-2-wieħed | | 216-656-8 | | 6 |

07 242 | 21 | 5355-63-5 | 3-Idroksi-4-fenilbutan-2-wieħed | | | | 6 |

07 243 | 21 | 99-93-4 | 4-Idroksi aċetodenon | | 202-802-8 | | 6 |

07 244 | 05 | 20859-10-3 | Trans-6-Metil-3-ħepten-2-wieħed | 4001 | | | 6 |

07 245 | 08 | 71048-82-3 | Trans-delta-damaskon | | 275-156-8 | (1alpha(E),2beta) – 1-(2,6,6-trimetil-ċikloħex-3-en-1-yl)imma-2-en-1-wieħed | 6 |

07 246 | 08 | 25304-14-7 | Dimetil ċikloħeksil metil keton | | 246-799-1 | | 6 |

07 247 | 05 | 30086-02-3 | Oktadien-2-wieħed/3,5-(E,E) | 4008 | | | 6 |

07 248 | 10 | 585-25-1 | Oktan-2,3-dion | | 209-552-9 | | 6 |

07 249 | 05 | 927-49-1 | Undekan-6-wieħed | 4022 | 213-150-9 | | 6 |

07 253 | 05 | 30086-02-3 | 3,5-Oktadien-2-wieħed | | | | |

09 917 | 04 | 1576-85-8 | 4-Pentenil aċetat | 4011 | 216-413-6 | | 6 |

09 918 | 04 | 67452-27-1 | Cis-4-deċenil aċetat | 3967 | | | 6 |

09 919 | 09 | 139564-43-5 | Etil 3-aċetoksi-2-metilbutirat | | | | 6 |

09 920 | 08 | 156324-82-2 | 2-Isopropil-5-metilċikloħeksil oksikarbo-niloksi-2-idroksipropan | 3992 | 417-420-9 | | 6 |

09 921 | 04 | 54653-25-7 | Etil 5-ħexenoat | 3976 | | | 6 |

09 922 | 04 | 39924-27-1 | Etil cis-4-ħeptenoat | 3975 | 254-702-9 | | 6 |

09 923 | 05 | 39026-94-3 | Ħept-2-yl butirat | 3981 | | | 6 |

09 924 | 05 | 5921-83-5 | (+/-)-3-Ħeptil aċetat | 3980 | 203-932-8 | | 6 |

09 925 | 05 | 60826-15-5 | Nonan-3-yl aċetat | 4007 | 262-444-3 | | 6 |

09 926 | 05 | 84434-65-1 | Oktan-3-yl format | 4009 | 282-866-1 | | 6 |

09 927 | 04 | 141-15-1 | Rodinil butirat | 2982 | 205-462-9 | | 6 |

09 928 | 04 | 3681-82-1 | Trans-3-hexenil aċetat | | 222-962-2 | | 6 |

10 069 | 09 | 67663-01-8 | 3-Metil gamma-dekalakton | 3999 | | | 6 |

10 070 | 09 | 1073-11-6 | 4-Metil-5-ħexen-1,4-olide | | 214-024-6 | | 6 |

12 238 | 20 | 227456-27-1 | 3-Merkapto-2-metilpentan-1-ol | 3996 | | | 6 |

12 239 | 20 | 227456-28-2 | 3-Merkapto-2-metilpentanal | 3994 | | | 6 |

12 240 | 20 | 6540-86-9 | 2,4,6-Tritiaħeptan | | | | 6 |

12 241 | 20 | 258823-39-1 | 2-Merkapto-2-metilpentan-1-ol | 3995 | | | 6 |

12 242 | 20 | 29414-47-9 | Metiltjometilmerkaptan | | | | |

12 243 | 20 | 6725-64-0 | Dimerkaptometan | | | | 6 |

12 244 | 20 | 14109-72-9 | 1-Metiltio-2-propanon | 3882 | | | 6 |

12 245 | 20 | 7529-06-8 | 1,3-Dimerkapto-2-tiapropan | | | | 6 |

12 246 | 20 | | 1-(Metiltio) hexan-3-wieħed | | | | 6 |

12 247 | 20 | 61837-77-2 | 1-(Metiltio) oktan-3-wieħed | | | | 6 |

12 248 | 20 | 5862-47-5 | 2-(Metiltio) ethyl aċetat | | | | 6 |

12 249 | 20 | 227456-27-1 | 3-Merkapto-2-metilpentanol (taħlita ta' iżomeri stereji) | 3996 | | | 6 |

12 250 | 20 | 51755-72-7 | 3-Merkaptoħexanal | | | | 6 |

12 251 | 20 | 136954-22-8 | 3-Merkaptoħeksil ħexanoat | 3853 | | | 6 |

12 252 | 20 | 31539-84-1 | 4-Merkapto-4-metil-2-pentanol | | | | 6 |

12 253 | 20 | 72437-68-4 | Amil metil disulfid | | | | 6 |

12 254 | 20 | 63986-03-8 | Butil etil disulfid | | | | 6 |

12 255 | 20 | 156472-94-5 | Etil 3-merkaptobutirat | 3977 | | | 6 |

12 256 | 20 | 31499-70-4 | Etil propil trisulfid | | | | 6 |

12 257 | 20 | 104228-51-5 | Etil 4-(aċetiltio) butirat | 3974 | | | 6 |

12 259 | 20 | 29725-66-4 | p-mentan-3-wieħed, 1 merkapto | | | | 6 |

13 191 | 14 | 376595-42-5 | O-Etil S-(2-furilmetil)tiokarbonat | | | | 6 |

13 192 | 14 | 109537-55-5 | Furfuril 2-metil-3-furildisulfid | | | | 6 |

13 193 | 14 | 26486-21-5 | 2,5-Dimetiltetra-idro-3-furantiol | 3971 | | | 6 |

13 194 | 14 | 252736-39-3 | 2,5-Dimetiltetra-idro-3-furil tio aċetat | 3972 | | | 6 |

13 195 | 30 | 26131-91-9 | 2-Isobutil-4,5-dimetil oksiazol | | | | 6 |

13 196 | 14 | 180031-78-1 | 4-(Furfuriltio) pentan-2-wieħed | 3840 | | | 6 |

13 197 | 14 | 252736-36-0 | Furil propildisulfid | 3979 | | | 6 |

14 162 | 28 | 98-79-3 | Aċidu L-2-Pyrrolidon-5-karboksiliku | | | | 6 |

14 163 | 28 | 1192-58-1 | 1-Metilpirrol-2-karboksaldeħid | | 214-755-0 | | 6 |

14 164 | 28 | 622-39-9 | 2-Propilpiridin | | 210-732-4 | | 6 |

14 165 | 28 | 2168-14-8 | N-etil-2-formilpirrol | | | | 6 |

15 123 | 20 | 53897-58-5 | 2,4,6-Trietil-1,3,5-tritian | | | | 6 |

16 082 | 30 | 21018-84-8 | Amarogentin | | | | 6" |

3. it-tabella fil-parti B hija mibdula b'dan li ġej:

"Sustanzi tat-taħwir nitifikati fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2232/96, li dwarhom il-protezzjoni tad-dittijiet intellettwali tal-propjetà tal-manifattur tkun ġiet mitluba

Kodiċi | Data tal-wassla tan-notifika għand il-Kummissjoni | Kummenti: |

NM003 | tas- 17.10.1998 | |

NM004 | tas- 17.10.1998 | |

NM009 | tas- 17.10.1998 | |

NM010 | tas- 17.10.1998 | |

NM012 | tas- 17.10.1998 | |

NM013 | tas- 17.10.1998 | |

NM014 | tas- 17.10.1998 | |

NM016 | tas- 17.10.1998 | |

NM019 | tas- 17.10.1998 | |

NM022 | tas- 17.10.1998 | |

NM023 | tas- 17.10.1998 | |

NM030 | tas- 17.10.1998 | |

NM033 | tas- 17.10.1998 | |

NM035 | tas- 17.10.1998 | |

NM036 | tas- 17.10.1998 | |

NM037 | tas- 17.10.1998 | |

NM042 | tas- 17.10.1998 | |

NM045 | tas- 17.10.1998 | |

NM048 | tas- 17.10.1998 | |

NM049 | tas- 17.10.1998 | |

NM050 | tas- 17.10.1998 | |

NM052 | tas- 17.10.1998 | |

NM053 | tas- 17.10.1998 | |

NM054 | tas- 17.10.1998 | |

NM057 | tas- 17.10.1998 | |

NM058 | tat- 30.10.1998 | |

NM059 | tat- 18.9.1998 | |

NM064 | tat- 3.2.1999 | |

NM065 | tas- 26.1.2001 | |

NM074 | tat- 18.4.2003 | 6 |

NM075 | tat- 18.4.2003 | 6 |

NM076 | tat- 18.4.2003 | 6" |

--------------------------------------------------

Top