This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0280
Decision No 280/2004/EC of the European Parliament and of the Council of 11 February 2004 concerning a mechanism for monitoring Community greenhouse gas emissions and for implementing the Kyoto Protocol
Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto
Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto
ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1–8
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 07/07/2013; Imħassar b' 32013R0525
Official Journal L 049 , 19/02/2004 P. 0001 - 0008
Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment Artikolu 175(1) tiegħu, Wara li kunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1], Wara li konsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni, Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta f’Artikolu 251 tat-Trattat [2], Billi: (1) Deċiżjoni tal-Kunsill 93/389/KEE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993 għal makkaniżmu għall-moniteraġġ ta’ CO2 tal-Komunità u emissjonijiet oħra ta’ gassijiets b’effett serra [3] stabbiliet mekkaniżmu biex timmonitorja l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra antropoġeniċi u tevalwa l-progress sabiex jintlaħqu l-impenji in-rigward ta’ dawn l-emissjonijiet. Sabiex jittieħed kont fl-iżviluppi fil-livell internazzjonali u biex jiġu ċarati l-affarijiet, jixraq illi dik id- Deċiżjoni tinbidel. (2) L-objettiv finali tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti fuq it-Tibdil tal-Klima (UNFCCC), li kienet approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE [4], hu li l-konċentrazzjonijiet ta’ gassijiet serra jiġu stabbilizati fl-atmosfera f’livell li ma jippermettix interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima. (3) Il-UNFCCC tikkommetti lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha biex jiżviluppaw, u perjodikament jaġġornaw, jippubblikaw u jirrapportaw lill-Konferenza tal-Partijiet inventarji nazzjonali ta’ emissjonijiet antropoġeniċi minn għejjun u t-tneħħija ta’ l-istess permezz ta’ sinkijiet tal-gassijiet kollha serra mhux ikkontrollati mill-Protokoll ta’ Montreal fuq sostanzi li jeqirdu s-saff ta’ l-ożonu (hawnhekk iżjed "il quddiem imsejħa gassijiet serra) billi jużaw metodoloġiji komparati maqbula fil-Konferenza tal-Partijiet." (4) Hemm bżonn ta’ moniteraġġ bir-reqqa u stima regolari ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Komunità. Il-miżuri meħuda mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha fil-qasam tal-politika ta’ tibdil tal-klima jridu jiġu analizzati ukoll f’qasir żmien. (5) Rapportaġġ preciz taħt din id-Deċiżjoni jgħin sabiex ikun jista’ jkun hemm għarfien ta’ livelli ta’ emissjonijiet skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta’ April 2002 li tikkonċerna l-approvazzjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kyoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bdil tal-Klima u t-twettiq konġunt ta’ impenji taħt dawn l-atti [5], u b’hekk jgħinu sabiex jiġi stabbilit bikri l-eliġibbilità ta’ parteċipazzjoni fil-mekkaniżmi tal-Protokoll ta’ Kyoto. (6) Il-UNFCCC tikkommetti lill-Partijiet kollha biex jifformolaw, jimplimentaw, jippubblikaw u regolarment jaġġornaw il-programmi nazzjonali u fejn hemm programmi reġjonali li jkollhom miżuri li jtaffu l-bdil fl-klima billi jindirizzaw l-emissjonijiet antropoġeniċi b’sorsi u t-tneħħija tagħhom permezz ta’ sinkijiet tal-gassijiet kollha serra. (7) Il-Protokoll ta’ Kyoto għall-UNFCCC kien approvat bid-Deċiżjoni 2002/358/KEC. Artikolu 3(2) tal-Protokoll ta’ Kyoto jeħtieġ il-Partijiet għall-Protokoll inklużi fl-Anness I għall-UNFCCC li jkunu għamlu progress li jidher biex jilħqu l-impenji tagħhom taħt il-Protokoll sa l-2005. (8) Skond il-parti II, taqsima A, ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni 19/CP.7 tal-Konferenza tal-Partijiet, kull Parti għall-Protokoll ta’ Kyoto inkluża fl-Anness I għall-UNFCCC teħtieġ li tistabbilixxi u żżomm reġistru nazzjonali sabiex tiżgura il-konteġġ akkurat tal-ħruġ, twaqqif, trasferiment, ikkanċellar u irtirar ta’ unitajiet li jirriduċu l-emissjonijiet. (9) Skond id-Deċiżjoni 19/CP.7, kull unità li tirriduċi l-emissjonijiet għandha tinżamm f’kont wieħed fi żmien stipulat. (10) Ir-reġistru tal-Komunità jista’ jintuża biex jinżammu unitajiet illi jirriduċu l-emissjoni u riduzzjonijiet ta’ emissjonijiet iċċertifikati ġenerati minn proġetti finanzjati mill-Komunità, u b’hekk jistimulaw lill-Komunità għal azzjoni f’pajjiżi terzi li tindirizza l-bdil tal-klima b’mod aktar wiesgha u li tista’ tinżamm f’sistema konsolidata flimkien ma’ reġistri ta’ l-Istati Membri. (11) Ix-xiri u l-użu ta’ unitajiet li jirriduċu l-emissjonijiet u ċ-ċertifikati ta’ riduzzjonijiet mill- Komunità għandhom ikunu suġġetti għal dispożizzjonijiet oħra li jridu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni. (12) Il-Komunità u l-Istati Membri skond id- Deċiżjoni 2002/358/KE għandhom l-obbligi li jsegwu l-livelli ta’ emissjonijet tagħhom determinati skond dik id-Deċiżjoni. Dispożizzjonijiet stabbiliti dwar l-użu ta’ unitajiet ta’ riduzzjoni ta’ emissjonijiet u riduzzjonijiet iċċertifikati miżmuma fir-reġistri tal-Komunità għandhom jieħdu in-konsiderazzjoni r-responsabbilitajiet ta’ l-Istati Membri li jwettqu l-impenji tagħhom skond id- Direttiva 2002/358/KE. (13) Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha użaw Artikolu 4 tal-Protokoll ta’ Kyoto, li jippermetti Partijiet għall-Protokoll li jilħqu l-limitazzjonijiet ta’ emissjoni u riduzzjoni tagħhom konġuntement. Għaldaqstant jixraq illi tiġi provduta koperazzjoni effettiva u jkun hemm kordinament b’relazzjoni ma’ l-obbligi taħt din id-Deċiżjoni, inkluż il-kompilar ta’ inventarju ta’ gassijiet serra tal-Komunità, il-valutazzjoni tal-progress, il-preparazzjoni ta’ rapporti, kif ukoll reviżjoni u proċeduri ta’ infurzar li jgħinu lill-Komunità biex tonora l-obbligi tagħha ta’ rapportaġġ taħt il-Protokoll ta’ Kyoto, kif stabbilit fil-ftehim politiċi u d-deċiżjonijiet legali meħuda fis-seba’ Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC f’Marrakech (hawnhekk iżjed "il quddiem imsemmija bħala l-Ftehim ta’ Marrakech)." (14) Il-Komunità u l-Istati Membri huma kollha Partijiet għall-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kyoto,u kollha huma responsabbli taħt dan il-Protokoll biex jirrapportaw, jistabbilixxu u jikkontjaw għall-ammonti assenjati lilhom waqt li jistabbilixxu u jmantnu l-eliġibbilità tagħhom biex jipparteċipaw fil-mekkaniżi tal-Protokoll ta’ Kyoto. (15) Skond id-Deċiżjoni 19/CP.7, kull Parti inkluża fl-Anness I għall-UNFCCC għandha toħroġ kwantità ta’ ammonti ta’ unitajiet għall-ammont assenjat lilha fir-reġistru nazzjonali tagħha skond id-Deċiżjoni 2002/358/KE u l-Protokoll ta’ Kyoto. (16) Skond id-Deċiżjoni 2002/358/KE, il-Komunità m’għandhiex toħroġ ammonti ta’ unitajiet assenjati lilha. (17) L-Aġenzija Ambjentali Ewropea tgħin lill-Kummissjoni, kif xieraq, b’attivitajiet ta’ moniteraġġ, speċjalment fl-ambitu ta’ sistema ta’ inventarju tal-Komunità, u fl-analizi mill-Kummissjoni tal-progress għat-twettiq ta’ l-obbligi tagħha taħt l-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kyoto. (18) Fid-dawl tar-rwol li tilgħab l-Aġenzija Ambjentali Ewropea fil-ġbir ta’ kull sena ta’ l-inventarju tal-Komunità, jixraq li l-Istati Membri joħolqu s-sistemi nazzjonali tagħhom b’mod illi x-xogħol ta’ l-Aġenzija jiġi faċilitat. (19) Billi l-objettivi ta’ l-azzjoni proposta, jigifieri li jaderixxu ma’ l-obbligi tal-Komunità taħt il-Protokoll ta’ Kyoto, u b’mod partikolari l-ħtiġijiet ta’ moniteraġġ u rapportaġġ stabbiliti hemmhekk, ma jistgħux min-natura tagħhom, jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri u jistgħu għaldaqstant isiru fil-livell Komunitarju, l-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit f’Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx "il hinn minn dik meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-objettivi." (20) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta’ poteri konferiti fuq il-Kummissjoni [6], ADOTTAW DIN ID- DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Materjal tas-suġġett Din id-Deċizjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-: (a) moniteraġġ ta’ l-emissjonijiet kollha antropoġeniċi minn għejjun u t-tneħħija tal-gassijiet serra li m’humiex ikkontrollati mill-Protokoll ta’ Montreal permezz ta’ sinkijiet dwar sostanzi li jnaqru s-saff ta’ l-ożonu fl-Istati Membri; (b) valutazzjoni tal-progress lejn twettiq ta’ obbligazzjonijiet dwar dawn l-emissjonijiet minn għjun u t-tneħħija tagħhom permezz ta’ sinkijiet; (ċ) implimentazzjoni ta’ l-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kyoto, rigward programmi nazzjonali, inventarji ta’ gassijiet serra, sistemi nazzjonali u reġistri tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha, u l-proċeduri relevanti taħt il Protokoll ta’ Kyoto; u (d) jiżguraw illi r-rappurtaġġ mill-Komunità u l-Istati Membri membri tagħha lis-Segretarjat ta’ l-UNFCCC isir fil-ħin, komplet, preciz, u konsistentement u trasparenti. Artikolu 2 Programmi Nazzjonali u Komunitarji 1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom joħolqu u jimplimentaw programmi nazzjonali u programm Komunitarju rispettivament, sabiex jikkontribwixxu għat: (a) twettiq ta’ l-obbligi tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri tagħha relatati mal-limitazzjoni u/jew riduzzjoni tal-gassijiet kollha serra taħt l-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kyoto; u (b) moniteraġġ trasparenti u preciz tal-progress attwali u proġettat magħmul mill-Istati Membri, inkluża l-kontribuzzjoni magħmula minn miżuri meħuda mill-Komunità, sabiex l-obbligi tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri relatati mal-limitazzjoni u/jew riduzzjoni ta’ l-emissjonijiet kollha tal-gassijiet serra taħt il-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kyoto jintlaħqu. Dawn il-programmi għandu jkollhom fihom l-informazzjoni msemmija f’Artikolu 3(2) u għandhom jiġu aġġornati skond dan. 2. Għal dan il-għan, l-użu ta’ implimentazzjoni konġunta, l-mekkaniżmu nadif ta’ żvilupp u n-negozjar internazzjonali ta’ emissjonijiet għandhom jiġu supplimentari għal azzjoni domestika, skond id-dispożizzjonijiet relevanti tal-Protokoll ta’ Kyoto u l-Ftehim ta’ Marrakech. 3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu programmi nazzjonali u l-aġġornamenti tagħhom disponibbli għall-pubbliku, u fi żmien tliet xhur minn meta jiġu adottati għandhom jinformaw lill-Komunità. F’laqgħat sussegwenti tal-kumitat imsemmija f’Artikolu 9(1), il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar xi programmi nazzjonali u l-aġġornamenti tagħhom li tkun irċeviet. Artikolu 3 Rapportaġġ mill-Istati Membri 1. L-Istati Membri għandhom, għall-assessjar tal-progress attwali u biex jgħinu lill-Komunità tipprepara r-rapporti annwali tagħha, skond l-obbligi tagħha taħt l-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kyoto, tiddetermina u tirrapporta lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Jannar kull sena (sena X): (a) l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra antropoġeniċi elenkati fl-Anness A għall-Protokoll ta’ Kyoto (carbon dioxide (CO2), methane (CH4), nitrous oxide (N2O), hydrofluorocarbons (HFCs), perfluorocarbons (PFCs) sulphur hexafluoride (SF6)) (sena X-2); (b) data provvisorja fuq l-emissjonijiet tagħhom ta’ carbon monoxide (CO), diossidju tal-kubrit (SO2), nitrogen oxides (NOx) u komposti organiċi Volatili (VOC) matul is-sena ta’ qabel l-aħħar (sena X-2), flimkien ma’ data finali għas-sena tat-tliet snin ta’ qabel (sena X-3); (ċ) l-emissjonijiet serra antropoġeniċi tagħhom minn għejjun tneħħija ta’ carbon monoxide permezz ta’ sinkijiet li jirriżutaw mill-użu ta’ l-art, bdil ta’użu ta’ l-art u forestrija matul is-sena ta’ qabel l-aħħar sena (sena X-2); (d) informazzjoni rikward l-ikkonteġġjar ta’ emissjonijiet u t-tneħħija tagħhom permezz ta’ użu ta’ l-art, bdil ta’ użu ta’ l-art u forestrija, skond Artikolu 3(3) u, fejn Stat Membru jiddeċidi li jagħmel użu minnu, Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta’ Kyoto u d-deċiżjonijiet relevanti taħtu għas-snin bejn l-1990 u s-sena ta’ qabel l-aħħar (sena X-2); (e) xi tibdil għall-informazzjoni rriferita f’punti (a) sa (d) li għandha x’ taqsam mas-snin bejn l-1990 u u t-tliet snin ta’ qabel (sena X-3); (f) l-elementi tar-rapport ta’ l-inventarju nazzjonali meħtieġ għall-preparazzjoni ta’ inventarju Komunitarju għar-rapport dwar gass serra, bħalma hi informazzjoni mill-Istati Membri dwar l-assigurazzjoni ta’ pjan dwar kwalità ta’ kontroll ta’ kwalità valutazzjoni ġenerali dwar inċertezza, assessjar ġenerali dwar kompletezza, u informazzjoni dwar rikalkolazzjonijiet li saru; (g) informazzjoni mir-reġistru nazzjonali, ladarba jkun stabbilit, fuq il-ħruġ ta’ l-akkwist, iz-zamma, t-trasferiment, l-ikkanċellar, l-irtirar u l-carrying over ta’ ammont ta’ unitajiet assenjati, unitajiet rimossi, unitajiet għar-riduzzjoni ta’ emissjonijiet, u riduzzjonijiet ċertifikati ta’ emissjonijiet matul is-sena preċedenti (sena X-1); (h) informazzjoni fuq entitajiet legali awtorizzati biex jipparteċipaw f’mekkaniżmi taħt Artikoli 6, 12 u 17 tal-Protokoll ta’ Kyoto, skond dispożizzjonijiet relevanti nazzjonali u Komunitarji; (i) passi meħuda biex itejbu l-estimi, per eżempju fejn arji ta’ l-inventarju kienu suġġetti għal aġġustamenti; (j) informazzjoni fuq indikaturi għas-sena qabel ta’ qabel l-aħħar (sena X-2); u (k) kwalunkwe tibdil għas-sistema ta’ l-inventarju nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu kull sena (sena X), ir-rapport komplet ta’ l-inventarju nazzjonali tagħhom. 2. L-Istati Membri għandhom, għall-assessjar ta’ progress ipproġettat, jirrapportaw lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Marzu 2005 u wara dik id-data kull sentejn: (a) informazzjoni dwar policies u miżuri nazzjonali li jillimitaw u/jew jirriduċu l-emissjonijiet ta’ gass serra minn għejjun jew billi jgħinu fit-tneħħija tagħhom permezz ta’ sinkijiet, ippreżentat a bażi settorali għal kull gass serra, inkluż: (i) l-objettivi ta’ policies u miżura; (ii) it-tip ta’ strument politiku; (iii) l-istatus ta’ l-implimentazzjoni tal-politika jew miżura; (iv) indikaturi biex jimmonitorjaw u jevalwaw il-progress b’ policies u miżuri matul medda ta’ żmien, inkluż, inter alia, dawk l-indikaturi speċifikati fid-dispożizzjonijiet implimentattivi adottati skond il-paragrafu 3; (v) estimi kwantitattivi ta’ l-effett ta’ policies u miżuri fuq emissjonijiet minn għejjun u t-tneħħija permezz ta’ sinkijiet ta’ gassijiet serra bejn is-sena bażi u snin sussegwenti, inklużi l-2005, l-2010 u l-2015, inkluż l-impatt ekonimiku tagħhom sakemm ikun possibbli; u (vi) l-estent safejn l-azzjoni domestika attwalment tikkostitwixxi element sinifikattiv ta’l-isforzi meħuda f’livell nazzjonali kif ukoll safejn l-użu ta’ implimentazzjoni konġunta u l-iżvilupp ta’ mekkaniżmu nadif u negozjar internazzjonali ta’ emissjonijiet, skond Artikoli 6, 12 u 17 tal-Protokoll ta’ Kyoto, attwalment jissupplimenta azzjonijet domestiċi, skond id-dispożizzjonijiet relevanti tal-Protokoll ta’ Kyoto u l-Ftehim ta’ Marrakech: (b) proġettar nazzjonali ta’ emissjonijiet ta’ gass serra minn għejjun u t-tneħħija tagħhom permezz ta’ sinkijiet bħala minimu għas-snin 2005, 2010, 2015 u 2020, organizzati bil-gass u bis-settur, inkluż: (i) "b’ miżuri "u ’ b’ miżuri addizzjonali" proġettar bħalma jissemma fil-linji gwida tal-UNFCCC u aktar speċifikat fid-dispożizzjonijiet implimentattivi adottati skond il-paragrafu 3;" (ii) identifikazzjoni ċara tal-policies u l-miżuri inklużi fl-ipproġettar; (iii) riżultati ta’ analizi dwar sensittività magħmula għall-ipproġettar; u (iv) deskrizzjonijiet u metodoloġiji, mudelli, assunzjonijiet għadejjin minn taħt u parametri vitali ta’ input u output. (ċ) informazzjoni dwar miżuri li qegħdin jittieħdu jew ippjanati ghal implimentazzjoni ta’ liġijiet u policies Komunitarji relevanti, informazzjoni dwar passi legali u istituzzjonali biex jippreparaw għall-impenji ta’ implimentazzjoni taħt il-Protokoll ta’ Kyoto u informazzjoni dwar arranġamenti għal, u implimentazzjoni nazzjonali ta’, proċeduri ta’ harsien u infurzar: (d) informazzjoni dwar arranġamenti istituzzjonali u finanzjarji u proċeduri dwar teħid ta’ deċiżjonijiet biex jikkordinaw u jappoġġjaw attivitajiet relatati ma’ parteċipazzjoni fil-mekkaniżmi taħt "Artikoli 6, 12 u 17 tal-Protokoll ta’ Kyoto." 3. L-implimentazzjonijet ta’ dispożizzjonijiet għar-rappurtaġġ ta’ l-informazzjoni rriferita fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun adottata skond il-proċedura msemmija f’Artikolu 9(2). Dawn id-dispożizzjonijiet implimentattivi jistgħu jiġu riveduti, skond il-każ, filwaqt li jittieħed kont tad-deċiżjonijiet li tieħdu taħt l-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kyoto. Artikolu 4 Sistema ta’ inventarju tal-Komunità 1. Il-Kummissjoni għandha, b’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, ta’ kull sena tagħmel inventarju ta’ gass tas-serra tal-Komunità u rapport ta’ inventarju ta’ gass serra tal-Komunità u tiċċirkolahom fil-forma ta’ abbozz lill-Istati Membri sat-28 ta’ Frar, u tippubblikahom u tissottomettihom lis-Segretarjat ta’ l-UNFCCC sal-15 ta’ April kull sena. Estimi għad-data nieqsa mill-inventarju nazzjonali għandha tiġi inkluża skond id-dispożizzjonijiet implimentattivi adottati skond il-paragrafu 2(b), kemm-il darba data aġġornata ma tkunx ġiet irċevuta mill-Istati Membri sal-15 ta’ Marzu ta’ dik is-sena l-aktar tard. 2. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija f’Artikolu 9(2), filwaqt li tieħu kont tas-sistemi nazzjonali ta’ l-Istati Membri, tadotta sat-30 ta’ Ġunju 2006 l-aktar tard, sistema ta’ inventarju tal-Komunità biex tiżgura l-akkuratezza, l-komparabbilità, l-konsistenza, l-kompletezza, u li l-inventarji nazzjonali jiġu fil-ħin rigward l-inventarju ta’ gass serra tal-Komunità. Din is-sistema għandha taħseb għal: (a) programm ta’ quality/assurance ta’ kontroll ta’ kwalità inkluż l-istabbiliment ta "pjan ta’ objettivi ta’ kwalità u inventarju ta’ quality assurance u quality control. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għajnuna lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-programmi ghall-assigurazzjoni u kontroll ta" kwalita; u (b) proċedura għall-istima tad-data nieqsa mill-inventarju nazzjonali, inkluża l-konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru konċernat. 3. L-Agenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tipprovdi l-għajnuna lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 skond il-każ, inter alia billi tikkonduċi studji u tiġbor data, skond il-programm annwali tagħha. 4. L-Istati Membri għandhom, kemm jista’ jkun possibbli u f’kull każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005, jistabbilixxu sistema ta’ inventarju nazzjonali taħt il-Protokoll ta’ Kyoto għall-istima ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra antropoġeniċi minn għejjun u t-tneħħija ta’ carbon dioxide permezz ta’ sinkijiet. Artikolu 5 Valutazzjoni ta’ progress u rapportaġġ 1. Il-Kummissjoni għandha kull sena tagħmel stima, in-konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, tal-progress tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri tagħha dwar it-twettiq ta’ l-obbligi tagħhom taħt l-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kyoto kif deċiż fid-Deċiżjoni 2002/358/KE, sabiex tevalwa jekk il-progress li sar hux biżżejjed biex jissodisfa dawn l-obbligazzjonijiet. Din l-stima għandha tagħti każ tal-progress fil-policies u miżuri tal-Komunità u ta’ l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri skond Artikolu 3 u Artikolu 6(2) ta’ din id-Deċiżjoni u flimkien ma’ Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li stabbiliet skema ta’ allowance għan-negozjar fi ħdan il-Komunità ta’ emissjoni ta’ gass serra [7]. Kull sentejn, l-istima għandha tinkludi wkoll il-progress ipproġettat tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri tagħha taħt il-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kyoto. 2. A bażi ta’ l-istima msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jkun fih sezzjonijiet fuq emissjonijiet attwali u proġettati minn għejjun u t-tneħħija tagħhom permezz ta’ sinkijiet, policies u miżuri u dwar l-użu ta’ mekkaniżmi skond Artikoli 6, 12 u 17 tal-Protokoll ta’ Kyoto. 3. Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport dwar id-dimostrazzjoni tal-progress milħuq sa l-2005 mill-Komunità, waqt li tieħu in-konsiderazzjoni informazzjoni aġġornata fuq l-ipproġettar ta’ emissjonijiet sottomessi mill-Istati Membri mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju 2005, skond id-dispożizzjonijiet implimentattivi adottati skond Artikolu 3(3), u jissottomettu dan ir-rapport lis-Segretarjat ta’ l-UNFCCC mhux aktar tard mill-1 Jannar 2006. 4. Kull Stat Membru għandu jipprepara rapport dwar id-dimostrazzjoni tal-progress milħuq sa l-2005 minn dak l-Istat Membru, waqt li jieħu in-konsiderazzjoni informazzjoni sottomessa skond id-dispożizzjonijiet implimentattivi adottati skond Artikolu 3(3), u jissottometti dan ir-rapport lis-Segretarjat ta’ l- UNFCCC mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2006. 5. Il-Komunità u kull Stat Membru għandhom jissottomettu rapport lis-Segretarjat ta’ l- UNFCCC fuq il-perjodu addizzjonali stabbilit fil-Ftehim ta’ Marrakech biex jitwettqu l-obbligi malli jintemm dak il-perjodu. 6. Skond il-proċedura msemmija f’Artikolu 9(2), il-Kummissjoni tista’ tadotta dispożizzjonijiet li jkollhom rikjesti għar-rappurtaġġ dwar id-dimostrazzjoni ta’ progress kif meħtieġ minn Artikolu 3(2) tal-Protokoll ta’ Kyoto u għar-rappurtaġġ in-relazzjoni għall-perjodu addizzjonali stabbilit fil-Ftehim ta’ Marrakech għat-twettiq ta’ l-obbligazzjonijiet. 7. L-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent għandha tipprovdi assistenza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 skond il-programm tax-xogħol annwali tagħha. Artikolu 6 Reġistri nazzjonali 1. Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jistabbilixxu u jżommu reġistri sabiex jiżguraw l-ikkuntjar korrett tal-ħruġ, iz-zamma, t-trasferiment, l-akkwist, l-ikkanċellar u l-irtirar ta’ ammonti ta’ unitajiet asenjati, unitajiet ta’ tneħħija, unitajiet li jirriduċu l-emissjoni, u riduzzjonijiet ta’ emissjonijiet ċertifikati. Dawn ir-reġistri għandhom jinkorporaw reġistri stabbiliti skond Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87KE, skond id-dispożizzjonijiet adottati skond il-proċedura msemmija f "Artikolu 9(2) ta" din id-Deċiżjoni. Il-Komunità u l-Istati Membri jistgħu jżommu r-reġistri f’sistema konsolidata flimkien ma’ Stat Membru wieħed jew aktar. 2. L-elementi msemmija fl-ewwl sentenza tal-paragrafu 1 għandhom jitqegħdu għad-dispożizzjoni ta’ l-amministratur ċentrali innominat taħt Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE. Artikolu 7 Ammont assenjat 1. Il-Komunità u kull Stati Membru għandhom, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006, jissottomettu (kull wiehed u wahda) rapport lis-Segretarjat ta’ l-UNFCCC li jistabbilixxi l-ammont assenjat lilhom bħala ugwali għal-livelli rispettivi tagħhom determinati skond l-ewwel paragrafu ta’ Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/358/KE u l-Protokoll ta’ Kyoto. L-Istati Membri u l-Komunità għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jissottomettu r-rapporti tagħhom simultanjament. 2. L-Istati Membri għandhom, wara li jirrevedu l-inventarji nazzjonali tagħhom taħt il-Protokoll ta’ Kyoto għal kull sena ta’ l-impenn tagħhom taħt il-Protokoll ta’ Kyoto għall-ewwel perjodu ta’ rabta, inkluż ir-risoluzzjoni ta’ xi kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni, mill-ewwel jirtiraw ammonti ta’ unitajiet assenjati, unitajiet ta’ tneħħija, unitajiet ta’ riduzzjoni ta’ emissjonijiet, u riduzzjonijiet ta’ emissjonijiet iċċertifikati ekwivalenti għall-emissjonijiet netti tagħhom matul dik is-sena. In rigward l-aħħar sena tal-perjodu ta’ rabta, l-irtirar għandu jseħħ qabel ma jiskadi l-perjodu addizzjonali stabbilit fil-Ftehim ta’ Marrakech biex jitwettqu l-obbligi. 3. L-Istati Membri għandhom joħorġu ammonti ta’ unitajiet assenjati fir-reġistri nazzjonali tagħhom li jikkorrispondu mal-livelli ta’ emissjonijiet tagħhom determinati skond id-Direttiva 2002/358/KE u l-Protokoll ta’ Kyoto. Artikolu 8 Proċeduri taħt il-Protokoll ta’ Kyoto 1. L-Istati Membri u l-Komunità għandhom jiżguraw koperazzjoni sħiħa u effettiva u koordinazzjoni ma’ xulxin b’relazzjoni ma’ l-obbligi taħt din id- Direttiva li jikkonċernaw: (a) il-kompilazzjoni ta’ inventarju ta’ gass serra tal-Komunità u rapport ta’ inventarju ta’ gass serra tal-Komunità, skond Artikolu 4(1); (b) il-proċeduri tar-reviżjoni u tat-tħaris taħt il-Protokoll ta’ Kyoto skond id-deċiżjonijiet relevanti hemmhekk; (ċ) xi aġġustamenti taħt il-proċess ta’ riviżjoni UNFCCC jew xi tibdil ieħor fl-inventarji jew ir-rapporti ta’ l-inventarji sottomessi, jew li ser jiġu sottomessi lis-Segretarjat ta’ l-UNFCCC; (d) il-preparazzjoni tar-rapport tal-Komunità u tar-rapporti ta’ l-Istati Membri dwar id-dimostrazzjoni ta’ progress sa l-2005 skond Artikolu 5(3) u (4); (e) il-preparazzjoni u s-sottomissjoni tar-rapport msemmi f’Artikolu 7(1); u (f) rappurtaġġ b’relazzjoni ma’ perjodu addizzjonali stabbilit fil-Ftehim ta’ Marrakech biex jitwettqu l-obbligazzjonijiet skond Artikolu 5(5) u (6). 2. L-Istati Membri għandhom jissottomettu inventarji nazzjonali lis-Segretarjat ta’ l-UNFCCC sal-15 ta’ April f’kull sena li jkun fihom informazzjoni identika għal dik sottomessa skond Artikolu 3(1), kemm-il darba l-informazzjoni li tkun neħħiet xi inkonsistenzi jew vojt kienet diġa mgħoddija lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu ta’ dik is-sena. 3. Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija f’Artikolu 9(2) tippreskrivi proċeduri u żmien għal tali koperazzjoni u kordinament. Artikolu 9 Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn "Kumitat dwar Bdil ta’ Klima". 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu, wara li jikkunsidraw Artikolu 8 tiegħu. Il-perjodu ta’ żmien preskritt f’Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur. 3. Il-Kumitat dwar Bdil ta’ Klima għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu. Artikolu 10 Miżuri oħra Wara s-sotomissjoni tar-rapport dwar id-dimostrazzjoni ta’ progress sal-2005, skond Artikolu 5(3), il-Kummissjoni għandha minnufih tirrevedi l-limiti li l-Komunità u l-Istati Membri tagħha qegħdin jagħmlu progress biex jaderixxu mal-livelli ta’ emissjoni tagħhom, determinati skond id-Deċizjoni 2002/358/KE u l-Protokoll ta’ Kyoto, u l-limitu li fih qegħdin jilħqu l-obbligi tagħhom taħt il-Protokoll ta’ Kyoto. Fid-dawl ta’ din l-istima, il-Kummissjoni tista’ tagħmel proposti skond il-każ, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tiżgura li l-Komunità u l-Istati Membri tagħha jħarsu l-livelli ta’ emissjoni tagħhom u li l-obbligi kollha tagħhom taħt il-Protokoll ta’ Kyoto jintlaħqu. Artikolu 11 Tħassir Id-Deċiżjoni 93/389/KEE hija hawnhekk imħassra. Kull referenzia magħmula għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftehmu bħal referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta "korrelazzjoni fl-Anness." Artikolu 12 Destinatarji Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Strasbourg, fil-11 ta’ Frar 2004. Għall-Parlament Ewropew Il-President P.Cox Ghall-Kunsill Il-President M. McDowell [1] ĠU C 234, 30.09.03, p. 51. [2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjal) Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Jannar 2004. [3] ĠU L 167, tad-9.7.1993, p. 31. Deċiżjoni l-aħħar emendata bir -Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1). [4] ĠU L 33, 07.02.94, p. 11. [5] ĠU L 130, 15.05.02, p. 1. [6] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23. [7] ĠU L 275, 25.10.03, p. 32. -------------------------------------------------- ANNESS Tabella tal-korrelazzjoni DEĊIŻJONI 93/389/KEE | Din id-Deċiżjoni | Artikolu 1 | Artikolu 1 | Artikolu 2(1) | Artikolu 2(1) | Artikolu 2(2) | Artikolu 2(1) u Artikolu 3(2) | Artikolu 3(1) | Artikolu 3(1) u Artikolu 3(3) | Artikolu 3(2) | Artikolu 3(1) u Artikolu 4(2) | Artikolu 3(3) | Artikolu 4(1) | Artikolu 4 | Artikolu 3(2), Artikolu 3(3), Artikolu 5(1) | — | Artikolu 4(3) | Artikolu 5(1) u (2) | Artikolu 2(3) | Artikolu 5(3) | Artikolu 5(1) | Artikolu 5(4) | Artikolu 5(2) | — | Artikolu 5(3) | Artikolu 6 | Artikolu 5(1) | Artikolu 7 | — | — | Artikolu 6 | — | Artikolu 7 | — | Artikolu 8 | Artikolu 8 | Artikolu 9 | — | Artikolu 10 | — | Artikolu 11 | Artikolu 9 | Artikolu 12 | --------------------------------------------------