This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0264
2004/264/EC: Commission Decision of 18 March 2004 suspending the anti-dumping duty imposed by Decision No 2730/2000/ECSC on imports of coke of coal in pieces with a diameter of more than 80 mm originating in the People's Republic of China
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Marzu 2004 tissospendi d-dazju ta' kontra d-dumping li kien impost bid-Deċiżjoni Nru 2730/2000/KEFA, dwar l-importi ta' kokk tal-faħam f'biċċiet b'dijametru ta' aktar minn 80 mm li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Marzu 2004 tissospendi d-dazju ta' kontra d-dumping li kien impost bid-Deċiżjoni Nru 2730/2000/KEFA, dwar l-importi ta' kokk tal-faħam f'biċċiet b'dijametru ta' aktar minn 80 mm li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
ĠU L 81, 19.3.2004, pp. 89–91
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 20/12/2004
Official Journal L 081 , 19/03/2004 P. 0089 - 0091
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Marzu 2004 tissospendi d-dazju ta' kontra d-dumping li kien impost bid-Deċiżjoni Nru 2730/2000/KEFA, dwar l-importi ta' kokk tal-faħam f'biċċiet b'dijametru ta' aktar minn 80 mm li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (2004/264/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi terzi li mhumiex Membri tal-Komunità Ewropea [1] (ir-Regolament bażiku), kif kien emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 14(4) tiegħu, Wara li kkonsultat mal-Kummissjoni ta' Konsulenza, Billi: A. PROĊEDURA (1) Bid-Deċiżjoni Nru 2730/2000/KEFA [3], il-Kummissjoni imponiet dazju definit kontra d-dumping ta' importi ta' kokk ta' faħam b'dijametru ta' aktar minn 80 mm li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (PRC), li taqa' taħt il-kodiċi NM ex27040019 (il-prodott konċernat). L-ammont ta' dazju ta' kontra d-dumping huwa daqs l-ammont fiss ta' 32.6 EUR għal kull tunnellata metrika ta' piż nett niexef. (2) Minħabba l-iskadenza tat-Trattat li stabbilixxiet l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fit-23 ta' Lulju 2002, il-Kunsill, bir-Regolamant (KE) Nru 963/2002 [4], ir-Regolamant kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1310/2002 [5], iddeċieda li l-proċeduri ta' kontra d-dumping ikunu konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2277/96/KEFA [6], id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 435/2001/KEFA [7], u għad trid tibqa' titkompla fis-seħħ u tkun irregolata mid-disposizzjonijiet tar-Regolament bażiku li jiġi fis-seħħ mill-24 ta' Lulju 2002. Bl-istess mod, kull miżura kontra d-dumping li tirriżulta minn investigazzjonijiet ta' kontra d-dumping li jkunu għadhom pendenti għandha tiġi regolata mid-disposizzjonijiet tar-Regolament bażiku mill-24 ta' Lulju 2002. (3) Sadattant, f'Diċembru ta' l-2002, il-Kummissjoni bdiet ir-reviżjoni għat-talba ta' l-Eucoke-EEIG (l-applikant), alloġġjata f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir mit-total tal-produzzjoni tal-kokk tal-faħam tal-Komunità f'biċċiet b'dijametru ta' aktar minn 80 mm, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. (4) Wara li l-applikant irtira l-ilment, il-Kummissjoni pproponiet lill-Kunsill li r-reviżjoni temporanja għandha tintemm. (5) Madankollu, waqt l-investigazzjoni temporanja li tikkonċerna l-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2001 sat-30 ta' Settembru 2002 (il-perjodu ta' l-investigazzjoni), dehret informazzjoni dwar bidla fil-kondizzjonijiet tas-suq wara l-perjodu ta' l-investigazzjoni (jiġifieri mill-1 ta' Ottubru 2002 sat-30 ta' Settembru 2003) li tista' tiġġustifika s-sospensjoni tal-miżuri li bħalissa qegħdin fis-seħħ, skond l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku, ingħatat lill-Kummissjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni eżaminat jekk din is-sospensjoni kinitx digrieta jew le. B. RAĠUNIJIET (6) Iżda fl-interess tal-Komunità, l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku jgħid illi l-miżuri kontra d-dumping jistgħu jiġu sospiżi f'każijiet li l-kondizzjonijiet tas-suq ikunu nbidlu temporanjament sal-limitu li l-ħsara li ssir ma tkunx tista' titranġa minħabba s-sospensjoni, bil-kondizzjoni li l-industrija tal-Komunità tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta u li dawn il-kummenti jkunu ġew ikkunsidrati. L-Artikolu 14(4) ikompli jindika li l-miżuri kkonċernati ta' kontra d-dumping jistgħu jerġgħu jingħataw status f'kull mument jekk ir-raġuni għas-sospensjoni ma tkunx aktar applikabbli. (7) Matul l-investigazzjoni temporanja tar-reviżjoni, numru ta' partijiet interessati allegaw li miż-żmien tal-perjodu investigattiv, is-sitwazzjoni tas-suq inbidlet drammatikament. L-allegazzjonijiet kienu bbażati fuq nuqqas ta' provvista tal-prodott konċernat u l-livell għoli ta' prezzijiet li kienu jżommu n-negozjanti tas-suq tal-Komunità. (8) Minħabba s-serjeta' ta' dawn l-allegazzjonijiet, il-Kummissjoni għamlet investigazzjoni oħra biex tassessja l-evoluzzjoni riċenti tal-volumi u tal-prezzijiet tal-prodott konċernat għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Ottubru 2002 u t-30 ta' Settembru 2003. Il-partijiet ikkonċernati kollha ngħataw l-opportunita' li jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom. Il-partijiet konċernati kollha ikkoperaw ma' l-investigazzjoni l-ġdida, l-utenti sa ċertu limitu ikkoperaw inqas. (9) Rigward l-informazzjoni provduta minn importatur ta' kooperazzjoni u konferma mill-utenti, żieda fil-prezzijiet tal-prodotti konċernati impurtati mill-PRC li tvarja minn 20 % sa 50 % kienet rapportata għall-perjodu eżaminat. Din it-tendenza fil-prezzijiet kienet ikkonfermata wkoll mill-industrija tal-Komunità. L-industrija ta' l-azzar, li mhijiex parti interessata f'din il-proċedura, ukoll irrapportat żieda ta' 76 % fil-prezzijiet ta' kull tip ta' kokk. (10) Jekk l-utenti tal-Komunità ma jixtrux il-prodott konċernat direttament mill-PRC iżda mingħand negozjanti li ma jagħmlux distinzjoni eżatta skond l-oriġini tal-prodott, l-informazzjoni fuq il-volum tal-prodott kienet ibbażata fuq it-tisjib tal-magazin speċjalizzat imsejjaħ The Coke Market Report, li huwa rikonoxxut bħala għajn serja ta' informazzjoni fuq is-suq tal-kokk. Din il-pubblikazzjoni rrapurtat nuqqas ta' importazzjoni mill-PRC minn 15,5 miljun tunnella ta' kull tip ta' kokk fl-2002 għal 12-il miljun tunnellata fl-2003, jiġifieri nuqqas ta' 23 %. Dan in-nuqqas hu prinċipaljament ir-riżulatat ta' bidla riċenti fil-politika ta' l-awtoritajiet Ċiniżi li ddeċidew li jmexxu il-produzzjoni ¬iniża għas-suq domestiku biex b'hekk jilħqu ż-żieda fid-domanda domestika, billi jnaqqsu n-numru ta' liċenzji ta' l-esportazzjoni mogħtija lill-esportaturi Ċiniżi. Għalkemm din l-informazzjoni għadha mhijiex ikkonfermata minħabba li l-awtoritajiet Ċiniżi għad iridu joħorġu l-liċenzji, fis-sena 2004 hu mistenni li jkun hemm nuqqas ieħor ta' 6,5 miljun tunnellata metrika fl-importazzjoni mill-PRC. Minħabba li n-numru ta' liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet Ċiniżi qed jonqsu, fl-2004 hi mistennija żieda oħra ta' 19 % fil-prezz tal-prodott konċernat. Minħabba li l-bidla sinifikanti fil-provvisti tal-prodott konċernat hi r-riżulatat ta' bidla fil-politika ta' l-awtoritajiet Ċiniżi, mhemm l-ebda informazzjoni li tħalli lill-Kummissjoni tassumi li dawn il-bidliet huma ta' natura dewwiema. (11) Rigward l-industrija tal-Komunità, irridu ninnutaw li minħabba l-imposizzjoni tal-miżuri fl-2000, is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità mxiet ‘il quddiem. Il-volum ta' bejgħ u prodotti naqas kemmxejn bħall-konsum tal-Komunità, imma l-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu b'mod sinifikattiv. L-ivestimenti żdiedu b'terz u l-impiegi b'10 %. Is-sehem tas-suq biss baqa' stabbli (33 %) imma dan kien dovut għall-apparizzjoni ta' pajjiżi ġodda ta' esportazzjoni bħalma huma r-Repubblika Ċeka u l-Polonja, fil-waqt li fil-perjodu ta' l-investigazzjoni s-sehem tas-suq Ċiniż kellu nuqqas ta' aktar minn 10 fil-mija tal-punti u irrappreżenta 9 % tas-suq tal-Komunità. Għalkemm għadha ma laħqitx l-10,5 % profitt li kien immirat bid-Deċiżjoni Nru 2730/2000/KEFA, is-sitwazzjoni tal-profitt ukoll tjiebet. Madankollu, mis-sena 2000 l-industrija tal-Komunità kisbet 17-il punt perċentwali u saret vantaġġuża matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni. Barra minn hekk, għas-sitwazzjoni wara l-perjodu ta' l-investigazzjoni (jiġifieri mill-1 ta' Ottubru 2002 sat-30 ta' Settembru 2003), huwa importanti ninnotaw li għalkemm il-produtturi tal-Komunità irrapportaw żieda fil-produzzjoni u fil-bejgħ fis-suq tal-Komunità ta' 20 u 40 fil-mija rispettivament, meta wieħed iżomm f'moħħu li l-produtturi tal-Komunità jipproduċu biss terz tad-domanda tas-suq tal-Komunità għall-prodott konċernat, l-importazzjoni mill-PRC tibqa' essenzali għall-provvista tas-suq tal-Komunità'. Ċ. KONKLUŻJONI (12) Bħala konklużjoni, meta naraw il-bidla temporanja fil-kondizzjonijiet tas-suq, u partikolarment il-livell għoli ta' prezzijiet tal-prodott konċernat ipprattikat fis-suq tal-Komunità, li huwa wisq ogħla mil-livell offensiv li nstab fl-investigazzjoni oriġinali, flimkien ma' l-allegazzjoni ta' nuqqas ta' provvista tal-prodott konċernat, huwa kkonsidrat li l-ħsara konnessa ma' l-importazzjoni tal-prodott konċernat li joriġina mill-PRC mhijiex probabbli li terġa' tibda bħala riżulatat tas-sospensjoni li tkun fl-interess tal-Komunità. Għalhekk huwa propost li jiġu sospiżi l-miżuri fis-seħħ għal perjodu ta' disa' xhur bi qbil ma' l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku. (13) Skond l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-industrija tal-Komunità dwar l-intenzjoni tagħha li tissospendi l-miżuri fis-seħħ ta' kontra d-dumping. L-industrija tal-Komunità ngħatat l-opportunità li tikkummenta. L-industrija tal-Komunità ma opponietx s-sospensjoni tal-miżuri fis-seħħ ta' kontra d-dumping. (14) Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonsidra li l-ħtiġijiet kollha għas-sospensjoni tad-dazju ta' kontra d-dumping imposti fuq il-prodott konċernat ikunu milħuqa, bi qbil ma' l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku. Konsegwentament, id-dazju ta' kontra d-dumping li kien impost bid-Deċiżjoni Nru 2730/2000/KEFA għandu jkun sospiż għal perjodu ta' disa' xhur. (15) Il-Kummissjoni se tkompli tikkontrolla l-iżvilupp ta' l-importazzjoni u l-prezzijiet tal-prodott konċernat. Jekk f'xi ħin tinħoloq sitwazzjoni fejn jerġa' jkun hemm żieda ta' volumi fil-prezzijiet tal-prodott konċernat mill-PRC mixtrija taħt il-prezz u konsegwentament jikkawżaw ħsara fl-industrija tal-Komunità, il-Kummissjoni terġa' ddaħħal d-dazju ta' kontra d-dumping billi tħassar s-sospensjoni preżenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-dazju definit ta' kontra d-dumping li kien impost bid-Deċiżjoni Nru 2730/2000/KEFA fuq l-importazzjoni ta' kokk ta' faħam f'biċċiet akbar minn massimu ta' 80 mm f'dijametru, li jaqa' taħt il-kodiċi NM ex27040019 (TARIC kodiċi 2704001910), u joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina qed jiġi sospiż hawnhekk għal perjodu ta' disa' xhur. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Marzu 2004. Ghall-Kummissjoni Pascal Lamy Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. [2] ĠU L 305, 07.11.02, p. 1. [3] ĠU L 316, 15.12.00, p. 30. [4] ĠU L 149, 07.06.02, p. 3. [5] ĠU L 192, 20.07.02, p. 9. [6] ĠU L 308, 29.11.96, p. 11. [7] ĠU L 63, 03.03.01, p. 14. --------------------------------------------------