Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0239

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni tat-23 ta' Frar 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra

ĠU L 84, 20.3.2004, pp. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/239/oj

Related international agreement
Related international agreement

32004D0239



Official Journal L 084 , 20/03/2004 P. 0001 - 0002


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni

tat-23 ta' Frar 2004

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra

(2004/239/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 310 tiegħu, b'konnessjoni ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-aħħar sentenza u l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu tagħhom [1],

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [2],

Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew [3],

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill li taqbel skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

Billi:

(1) Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, kien iffirmat f'isem l-Komunità Ewropea f'Lussemburgu fid-9 ta' April 2001, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001, huwa soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2) Id-dispożizzjonijiet kummerċjali li jinsabu f'dan il-Ftehim huma ta' natura eċċezzjonali għall-Unjoni Ewropea, b'konnessjoni mal-politika implementata fil-qafas tal-proċess ta' l-istabbilizzazzjoni u l-assoċjazzjoni u ma jsawru l-ebda preċedent fil-politika kummerċjali tal-Komunità b'rigward il-pajjiżi terzi barra mill-Istati Balkani tal-Punent.

(3) Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim jaqgħu taħt l-intenzjoni ta' Parti Tlieta, Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li tgħaqqad lir-Renju Unit u lill-Irlanda bħala Partijiet Kontraenti separati, u mhux bħala parti mill-Komunità Ewropea, sakemm ir-Renju Unit jew l-Irlanda jinnotifikaw l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li ġiet marbuta bħala parti mill-Komunità Ewropea bi qbil mal-Protokoll fil-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea. L-istess japplika għad-Danimarka, bi qbil mal-Protokoll fil-pożizzjoni annessa tad-Danimarka ma' dawk it-Trattati.

(4) Dan il-ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' l-Istabbilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, minn naħa l-oħra, l-Annessi u l-Protokolli annessi magħhom u d-dikjarazzjonijiet mehmużin ma' l-Att Finali qed jiġu approvati hawnhekk f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

It-testi msemmija fl-ewwel paragrafu huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Il-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Komunità fil-Kunsill ta' l-Istabbilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni u fil-Kumitat ta' l-Istabbilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni, fejn dan ta' l-aħħar ikun awtorizzat li jaġixxi permezz tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, għandha tiġi determinata mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni, jew fejn huwa xieraq, mill-Kummisjoni, kull waħda bi qbil mad-dispożizzjonijiet korrispondenti tat-Trattati.

2. Skond l-Artikolu 109 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-President tal-Kunsill għandu jippresiedi fuq il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Skond ir-Regoli tal-Proċedura tiegħu, rapreżentant tal-Kummissjoni għandu jippresiedi fuq il-Kumitat ta' l-Istabbilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni.

3. Id-deċiżjoni li se tippublika id-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' l-Istabbilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni u l-Kumitat ta' l-Istabbilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea għandha tittieħed mill-Kunsill u mill-Kummissjoni rispettivament skond il-każ.

Artikolu 3

Hawnhekk il-President tal-Kunsill, f'isem il-Komunità Ewropea huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna/i awtorizzata/i biex tiddeposita/jiddepositaw l-att ta' notifiki previst fl-Artikolu 127 tal-Ftehim. Il-President tal-Kummissjoni għandu jiddeposita l-atti ta' notifiki msemmija f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Frar 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Cowen

Għall-Kummissjoni

Romano Prodi

Il-President

[1] Wara l-iskadenza fit-23 ta' Lulju 2002 tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, il-Komunità Ewropea akkwistat id-drittijiet u l-oblilgazzjonijiet kollha tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (ĠU L 194, tat-23.7.2002, p. 35).

[2] ĠU C 213 E, 31.07.01, p. 23.

[3] ĠU C 27 E, 31.01.02, p. 59.

--------------------------------------------------

Top