EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0232

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2004 li temenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' halon 2402 (notifikata bid-dokument numru K(2004) 639)

ĠU L 71, 10.3.2004, p. 28–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R1005

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/232/oj

32004D0232



Official Journal L 071 , 10/03/2004 P. 0028 - 0029


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-3 ta' Marzu 2004

li temenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' halon 2402

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 639)

(2004/232/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jifsdu s-saff ta' l-ozon [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4)(iv) tiegħu,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni, matul il-korsa tar-reviżjoni prevvista fl-Artikolu 4(4)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, u wara konsultazzjoni ma' l-Istati Membri, rappreżentanti tal-gvern ta' l-Istati li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 u persuni li għandhom interess, waslet għal dawn l-iskoperti li ġejjin dwar l-użu ta' halon 2402.

(2) Il-manifattura ta' halon 2402 fil-pajjiżi żviluppati waqfet fl-1 ta' Jannar 1994 meta l-partijiet tal-Protokoll ta' Montreal ftehmu li jwaqqfu l-produzzjoni fil-pajjiżi żviluppati. Minn dak iż-żmien, kwalunkwe halon 2402 kellu jinkiseb minn faċilitajiet ta' ħażniet speċjalizzati li kienu żammew l-halon wara li floku kienu qed jiġu użati xi alternattivi.

(3) L-Halon 2402 għandu firxa kbira t'applikazzjonijiet fl-Istati li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 għat-trażżin ta' ħruq u splużjonijiet fis-setturi militari u dawk li mhux militari fejn hu użat, per eżempju, f'faċilitajiet nikleari kif ukoll fi trasport ta' l-art, bil-baħar u bl-ajru.

(4) Il-bdil ta' apparat ta' kontra n-nar magħmul mill-alon baġenti alternattivi ta' protezzjoni kontra l-ħruq għandha tagħti każ kemm wieħed jista'jagħmel użu minn alternattivi jew teknoloġiċi tekniċi u ekonomikament vijabbli li huma aċċettabbli meta wieħed iqis l-ambjent u s-saħħa. Attivitajiet ta' tiswija biex jiġi mwaħħal apparat għall-protezzjoni kontra l-ħruq u l-ispluzzjonijiet fl-applikazzjonijiet militari li ma jiddependiex għandhom ikunu skedati b'tali mod li jiġu evitati kompromessi inaċċettabbli fil-kapaċita difensiva ta' l-Istati li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea. Ħafna drabi ikun hemm bżonn konsiderazzjonijiet speċjali ta' baġit u perjodu ta' żmien biex minflokk jibdew jintużaw xi alternattivi biex jaddottaw aġenti alternattivi ta' protezzjoni li jaħdmu mingħajr ħsara u effettivament.

(5) L-Artikolu 4(4)(v) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jitlob li l-halon imwaħħal f'apparat li mhux imsejjaħ bħala użu kruċjali fl-Anness VII għandu jkun dekommissjonat sal-31 ta' Diċembru 2003 u l-halon rkuprat bi qbil ma' l-Artikolu 16. Sabiex jikkwalifika għall-eżentazzjoni ta' użu kruċjali li tħalli l-użu kontinwu ta' l-alon 2402 fil-pajjiżi li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea wara dik id-data, l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu jiġi emendat biex iħallu dan l-aġent tat-teffejja tal-ħruq biex jiġi użat għal firxa t'applikazzjonijiet.

(6) Ir-regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq.

(7) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 hu emendat kif imfassal fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' Marzu 2004.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1804/2003 (ĠU L 265, tas-16.10.2003, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, jiżdied dan li ġej:

"L-użu ta' halon 2402 fiċ-Ċipru, fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, fl-Ungerija, fil-Latvja, fil-Lituwanja, f'Malta, fil-Polonja, fl-Islovakkja u fl-Islovenja biss:

- fl-inġenji ta' l-ajru għall-protezzjoni tal-kumpartimenti ta' l-ekwipaġġ, il-kisja ta' barra tal-makni, kompartamenti fejn jinħattu u jitgħabbew l-merkanzija u komportamenti fejn ma ssirx tgħabija u karburanti tank inerting,

- f'vettur ta' l-art militari u bastimenti tal-baħar għall-protezzjoni ta' spazji meħudha minn kumpartimenti tal-persunnal u tal-makni,

- fl-għamil inert ta' spazji okkupati fejn jista' jinħareġ likwidu li jaqbad u/jew xi gass fis-setturi militari u taż-żejt, tal-gass u petrokemikali, u f'vapuri ta' tagħbija eżistenti,

- fl-għamil inert ta' komunikazzjonijiet mgħammra b'ekwipaġġ u ċentri ta' kontroll eżistenti tal-forzi armati jew oħrajn, essenzali għas-sigurtà nazzjonali,

- fl-għamil inert ta' spazji fejn hemm riskju ta' tixrid ta' materja ta' radjoattività,

- fit-teffejja tal-ħruq miħmuma bl-idejn u tagħmir ta' stuta fiss għall-makni għall-użu fuq l-inġenji ta' l-ajru,

- fit-teffejja tal-ħruq essenzali għas-sigurtà personali użati biex jibda jintefa' l-ħruq mill-brigadieri tan-nar,

- fit-teffejja tal-ħruq militari u tal-pulizija għall-użu fuq in-nies."

--------------------------------------------------

Top