EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0155

Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2003 dwar il-mobilizzazzjoni ta' l-istrument ta' flessibilità favur ir-rijabilitazzjoni u rikostruzzjoni ta' l-Iraq skond il-punt 24 tal-Ftehim Inter-istituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999

ĠU L 54, 23.2.2004, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/155(1)/oj

32004D0155



Official Journal L 054 , 23/02/2004 P. 0001 - 0002


Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-18 ta' Diċembru 2003

dwar il-mobilizzazzjoni ta' l-istrument ta' flessibilità favur ir-rijabilitazzjoni u rikostruzzjoni ta' l-Iraq skond il-punt 24 tal-Ftehim Inter-istituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999

(2004/155/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidraw il-Ftehim Inter-istituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-budget u t-titjib fil-proċedura tal-budget [1], u b'mod partikolari l-punt 24 tiegħu,

Wara li kunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [2],

Billi:

(1) Wara l-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 f'Thessaloniki, il-Kummissjoni proponiet li s-sehem tal-Komunità tal-kontribuzzjoni Ewropea tammonta għal 200 million Euro matul il-perjodu 2003-2004, b'40 miljun Euro mobilizzati fl-2003 u b‘160 miljun Euro mobilizzati fl-2004.

(2) L-ammont previst għall-2004 ma kienx imdaħħal fl-abbozz preliminari tal-budget għall-2004. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni proponiet biex twarrab 160 miljun Euro taħt il-linja gdida tal-budget dedikata, maħluqa permezz ta‘ l-ittra ta' emenda Nru 1 għall-PDB 2004 (Artikolu 19 08 07). Fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tata‘ l-24 ta' Novembru 2003 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill aċċettaw din l-ittra ta' emenda f'ammont ta' 160 miljun Euro fil-linja maħluqa għall-"Għajnuna għar-rijabilitazzjoni u rikostruzzjoni tata‘ l-Iraq" u l-mobilizzazzjoni tata‘ l-istrument ta' flessibilità għall ammont ta' 95 miljun Euro,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-budget ġenerali tata‘ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "il-budget tal-2004"), l-istrument ta' flessibilità għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta' 95000000 Euro f'approprjazzjonijiet ta' impenn.

Dan l-ammont għandu jintuża biex jiffinanzja l-għajnuna għar-rijabilitazzjoni u rikostruzzjoni tata‘l-Iraq, koperti bl-Intestatura 4 "Azzjonijiet esterni" tal-perspettiva finanzjarja, taħt l-Artikolu ġdid 19 08 07 tal-budget tata‘ l-2004.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi publikata fil-Ġurnal Uffiċjali tata‘ l-Unjoni Ewropea fl-istess waqt bħal tal-budget tata‘ l-2004.

Magħmula fi Strasbourg, fit-18 ta' Diċembru 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Pat Cox

Ghall-Kunsill

Il-President

Gianluigi Magri

[1] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1. Ftehim modifikat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/429/KE (ĠU L 147, ta' l-14.6.2003, p. 25).

[2] Għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Top