This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0127
2004/127/EC: Council Decision of 22 December 2003 on the conclusion of the Agreement on scientific and technological cooperation between the European Community and the Tunisian Republic
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2003 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ko\operazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2003 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ko\operazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija
ĠU L 37, 10.2.2004, p. 16–16
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/127(1)/oj
Official Journal L 037 , 10/02/2004 P. 0016 - 0016
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2003 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ko\operazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija (2004/127/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 170 tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 300(2) u Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi: (1) Il-Kummissjoni negozjat, għan-nom tal-Komunità, Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika mar-Repubblika tat-Tuniżija. (2) Il-Ftehim kien iffirmat għan-nom tal-Komunità fis-26 ta' Ġunju 2003 f'Tessaloniki, suġġett għal konklużjoni possibbli f'data aktar tard. (3) Il-Ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Tuniżija huwa hawnhekk approvat għan-nom tal-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi għan-nom tal-Komunità, jagħti n-notifika prevista f‘Artikolu 7 tal-Ftehim [2]. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2003. Għall-Kunsill Il-President A. Matteoli [1] Opinjoni ta' l-4 ta' Diċembru 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------