EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0126

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2003 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk

ĠU L 37, 10.2.2004, p. 8–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/126(1)/oj

Related international agreement

32004D0126



Official Journal L 037 , 10/02/2004 P. 0008 - 0008


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Diċembru 2003

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk

(2004/126/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 170 tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 300(2) u Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Il-Kummissjoni negozjat, għan-nom tal-Komunità, Ftehim dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika mar-Renju tal-Marokk.

(2) Il-Ftehim kien iffirmat għan-nom tal-Komunità fis-26 ta' Ġunju 2003 f'Tessaloniki, suġġett għal konklużjoni possibbli f'data aktar tard.

(3) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk huwa hawnhekk approvat għan-nom tal-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi għan-nom tal-Komunità, jagħti notifika prevista fl-Artikolu 7 tal-Ftehim [2].

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Matteoli

[1] L-Opinjoni mogħtija fl-4 ta' Diċembru 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] Id-data tad-dħul fis-sehħ tal-Ftehim tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------

Top