Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0025

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2002/657/KE fir-rigward tat-tqegħid tal-limiti minimi meħtieġa ta’ prestazzjoni (MRPLs) għal ċerti residwi f’ikel li joriġina mill-annimali (notifikata taħt dokument numru K(2003) 4961)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 6, 10.1.2004, pp. 38–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/06/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0808

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/25(1)/oj

32004D0025



Official Journal L 006 , 10/01/2004 P. 0038 - 0039


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-22 ta’ Diċembru 2003

li temenda d-Deċiżjoni 2002/657/KE fir-rigward tat-tqegħid tal-limiti minimi meħtieġa ta’ prestazzjoni (MRPLs) għal ċerti residwi f’ikel li joriġina mill-annimali

(notifikata taħt dokument numru K(2003) 4961)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/25/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti mill-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KE [1], kif l-aħħar emendata bir-Rgeolament (KE) Nru 806/2003 [2], u b’mod partikolari t-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1) Il-presenza ta’ residwi fi prodotti ta’ oriġini mill-annimali hija kwistjoni ta’ tħassib għas-saħħa pubblika. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE tat-12 ta’ Awissu 2002 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE li tikkonċerna l-prestazzjoni ta’ metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati [3], kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/181/KE [4], tipprovdi għal proċedura biex jiġu progressivament stabbiliti limiti għall-prestazzjoni minima meħtieġa (MRPLs) ta’ metodi analitiċi wżati biex jiskopru sustanzi li l-użu tagħhom mhux awtorizzat jew huwa speċifikament projbit fil-Komunità.

(2) Bħala riżultat ta’ l-iskoperta ta’ residwi mis-sustanza farmakoloġikament attiva malachite green li l-użu tagħha fi prodotti veterinarji mediċinali għal annimali jipproduċu ikel mhux awtorizzat fil-Komunità, u l-metabolit tagħha leucomalachite green fi prodotti ta’ l-akwakultura, il-livell li għandu jiġi fissat għall-MRPL armonizzat għal dik is-sustanza ġie miftiehem b’konsultazzjoni mal-Laboratorji ta’ Referenza tal-Komunità, il-Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza u l-Istati Membri.

(3) Huwa meħtieġ li jiġu provduti livelli armonizzati għall-kontroll ta’ dik is-sustanza biex jiġi żgurat l-istess livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur fil-Komunità.

(4) Id-Deċiżjoni 2002/657/KE għandha għalhekk tiġi hekk emendata.

(5) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2002/657/KE hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-metodi analitiċi wżati għall-iskoperta tas-sustanzi li ġejjin jikkonformaw mal-limiti minimi meħtieġa ta’ prestazzjoni (MRPLs) stipulati fl-Anness, kontra l-matriċi msemmija f’dak l-Anness:

(a) chloramphenicol;

(b) metaboliti nitrofuran;

(ċ) medroxyprogesterone;

(d) malachite green."

2. L-Anness II li jinsab mad-Deċiżjoni 2002/657/KE, huwa emendat kif stipulat fl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 125, 23.05.96, p. 10.

[2] ĠU L 122, 16.05.03, p. 1.

[3] ĠU L 221, 17.08.02, p. 8.

[4] ĠU L 71, 15.03.03, p. 17.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE hija emendata kif ġej:

Fl-Anness II, ir-ringiela li ġejja hija miżjuda:

"Substanza u/jew metabolit | Matriċi | MRPL |

Is-somma ta' malachite green u leucomalachite green | Laħam ta' prodotti mill-akwakutura | 2 µg/kg" |

--------------------------------------------------

Top