EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0008

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Novembru 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2001/528/KE li tistabbilixxi l-Kumitat tat-Titoli EwropejTest b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 3, 7.1.2004, p. 33–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/8(1)/oj

32004D0008



Official Journal L 003 , 07/01/2004 P. 0033 - 0033


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-5 ta' Novembru 2003

li temenda d-Deċiżjoni 2001/528/KE li tistabbilixxi l-Kumitat tat-Titoli Ewropej

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/8/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1) F'Ġunju 2001, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjonijiet 2001/527/KE [1] u 2001/528/KE [2] li jistabbilixxu l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej u l-Kumitat tat-Titoli Ewropej rispettivament.

(2) Id-Deċiżjoni 2002/528/KE stabbiliet il-Kumitat tat-Titoli Ewropej fil-kapaċità konsultattiva tiegħu. Skond id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar in-negozjati minn ġewwa u l-manipulazzjoni tas-swieq (l-abbuż tas-swieq) [3], il-Kumitat tat-Titoli Ewropej jista' jaġixxi bħala kumitat regolatorju fit-tifsira tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jeżerċita l-poteri ta' l-implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni [4].

(3) Fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta' Frar u tal-21 ta' Novembru 2002, il-Parlament Ewropew endorsja l-qafas regolatorju fuq erba' livelli mitkellem favuru fir-Rapport Finali tal-Kumitat ta' l-Għorrief dwar ir-regolazzjoni tas-swieq tat-titoli Ewropej u sejjaħ għalbiex jiġu estiżi ċerti aspetti ta' dan l-avviċinament għas-setturi tal-banek u ta' l-assigurazzjoni, bla ħsara għal impenn ċar mill-Kunsill li jiġi ggarantit bilanċ istituzzjonali xieraq.

(4) Fit-3 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni għalbiex tieħu passi sabiex tittraferixxi lill-istrutturi diġà stabbiliti fil-kamp tat-titoli l-funzjonijiet u l-poteri preżenti miżmuma mill-Kumitat tal-Kuntratti ta' l-UCITS (l-impriżi għall-investiment kollettiv fit-tiroli trasferibbli), stabbilit bid-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-kordinament tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma' l-impriżi għall-investimnt kolletiv fit-titoli trasferibbli (l-UCITS) [5] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [6].

(5) Il-Kummissjoni pproponiet direttiva tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew, li temenda, fost ħwejjeġ oħra, id-Direttiva 85/61/KE sabiex tħassar il-funzjonijiet tal-Kumitat tal-Kuntratti ta' l-UCITS skond l-Artikolu 53 ta' din id-Direttiva u sabiex tittrasferixxi dawk stabbiliti skond l-Artikolu 53a ta' l-istess Direttiva lill-Kumitat tat-Titoli Ewropej.

(6) Din l-emenda trid teħtieġ emenda korrispondenti u simultanja dwar il-kompetenza tal-Kumitat tat-Titoli Ewropej, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2001/528/KE,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2001/528/KE hija emendata kif ġej:

L-Artikolu 2 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 2

Ir-rwol tal-Kumitat għandu jkun li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet tal-politika kif ukoll dwar l-abbozzi ta' proposti li l-Kummissjoni tista' tadotta fil-kamp tat-titoli, inklużi l-impriżi għall-investiment kollettiv fit-titoli trasferibbi (l-UCITS)."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-istess jum tad-dħul fis-seħħ ta' kull direttiva li temenda l-funzjonijiet tal-Kumitat tal-Kuntratti ta' l-Assigurazzjonijiet ta' l-UCITS sabiex tittrasferihom lill-Kumitat tat-Titoli Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Novembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 191, tat-13.7.2001, pġ. 43.

[2] ĠU L 191, tat-13.7.2001, pġ. 45.

[3] ĠU L 96, tat-12.4.2003, pġ. 16.

[4] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.

[5] ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3.

[6] ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 35

--------------------------------------------------

Top