EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2344

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2344/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

ĠU L 346, 31.12.2003, p. 38–40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004; Impliċitament imħassar minn 32004R1810

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2344/oj

32003R2344



Official Journal L 346 , 31/12/2003 P. 0038 - 0040


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2344/2003

tat-30 ta' Diċembru 2003

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1) In-Nomenklatura Magħquda li tidher fl-Anness 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ġiet sostitwita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003 tal-11 ta' Settembru 2003 li jemenda l-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/97 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [2], li għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2004.

(2) Il-Kummissjoni adottat ir-Regolamenti (KE) Nru 1871/2003 [3], (KE) Nru 1949/2003 [4] u (KE) Nru 2205/2003 [5] li jemendaw l-Anness 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill KE) Nru 1832/2002 [6].

(3) Biex jiġi żgurat li n-Nomenklatura Magħquda li għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2004 tinkludi l-emendi magħmula minn dawn it-tliet Regolamenti, hu meħtieġ li jsiru l-emendi korrispondenti għall-Anness 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1789/2003.

(4) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1789/2003, hu hawnhekk emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,

fit-30 ta' Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2205/2003 (ĠU L 330, tat-18.12.2003, p. 10).

[2] ĠU L 281, tat-30.10.2003, p. 1.

[3] ĠU L 275, tal-25.10.2003, p. 5.

[4] ĠU L 287, 05.11.2003, p. 15.

[5] ĠU L 330, tat-18.12.2003, p. 10.

[6] ĠU L 290, tat-28.10.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. In-nota addizzjonali 7 tal-Kapitolu 2 tan-Nomenklatura Magħquda għandha tinbidel b'dan li ġej:

"7. Għall-finijiet ta' l-intestatura 0210, it-termini ‘laħam u interjuri tal-laħam li jittieklu, immellħin jew fis-salmura’ ifissru laħam u interjuri tal-laħam li jittieklu mimlijin sew u omoġeneament bil-melħ fil-partijiet kollha u li jkun fihom kontenut totali ta' melħ ta' 1,2 % jew aktar f'dak li hu piż, basta li hu l-mili bil-melħ li jiżgura l-priservazzjoni fit-tul."

2. In-nota addizzjonali 2 tal-Kapitolu 15 tan-Nomenklatura Magħquda għandha tiġi emendata kif ġej:

1. fin-nota addizzjonali 2(A), it-Tabella 1 tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"Tabella 1 Komposizzjoni ta' xaħam/aċidu bħala perċentwal tat-total ta' aċidi xaħmin

Aċidu xaħmi | Perċentwal |

aċidu miristiku | ≤ 0,05 |

aċidu palmitiku | 7,5–20,0 |

aċidu palmitoleiku | 0,3–3,5 |

aċidu ettadekanoiku | ≤ 0,3 |

aċidu ettadeċenoiku | ≤ 0,3 |

aċidu steariku | 0,5–5,0 |

aċidu oleiku | 55,0–83,0 |

aċidu linoleiku | 3,5–2,10 |

aċidu linoleniku | ≤ 1,0 |

aċidu arakidiku | ≤ 0,6 |

aċidu ejkosenoiku | ≤ 0,4 |

aċidu beeniku | ≤ 0,3 |

aċidu linjoċeriku | ≤ 0,2 |

2. in-nota addizzjonali 2(B) tiġi emendatal kif ġej:

(a) il-paragrafu preliminari jinbidel b'dan li ġej:

"Is-subintestatura 150910 tkopri biss iż-żjut taż-żebbuġa imfissra fit-Taqsimiet I u II t'hawn taħt, li jinkisbu biss b'mezzi mekkaniċi jew oħrajn fiżiċi f'kondizzjonijiet li ma jwasslux għal xi bidla fiż-żejt, u li ma jkunux għaddew minn xi trattament ieħor ħlief ħasil, tferriegħ, ċentrifugazzjoni jew filtrazzjoni,. Żjut taż-żebbuġa miksuba bl-użu ta' solventi, reaġenti kimiċi jew bijokimiċi, jew bi proċessi ta' riesterifikazzjoni, kif ukoll taħlitiet oħra ma' żjut oħra, huma esklużi minn din is-subintestatura."

(b) in-nota addizzjonali 2(B)(I) tiġi emendata kif ġej:

(i) it-terminu "żejt taż-żebbuġa lampante verġni" jinbidel bit-terminu;

(ii) l-ittra (ċ) tinbidel b'dan li ġej:

"(ċ) kontenut ta' aċidi xaħmin saturati fil-posizzjoni 2 fit-trigliċeridi ta' mhux aktar minn 1,5 %;"

(iii) l-ittra (g) tiġi emendata kif ġej:

- il-punti 1 u 3 jitneħħew;

- il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

- "4. karatteristiċi organolettiċi li juru medjan ta' difetti ta' aktar minn 2,5 skond l-Anness XII tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91."

(ċ) in-nota addizzjonali 2(B)(II) tiġi emendata kif ġej:

(i) l-ittra (a) tinbidel b'dan li ġej:

"(a) kontenut ta' aċidu, espress f'aċidu oleiku, ta' mhux aktar minn 2,0 g/100 g;"

(ii) l-ittra (e) tinbidel b'dan li ġej:

"(e) ko-effiċjent ta' estinzjoni K270 ta' mhux aktar minn 0,25;"

(iii) l-ittra (g) tinbidel b'dan li ġej:

"(g) karatteristiċi organolettiċi li juru medjan ta' difetti ta' mhux aktar minn 2,5, skond l-Anness XII tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91;"

(iv) l-ittra (ij) tinbidel b'dan li ġej:

"ij) kontenut ta' aċidi xaħmin saturati fil-posizzjoni 2 fit-trigliċeridi ta' mhux aktar minn 1,5 %;"

3. in-nota addizzjonali 2(Ċ) tiġi emendata kif ġej:

(a) l-ittra (a) tinbidel b'dan li ġej:

"(a) kontenut ta' aċidu, espress f'aċidu oleiku, ta' mhux aktar minn 1,0 g/100 g;"

(b) l-ittri (ċ) u (d) jinbidlu b'dan li ġej:

"(ċ) Koeffiċjent ta' estinzjoni K270 ta' mhux aktar minn 0,90;

(d) varjazzjoni ta' koeffiċjent ta' estinzjoni (K), fiż-żona 270-nm, ta' mhux aktar minn 0,15;"

(ċ) l-ittra (f) tinbidel b'dan li ġej:

"(f) kontenut f'aċidi xaħmin saturati fil-posizzjoni 2 fit-trigliċeridi ta' mhux aktar minn 1,8 %;"

4. in-nota addizzjonali 2(D) tiġi emendata kif ġej:

(a) l-ittra (a) titneħħa;

(b) l-ittra (ċ) tinbidel b'dan li ġej:

"(c) kontenut f'aċidi xaħmin saturati fil-posizzjoni 2 fit-trigliċeridi ta' mhux aktar minn 2,2 %;"

5. fin-nota addizzjonali 2(E), it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"Żjut ta' din is-subintestatura għandu jkollhom kontenut f'aċidi xaħmin saturati fil-posizzjoni 2 fit-trigliċeridi ta' mhux aktar minn 2,2 %, total ta' isomeri transoleiċi ta' inqas minn 0.40 %, total ta' isomeri (translinoleiċi + translinoleniċi) ta' inqas minn 0,35 %, u differenza bejn l-HPLC u l-kontenut teoretiku ta' trigliċeridi bl-ECN42 ta' mhux aktar minn 0,5."

3. Mal-kodiċi 15091010 tan-NM, id-deskrizzjoni ta' oġġetti fit-tieni kolonna għandha tinbidel b'dan li ġej:

"żejt taż-żebbuġa lampante"

4. In-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 21 tan-Nomenklatura Magħquda għandha titneħħa.

--------------------------------------------------

Top