Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2305

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta’ Diċembru, 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffali għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi

    ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R0760

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2305/oj

    32003R2305



    Official Journal L 342 , 30/12/2003 P. 0007 - 0009


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003

    tad-29 ta’ Diċembru, 2003 li

    jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffali għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità jiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju, 1992 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) fl-imsemmi Regolament,

    Billi:

    (1) Wara negozjati dwar il-kummerċ li rriżultaw fil-konklużjoni ta’ ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri mal-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, approvati rispettivament bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/253/EC [2] u 2003/254/EC [3], il-Komunità biddlet il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta’ qamħ komuni ta’ kwalità baxxa u medja u ta’ xgħir billi ħolqot kwoti għall-importazzjoni li jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar, 2003. Dwar ix-xgħir, il-Komunità ddeċidiet li tbiddel is-sistema ta’ marġini ppreferuti b’żewġ kwoti tariffali, waħda għax-xgħir għall-malting u l-oħra għax-xgħir, taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2376/2002 [4].

    (2) Ir-Regolament (KE) Nru 2376/2002 jiftaħ kwota tariffali ta’ 300000 tunnellata metrika għall-importazzjoni ta’ xgħir li jaqa’ fil-qafas tal-kodiċi NM 1003 00 minn pajjiżi terzi u jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1766/92. Wara li ġie emendat l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1766/92 mir-Regolament (KE) Nru 1104/2002 rigward il-kalkolazzjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali, dik il-kwota tariffali saret waħda definittiva. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2376/2002 ma jistax jibqa’ jkollu karattru derogattorju. Għal raġunijiet ta’ kjarezza u trasparenza, allura, dak ir-Regolament għandu jiġi mħassar u jiġi mibdul b’Regolament ġdid.

    (3) Fl-1 ta’ Mejju, 2004, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja jsiru Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea. Peress li l-kwota tariffali għall-importazzjoni ta’ 300000 tunnellata metrika ta’ xgħir hija kwota annwali mogħtija kull ġimgħa mill-1 ta’ Jannar 2004, huwa possibbli li tkun eżawrita jew kważi użata kollha fid-data tad-dħul ta’ dawn il-pajjiżi. Għalhekk, għas-sena 2004 biss, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi li jippermettu li l-Istati Membri ġodda jagħmlu użu minn dawn il-kwoti.

    (4) Sabiex ikun żgurat li l-importazzjonijiet tax-xgħir taħt din il-kwota tariffali jkunu regolari u mhux spekulattivi, dawn għandhom isiru suġġetti għall-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni. Fl-ambitu tal-kwantitajiet stabbiliti dawn il-liċenzji ser jinħarġu, mat-talba ta’ min ikun interessat, suġġetti, fejn ikun xieraq, għall-iffissar ta’ koeffiċjenti ta’ roħs fir-rigward tal-kwantitajiet mitluba.

    (5) Biex jiġi żgurat li l-amministrazzjoni ta’ din il-kwota ssir tajjeb, għadhom jiġu stabbiliti termini perentorji għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-informazzjoni li għandha tiġi nkluża fl-applikazzjonijiet u liċenzji għandhom ikunu speċifikati.

    (6) Sabiex jitieħdu inkonsiderazzjoni kondizzjonijiet ta’ fornitura, għandha ssir deroga dwar il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji.

    (7) Bl-għan li l-amministrazzjoni tal-kwota ssir tajjeb, għandha ssir deroga mir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju, 2000 li tistabilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni u għall-iffissar antiċipat għal prodotti agrikoli [5] fejn jirrigwarda n-natura trasferibbli tal-liċenzji u t-tolleranza marbuta mal-kwantitajiet maħruġin f’ċirkolazzjoni libera.

    (8) Is-sigurtà fuq il-liċenzji ta’ importazzjoni għandha tkun issettjata f’livell għoli, b’deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni għaċ-ċereali u għar-ross [6].

    (9) Għandha tiġi stabbilita sistema rapida ta’ komunikazzjoni reċiproka bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-kwantitajiet li għalihom issir l-applikazzjoni u li jiġu mportati.

    (10) Il-kumitat ta’ amministrazzjoni għaċ-ċereali għadu ma tax opinjoni saż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Qed tinfetaħ hawnhekk kwota ta’ importazzjoni ta’ 300000 tunnellata metrika ta’ xgħir li jaqgħu fil-kodiċi NM 1003 00.

    2. Il-kwota tariffali se tibda tinfetaħ fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena. Id-dazju fuq importazzjoni li taqa’ taħt il-kwota tariffali għandu jiġi mpost bir-rata ta’ 16 EUR kull tunnellata metrika.

    L-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 ikun jgħodd għal importazzjonijiet tal-prodotti msemmijin f’dan ir-Regolament f’eċċess tal-kwantita prevista fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

    Għas-sena 2004, it-tieni subparagrafu ser japplika għall-importazzjoni f’eċċess tal-kwantita prevista fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artiklu fil-perijodu kkonċernat.

    3. Għas-sena 2004, il-kwota annwali hija maqsuma f’żewġ lottijiet għall perijodi li ġejjin:

    (a) Lott 1: 1 Jannar sat-30 ta’ April 2004 - 100000 tunnellata metrika;

    (b) Lott 2: 1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Diċembru 2004 - 200000 tunnellata metrika.

    Kwantitajiet mhux uzati mil-Lott 1 awtomatikament jiġu allokati fil-Lott 2

    Artikolu 2

    L-importazzjoni kollha li taqa’ taħt il-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun suġġetta għall-produzzjoni ta’ liċenza ta’ mportazzjoni maħruġa skond ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ mportazzjoni għandhom jiġu ddepożitati għand l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kull nhar ta’ Tnejn, mhux aktar tard mis-13.00 (ħin ta’ Brussel).

    Kull applikazzjoni għal-liċenza għandha tkun għal kwantità li ma taqbiżx il-kwantità disponibbli għal kull subkwota għall-importazzjoni tal-prodott relevanti fiż-żmien ikkonċernat.

    Għas-sena 2004, il-kwantità msemmija fit-tieni subparagrafu ma tistax taqbeż il-kwantità disponibbli għall-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat fiż-żmien ikkonċernat.

    2. Sa mhux aktar tard mis-18.00 ħin ta’ Brussel fil-ġurnata meta jiġu ddepożitati l-applikazzjonijiet għal-liċenza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni permezz ta’ fax, notifika skond il-mudell anness ma’ dan id-dokument, u l-kwantità totali li toħroġ mis-somma tal-kwantitajiet kollha ndikati fl-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni. Notifiki bħal dawn għandhom isiru anke meta l-ebda applikazzjoni ma ssir fi Stat Membru. Dik l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata separatament mill-informazzjoni dwar applikazzjonijiet oħra ta’ liċenzji għall-importazzjoni għal ċereali.

    Jekk l-Istat Membru ma jibgħatx lill-Kummissjoni notifika dwar applikazzjonijiet sat-terminu perentorju, il-Kummissjoni tikkonsidra li ma ġiet iddepożitata l-ebda applikazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat.

    3. Jekk it-total tal-kwantitajiet konċessi mill-bidu tas-sena u l-kwantita msemmija fil-paragrafu 2 jaqbeż il-kwota għal dik is-sena kkonċernata, il-Kummissjoni tissettja, mhux aktar tard mit-tielet jum wara li jagħlqu l-applikazzjonijiet, koeffiċjenti ta’ roħs uniku li għandu jiġi applikat lill-kwantitajiet mitluba.

    Għas-sena 2004, il-koeffiċjenti ta’ roħs uniċi msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu ssettjati jekk it-total tal-kwantitajiet konċessi mill-bidu tal-perijodu u l-kwantitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 jaqbeż il-kwota għal dak il-perijodu kkonċernat.

    4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-liċenzji għandhom jiġu maħruġa fir-raba’ jum utli wara l-ġurnata ta meta tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni. Mhux aktar tard mis-18.00 ħin ta’ Brussel fil-jum li jiġu maħruġin il-liċenzji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu fax lill-Kummissjoni, fuq in-numru msemmi fl-Anness mehmuż ma’ dan id-dokument, il-kwantità totali li tirriżulta mill-addizzjoni tal-kwantitajiet li għalihom ikunu ġew maħruġa liċenzji ta’ mportazzjoni matul dak il-jum.

    Artikolu 4

    Il-liċenzji għall-importazzjoni ser ikunu validi għal 45 ġurnata mid-data tal-ħruġ. Skond l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-perjodu ta’ validità tal-liċenza għandu jiġi kkalkolat mid-data tal-ħruġ.

    Artikolu 5

    B’deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet li ġejjin mil-liċenza ta’ l-importazzjoni mhux ser ikunu trasferibbli.

    Artikolu 6

    B’deroga mill-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-kwantità meħlusa fiċ-ċirkulazzjoni libera ma tistax taqbeż dik indikata fil-kaxxi 17 u 18 tal-liċenza ta’ l-importazzjoni. Għal dan l-iskop, il-figura "0" għandha tkun imniżżla fid-19-il kaxxa tal-liċenza.

    Artikolu 7

    L-applikazzjoni għal-liċenza ta’ l-importazzjoni u l-liċenza għall-importazzjoni jridu jinkludu l-informazzjoni segwenti:

    (a) fil-kaxxa 20, waħda minn dawn li ġejjin:

    - Reglamento (CE) no 2305/2003

    - Forordning (EF) Nr. 2305/2003

    - Verordnung (EG) Nr. 2305/2003

    - Κανονισμός (EK) αριθ. 2305/2003

    - Regulation (EK) No 2305/2003

    - Règlement (CE) no 2305/2003

    - Regolamento (CE) n. 2305/2003

    - Verordening (EG) Nr. 2305/2003

    - Regulamento (CE) n.o 2305/2003

    - Asetus (EY) N:o 2305/2003

    - Förordning (EG) Nr. 2305/2003

    (b) fil-kaxxa 24, il-kelmiet "EUR 16/tunnellata metrika".

    Artikolu 8

    B’deroga mill-Artikolu 12(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, is-sigurtà għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni previsti f’dan ir-Regolament għandha tkun EUR 30 għal kull tunnellata metrika.

    Artikolu 9

    Ir-Regolament (KE) Nru. 2376/2002 huwa b’dan imħassar.

    Artikolu 10

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu jibda japplika mill-1 tà Jannar 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 29 Diċembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1104/2003 (ĠU L 158, tas-27.6.3, p. 1).<0}

    [2] ĠU L 95, tal-11.4.2003, p. 36.

    [3] ĠU L 95, tal-11.4.2003, p. 40.

    [4] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 92. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1113/2003 (ĠU L 158, tas-27.6.3, p. 24).

    [5] ĠU L 152, ta' l-24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 325/2003 (ĠU L 47, tal-21.2.3, p. 21).

    [6] ĠU L 189, tad-29.7.2003, p. 12.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top