Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2302

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2302/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jidderoga mir-Regolament (KE) 192/2002 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ħruġ ta’ liċenzi ta’ l-importazzjoni għaz-zokkor u taħlitiet taz-zokkor u l-kawkaw bil-kumulu ta’l-oriġini ACP/OCT jew EC/OCT

    ĠU L 342, 30.12.2003, p. 4–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2302/oj

    32003R2302



    Official Journal L 342 , 30/12/2003 P. 0004 - 0004


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2302/2003

    tad-29 ta’ Diċembru 2003

    li jidderoga mir-Regolament (KE) 192/2002 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ħruġ ta’ liċenzi ta’ l-importazzjoni għaz-zokkor u taħlitiet taz-zokkor u l-kawkaw bil-kumulu ta’l-oriġini ACP/OCT jew EC/OCT

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KEE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Komunità Ewropea [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 6/4/KE [2],

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2002 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ħruġ ta’ liċenzi ta’l-importazzjoni għal prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitolu 17 tan-NM u l-kodiċijiet tan-NM 18061030 u 18061090 bil-kumulu ta’l-oriġini ACP/OCT jew EC/OCT

    (2) Fid-dawl tat-tkabbir ta’l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004, għandha ssir deroga, għall-2004, mill-kalendarju biex jitressqu applikazzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament biex l-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-importazzjoni ta’dawn il-prodotti mid-data ta’l-adeżjoni. Għall-istess skop, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita kwantità massima disponibbli fl-1 ta’ Jannar 2004 għall-ewwel perjodu tas-sottomissjoni ta’l-applikazzjonijiet, li tikkorrispondi ma’ terz tal-kwantità massima annwali stabbilita fit-tieni subparagrafu ta’l-Artikolu 6(4) ta’l-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2001/822/KE,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Għall-2004, b’deroga mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 192/2002, applikazzjonijiet għal-liċenza ta’l-importazzjoni għandhom ikunu relatati ma’ kwantità ta’ mhux anqas, minn 25 tunnellata metrika u ta’ mhux aktar mill-kwantità stabbilita fil-paragrafu 3 għall-perjodu tas-sottomissjoni ta’l-applikazzjonijiet għax-xahar ta’ Jannar, u l-kwantità disponibbli għall-perjodi sussegwenti għas-sottomissjoni ta’l-applikazzjionijiet.

    2. Għall-2004, b’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 192/2002, applikazzjonijiet għal liċenzi għandhom jitressqu quddiem l-awtorità kompetenti ta’l-Istati Membri fl-ewwel jiem utli ta’ Jannar, Mejju, Lulju u Ottubru 2004.

    3. Għall-2004, b’deroga mill-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 192/2002, meta applikazzjonijiet għal liċenzJa mressqa fl-ewwel ħamest ijiem utli ta’ Jannar 2004 jeżawrixxu jew jaqbżu d-9333 tunnellata metrika, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-koeffiċjent singolu tat-tnaqqis li għandu jiġi applikat għal kull waħda mill-applikazzjonijiet imressqa fi żmien 10 jiem utli mid-data tal-għeluq biex jitressqu l-applikazzjonijiet ta’ liċenzji.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Diċembru 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 314, tat-30.11.2001, p. 1.

    [2] ĠU L 31, ta’l-1.2.2002, p. 55.

    --------------------------------------------------

    Top