Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2246

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2246/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2003 fuq il-kondizzjonijiet speċjali għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tal-majjal

    ĠU L 333, 20.12.2003, p. 34–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2246/oj

    32003R2246



    Official Journal L 333 , 20/12/2003 P. 0034 - 0036


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2246/2003

    tad-19 ta’ Diċembru 2003

    fuq il-kondizzjonijiet speċjali għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tal-majjal

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 5(4) tiegħu,

    Billi:

    (1) Miżuri ta’l-intervent jistgħu jittieħdu fir-rigward tal-laħam tal-majjal jekk, fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità, il-prezz medju tal-karkassi tal-majjal ikun anqas minn 103 % tal-prezz bażiku u jkun aktarx sa jibqa’ taħt dak il-livell.

    (2) Il-prezzijiet tas-suq ikunu waqgħu taħt dak il-livell u, minħabba tendenzi staġjonali u ċikliċi, din is-sitwazzjoni għandha mnejn tibqa’.

    (3) Miżuri ta’l-intervent għandhom jittieħdu. Dawn jistgħu jiġu llimitati għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata b’konformità mar-Regolament (KEE) Nru 3444/90 tas-27 ta’ Novembru 1990 li jistabbilixxi regoli dettaljati għal-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tal-majjal [2].

    (4) Taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2763/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal [3], il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tnaqqas jew testendi l-perjodu tal-ħażna. Flimkien ma’l-ammonti ta’ għajnuna għal perjodi speċifiċi ta’ ħażna, l-ammonti li għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu fil-każ li l-Kummissjoni tadotta din id-deċiżjoni għandhom jiġu stabbiliti.

    (5) Biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol amministrattiv u ta’ kontroll rigward il-konklużjoni ta’ kuntratti, għandhom jiġu stabbiliti kwantitajiet minimi.

    (6) Il-garanzija għandha tiġi stabbilita f’livell li jiżgura li l-magazzinieri jwettqu l-obbligazzjonijiet kuntrattwali tagħhom.

    (7) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Mit-22 ta’ Diċembru 2003 jistgħu jitressqu applikazzjoni għal ħażna privata b’konformità mar-Regolament (KEE) Nru 3444/90. Il-lista tal-prodotti eliġibbli għall-għajnuna u l-ammonti relevanti huma spjegati fl-Anness li hawn ma’ dan.

    2. F’każ li l-Kummissjoni testendi jew tnaqqas il-perjodu tal-ħażna, l-ammont ta’l-għajnuna għandu jiġi aġġustat skond il-każ. Is-supplimenti u t-tnaqqis kull xahar u kull jum huma spjegati fil-kolonni 6 u 7 ta’l-Anness.

    Artikolu 2

    Il-kwantitajiet minimi għal kull appalt u għal kull prodott għandhom ikunu:

    (a) 10 tunnellati metriċi għal prodotti bl-għadam;

    (b) 15-il tunnellata metrika għal prodotti oħra.

    Artikolu 3

    Il-garanzija għandha tkun ta’ 20 % ta’l-għajnuna spejgata fl-Anness.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 19 Diċembru 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1365/2000 (ĠU L 156, tad-29.6.2000, p. 5).

    [2] ĠU L 333, tat-30.11.1990, p. 22. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 851/2003 (ĠU L 123, tas-17.5.2003, p. 7).

    [3] ĠUL 282, ta’ l-1.11.1975, p. 19.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    (EUR/tunnellata metrika) |

    Kodiċi tan-NM | Prodotti li dwarhom tingħata l-għajnuna | Ammont ta' għajnuna għal perjodu ta' ħażna ta' | Żieda jew tnaqqis |

    3 xhur | 4xhur | 5xhur | Kull xahar | Kull jum |

    1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |

    ex0203 | Laħam tal-majjal domestiku, frisk jew imkessaħ: | | | | | |

    ex02031110 | Nofs karakssi mingħajr is-sieq ta' quddiem, denb, kilwa, mindil u spina dorsali | 278 | 315 | 352 | 37 | 1,24 |

    ex02031211 | Koxox | 337 | 379 | 421 | 42 | 1,41 |

    ex02031219 | Spalel | 337 | 379 | 421 | 42 | 1,41 |

    ex02031911 | Biċċiet ta' quddiem | 337 | 379 | 421 | 42 | 1,41 |

    ex02031913 | Il-ġenbejn, bin-naħa ta'l-għonq jew mingħajru, l-għenuq separati, il-ġenbejn, with or without the chump | 337 | 379 | 421 | 42 | 1,41 |

    ex02031915 | Żquq, sħaħ jew mqatugħa b'qatgħa rettangolari | 164 | 197 | 230 | 33 | 1,09 |

    ex02031955 | Żquq, sħaħ jew maqtugħa b'qatgħa rettangolari, mingħajr ġilda u kustilji | 164 | 197 | 230 | 33 | 1,09 |

    ex02031955 | Riġlejn, spalel, saqajn ta' quddiem, ġenbejn bil-għonq jew mingħajru, għenuq separati, ġenbejn bir-ras-jew mingħajrha, bil-għadam | 337 | 379 | 421 | 42 | 1,41 |

    ex02031955 | Qatgħat li jikkorrispondu għal "nofsijiet", bil-ġilda jew il-grass inkella mingħajrhom, bl-għadam | 255 | 290 | 325 | 35 | 1,17 |

    --------------------------------------------------

    Top