EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2212

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2212/2003 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jemenda r-regolament (KE) Nru 964/2003 li timponi dazji kontra l-iddampjar fuq importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew ta’ l-azzar, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Cina u fit-Tajlandja, u dawk ikkunsinnati mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mit-Tajwan jew le

ĠU L 332, 19.12.2003, p. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/06/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2212/oj

32003R2212



Official Journal L 332 , 19/12/2003 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2212/2003

tas-17 ta’ Diċembru 2003

li jemenda r-regolament (KE) Nru 964/2003 li timponi dazji kontra l-iddampjar fuq importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew ta’ l-azzar, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Cina u fit-Tajlandja, u dawk ikkunsinnati mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mit-Tajwan jew le

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003 tas-6 ta’ Marzu 2003 dwar miżuri li l-Komunità tista’ tieħu in-relazzjoni ma’ l-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra l-iddampjar jew kontra s-sussidji b’miżuri ta’ protezzjoni [1],

Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni, wara konsultazzjonijiet mal-Kumitat Konsultattiv stabbilit b’Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet iddampjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [2] (ir-"Regolament bażiku"),

Billi:

(1) Bir-Regolament (KE) Nru 778/2003 [3], il-Kunsill emenda, fost oħrajn, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 584/96 u (KE) Nru 763/2000 rigward il-miżuri kontra l-iddampjar applikabbli għal ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew ta’ l-azzar, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja, u dawk ikkunsinnati mit-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw fit-Tajwan jew le. L-għan kien li jsir provvediment għas-sitwazzjoni fejn dawk l-importazzjonijiet isiru wkoll suġġetti għall-pagament ta’ dazju ta’ protezzjoni, kif adottat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1694/2002 tas-27 ta’ Settembru 2002 li jimponi miżuri definittivi ta’ protezzjoni kontra ċerti prodotti ta’ l-azzar [4].

(2) F’ċirkostanzi tali, u fejn id-dazju kontra l-iddampjar ikun inqas, jew ugwali għal, l-ammont tad-dazju ta’ protezzjoni, kien ikkunsidrat xieraq li ebda dazju kontra l-iddampjar m’għandu jkun pagabbli. Fejn id-dazju kontra l-iddampjar ikun akbar mill-ammont tad-dazju ta’ protezzjoni, kien ikkunsidrat xieraq li dik il-parti biss tad-dazju kontra l-iddampjar li tkun ogħla mill-ammont tal-protezzjoni għandha tkun pagabbli.

(3) Skond Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-miżuri imposti bir-Regolament (KE) Nru 584/96 u (KE) Nru 763/2000 kienu mtawlin bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 [5]. Madankollu, ebda provvediment simili għal dak deskritt fl-esponiment 2 ta’ hawn fuq ma gie prodott bir-Regolament (KE) Nru 964/2003 għas-sitwazzjoni fejn importazzjonijiet isiru wkoll suġġetti għall-pagament ta’ dazju ta’ protezzjoni.

(4) Konsegwentement, ir-Regolament (KE) Nru 964/2003 għandu jkun emendat biex jagħmel provvediment għas-sitwazzjoni fejn importazzjonijiet isiru wkoll suġġetti għall-pagament ta’ dazju ta’ protezzjoni, fl-istess manjiera bħall-emendi introdotti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 584/96 u (KE) Nru 763/2000 bir-Regolament (KE) Nru 778/2003.

(5) Dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 964/2003,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 964/2003 huwa b’dan emendat kif ġej:

(a) f’Artikolu 1, il-paragrafu li ġej għandu jkun inserit:

"2a Minkejja l-paragrafu 2, fejn importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mit-Tajlandja jkunu suġġetti għal pagament ta’ dazju addizjonali ta’ protezzjoni skond Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1694/2002 [6], ir-rata tad-dazju kontra l-iddampjar applikabbli għall-prezz frank fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għandu jkun kif ġej:

Pajjiż | Kumpannija | Rata ta’ dazju AD (%) applikabbli meta d-dazju addizjonali ta’ protezzjoni jkun pagabbli | Kodiċi addizzjonali TARIC |

Sat- 28.3.2003 | 29.03.03 sa 28.09.03 | 29.09.03 sa 28.03.04 | 29.03.04 sa 28.09.04 | 29.09.04 sa 28.03.05 |

It-Tajlandja | Kollha (Minbarra: Thai Benkan Co. Ltd, Prapadaeng Samutprakarn) | 35,2 % | 37,6 % | 37,6 % | 39,7 % | 39,7 % | 8851" |

(b) f’Artikolu 3, l-ewwel paragrafu għandu jkun innumerat

"1"

u l-paragrafu ta’ wara għandu jkun inserit:

"2. Minkejja l-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-fittings prodotti mill-imsemmija Chup Hsin Enterprise Co. Ltd, Rigid Industries Co. Ltd u Niang Hong Pipe Fittings Co. Ltd, fejn importazzjonijiet ta’ fittings ikkunsinnati minn Tajwan huma suġġetti għal pagament ta’ dazju addizzjonali ta’ protezzjoni skond Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1694/2002, ir-rata tad-dazju kontra l-iddampjar applikabbli għall-prezz frank fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għandha tkun kif ġej:

Pajjiż | Kumpanija | Rata ta’ dazju AD (%) applikabbli meta dazju addizzjonali ta’ protezzjoni jkun pagabbli | Kodiċi addizzjoni TARIC |

Sat- 28.3.2003 | 29.03.03 sa 28.09.03 | 29.09.03 sa 28.03.04 | 29.03.04 sa 28.09.04 | 29.09.04 sa 28.03.05 |

It-Tajwan | Kollha (minbarra Chup Hsin Enterprise Co. Ltd, Rigid Industries Co. Ltd u Niang Hong Pipe Fittings Co. Ltd) | 34,9 % | 37,3 % | 37,3 % | 39,4 % | 39,4 % | A999" |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika b’effett mis-7 ta’ Ġunju 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Alemanno

[1] ĠU L 69, 13.03.03, p. 8.

[2] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1; Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nruo 1972/2002 (ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 1).

[3] ĠU L 114, 08.05.03, p. 1.

[4] ĠU L 261, 28.09.02, p. 1.

[5] ĠU L 139, 06.06.03, p. 1.

[6] GU L 261, 28.9.2002, p.18

--------------------------------------------------

Top