Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2206

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2206/2003 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jissupplimenta l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċertu ismijiet fir-“Reġistru ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi”

    ĠU L 330, 18.12.2003, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2206/oj

    32003R2206



    Official Journal L 330 , 18/12/2003 P. 0013 - 0014


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2206/2003

    tas-17 ta’ Diċembru 2003

    li jissupplimenta l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċertu ismijiet fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi"

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-identifikazzjoni u denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

    billi:

    (1) Bi qbil ma’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, il-Ġermanja bagħtet lil Kummissjoni applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ l-ismijiet "Thüringer Leberwurst", "Thüringer Rotwurst" and "Thüringer Rostbratwurst" bħala indikazzjonijiet ġeografiċi.

    (2) Bi qbil ma’ l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament, l-applikazzjoni instabet konformi mal-ħtiġijiet stabbiliti fih u b’mod partikolari li għandha l-informazzjoni mitluba fl-Artikolu 4 tiegħu.

    (3) Dikjarazzjoni waħda għal objezzjoni, li tista’ tintlaqa’ taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 wasal għand il-Kummissjoni għall-ismijiet mogħtija fl-Anness għal dan wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewopej skond l-Artikolu 6(2) ta’ dak ir-Regolament [3], imma li wara ġie mħassar.

    (4) L-ismijiet għalhekk għandhom jiddaħħlu fir "Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u għalhekk ikunu protetti fil-Komunità kollha bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

    (5) L-Anness għal dan ir-Regolament huwa żieda għall-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [4], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2054/2003 [5],

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-ismijiet fl-Anness ma’ dan huma miżjuda ma’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u mdaħħla bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) fir-"Reġistru ta’ denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" previsti fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea..

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1.

    [2] ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1.

    [3] ĠU C 114, tal-15.5.2002, p. 10 (Thüringer Leberwurst);ĠU C 114, tal-15.5.2002, p. 12 (Thüringer Rotwurst);ĠU C 114, tal-15.5.2002, p. 14 (Thüringer Rostbratwurst).

    [4] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11.

    [5] ĠU L 305, tat-22.11.2003, p. 5.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    PRODOTTI MNIŻŻLA FL-ANNESS I GĦAT-TRATTAT TAL-KE MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN.

    Prodotti bbażati fuq il-laħam

    IL-ĠERMANJA

    Thüringer Leberwurst (IĠP)

    Thüringer Rotwurst (IĠP)

    Thüringer Rostbratwurst (IĠP)

    --------------------------------------------------

    Top