Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2193

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 tat-8 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta' ċertu prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika

ĠU L 328, 17.12.2003, pp. 3–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/05/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2193/oj

32003R2193



Official Journal L 328 , 17/12/2003 P. 0003 - 0012


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003

tat-8 ta' Diċembru 2003

li jistabbilixxi dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta' ċertu prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

billi:

(1) Fl-20 ta' Marzu 2000, fuq talba tal-Komunità, id-Dispute Settlement Body (DSB) tal-WTO addotta r-rapporti tal-panel u tal-bord ta' l-appell li stabbilixxew li t-trattament tat-taxxa ta' korporazzjonijiet ta' bejgħ għal barra (FSC) mill-Istati Uniti ta' l-Amerika kien jikkostitwixxi sussiddju ta' l-esportazzjoni projbit mill-Ftehim tal-WTO.

(2) Fil-15 ta' Novembru 2000, l-Istati Uniti ta' l-Amerika għaddiet il-liġi dwar ir-Revoka u l-Esklużjoni tad-dħul minn barra t-territorju ta' l-FSC. Fid-29 ta' Jannar 2002, id-DSB addottat r-rapporti tal-panel u tal-bord ta' l-appell li jistabbilixxu li l-Att ta' hawn fuq jikkostitwixxi sussidju ta' l-esportazzjoni pprojbit mill-WTO u li ma kinitx tikkonsisti f'irtirar tas-sussiddju ta' l-FSC. Konsegwentement, fis-7 ta' Mejju 2003, il-Komunità kienet awtorizzata mid-DSB sabiex timponi kontro-miżuri sal-livell ta' 4043 miljun USD fil-forma ta' 100 % dazji addizzjonali ad valorem fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika.

(3) Huwa kkonsidrat li fil-bidu, l-imposizzjoni ta' dazju addizzjonali f'diversi stadji sa 17 % ad valorem fuq importazzjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika jitqies bħala kontro-miżura xierqa, minħabba li l-Istati Uniti ta' l-Amerika naqset li timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tad-DSB. Wara li jintlaħaq il-livell ta' dazju addizzjonali msemmi hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill sabiex jittieħdu azzjonijiet oħra fid-dawl ta' l-iżviluppi li jkunu seħħew.

(4) Fir-rigward ta' dawn il-prodotti magħżula, l-konċessjonijiet fit-tariffi tal-Komunità għandhom jiġu sospiżi mill-1 ta' Marzu 2004. Is-sospensjoni ta' tariffi vinkolanti għandha tkun temporanja u tapplika biss sakemm il-miżura inkonsistenti tal-WTO tkun tneħħiet. L-oriġini ta' kull prodott li għalih japplika dan ir-Regolament għandha tkun determinata skond id- dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxu l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [2].

(5) Prodotti li qabel id-data li fih beda jseħħ dan ir-Regolament, inħarġitilhom liċenza ta' importazzjoni b'eżenzjoni minn, jew riduzzjoni tad-dazju, ma jkunux suġġetti għal dazju doganali addizzjonali.

(6) Prodotti li jiġi ppruvat li kienu esportati mill-Istati Uniti ta' l-Amerika lejn il-Komunità qabel id-data li fiha bdew iseħħu ż-żidiet fid-dazji doganali, ma jkunx suġġetti għal dawn id-dazji doganali addizzjonali.

(7) Il-Prodotti li jiġu effettwati mis-sospensjoni tal-konċessjonijiet għandhom jitqiegħdu taħt il-proċedura doganali msejħa "proċessati taħt il-kontroll doganali" skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [3] wara li jkunu ġew eżaminati mill-Kumitat tal-Kodiċi doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-konċessjonijiet għat-tariffi tal-Komunità qed jiġu sospiżi mill-1 ta' Marzu 2004 għal prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika li jidhru fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1. Id-dazju addizzjonali ad valorem għandu jiżdied mad-dazju doganali applikabbli taħt Regolament (KEE) Nru 2913/92 fuq prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika imniżżla fl-Anness ma' dawn ir-Regolamenti, kif ġej:

- 5 % mill-1 ta' Marzu 2004 sal-31ta' Marzu 2004,

- 6 % mill-1 ta' April 2004 sat-30 ta' April 2004,

- 7 % mill-1 ta' Mejju 2004 sal-31ta' Mejju 2004,

- 8 % mill-1 ta' Ġunju 2004 sat-30 ta' Ġunju 2004,

- 9 % mill-1 ta' Lulju 2004 sal-31 ta' Lulju 2004,

- 10 % mill-1 ta' Awissu 2004 sal-31 ta' Awissu 2004,

- 11 % mill-1 ta' Settembru 2004 sat-30 ta' Settembru 2004,

- 12 % mill-1 ta' Ottubru 2004 sal-31 ta' Ottubru 2004,

- 13 % mill-1 ta' Novembru 2004 sat-30 ta' Novembru 2004,

- 14 % mill-1 ta' Diċembru 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004,

- 15 % mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Jannar 2005,

- 16 % mill-1 ta' Frar 2005 sat-28 ta' Frar 2005,

- 17 % mill-1 ta' Marzu 2005.

2. Wara l-1 ta' Marzu 2005, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill sabiex issir reviżjoni tar-Regolament fid-dawl ta' l-iżviluppi li jkunu seħħew.

3. L-oriġini ta' kull prodott li għalih japplika dan ir-Regolament għandu jiġi ddeterminat skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar ir-revoka ta' dan ir-Regolament ladarba l-Istati Uniti ta' l-Amerika tkun implimentat ir-rakkomandazzjonijiet tad-WTO Dispute Settlement Body.

Artikolu 4

1. Il-prodotti mniżżla fl-Anness, li qabel id-data li fih beda jseħħ dan ir-Regolament, kienet inħarġitilhom liċenza ta' importazzjoni b'eżenzjoni minn jew riduzzjoni tad-dazju ma jkunux suġġetti għal dazju doganali addizzjonali.

2. Il-prodotti mniżżla fl-Anness li jista' jiġi ppruvat li kienu diġà fi triqthom lejn il-Komunità fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u li d-destinazzjoni tagħhom ma tistax tinbidel, ma jkunx suġġetti għal dazju doganali addizzjonali.

3. Prodotti mniżżla fl-Anness jistgħu jitpoġġew taħt proċeduri doganali "processati taħt il-kontroll doganali" skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 551(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 meta l-eżami tal-kondizzjonijiet ekonomiċi jkun sar fil-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, kemm-il darba l-prodotti u l-operazzjonijiet ma jkunux imsemmija fl-Anness 76, Parti A ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-8 Diċembru 2003.

F'isem il-Kunsill

Il-President

F. Frattini

[1] ĠU C 203 E, 27.08.2002, p. 114.

[2] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17).

[3] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 jesiġi d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1). Regolament kif emendat l-aħħar darba minn Regolament (KEE) Nru 1335/2003 (ĠU L 187, tas-26.7.2003, p. 16).

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-prodotti li fuqhom japplikaw dazji addizzjonali jistgħu jiġu identifikati mill-kodici NM li jkun fih tmien numri. Id-deskrizzjoni ta' dawn il-kodiċi jinstabu fl-Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1]. Id-deskrizzjoni tal-Kapitoli NM qed jiġu mogħtija biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.

Kapitoli NM | Deskrizzjoni tal-Kapitolu |

| | | | |

1 | L-annimali ħajjin |

0101901901061100 | 0106120001061990 | 0106200001063100 | 0106320001063990 | 01069000 |

2 | Il-laħam u l-interjuri li jittieklu |

020322110203295502032959 | 020329900204431002050011 | 020500190208300002084090 | 020850000208904002089095 | 02101981 |

4 | Il-prodotti mill-ħalib; il-bajd ta' l-għasafar; l-għasel naturali; il-prodotti li jittieklu li ġejjin mill-annimali, u li mhumiex inklużi jew imsemmija x'imkien ieħor. |

04021019040221190403109104039091 | 04041002040610200406209004069021 | 04069069040690810406908604069087 | 04081180040891800409000004100000 | |

5 | Il-prodotti li ġejjin mill-annimali u li mhumiex inklużi jew imsemmija x'imkien ieħor. |

050100000502100005029000 | 050400000505101005051090 | 050590000507900005080000 | 050900100511911005119910 | |

7 | Il-ħaxix li jittiekel u ċerti għeruq u tuberi |

07020000070310190706100007069090070810000708200007092000 | 07094000070959100709599007096010070960990709906007099090 | 07102100071022000710290007108051071080590710808507108095 | 07109000071140000711590007119080071231000712320007123300 | 07123900071290300713109007132000071331000713909007141099 |

8 | Il-frott li jittiekel ul-ġewż; il-qoxra tal-frott taċ-ċitru jew tal-bettieħ |

08011100080119000801210008013200080300190803009008042090 | 08043000080440000805103008052090080550100805509008059000 | 08071900080720000809100008092005080930100809309008094005 | 08104030081110110811109008112031081190500811907008119080 | 08121000081310000813409508135099 |

10 | Ċereali |

10081000 | 10082000 | 10083000 | | |

11 | Il-Prodotti ta' l-industrija tat-tħin; ix-xgħir; il-lamtu;l-inulina; il-qamħ glutina |

1102300011032040 | 1106209011063010 | 1107109911081990 | | |

12 | iż-żrieragħ taż-żejt u tal-frott oleaġinuż; iċ-ċereali l-oħra;: iż-żrieragħ u l-frott; il-pjanti industrijali jew mediċinali; it-tiben u l-għalf tal-bhejjem |

120400901205109012059000120710901207209012074090 | 120760901207992012079998120910001209228012092311 | 120926001209991012101000121110001211200012113000 | 121140001211907512122000121299801213000012141000 | 1214909112149099 |

15 | ix-xaħmijiet u ż-żjut ġejja minn annimali jew veġetali u prodotti tagħhom; ix-xaħam maħdum li jittiekel; ix-xama' ġejja minn annimali jew veġetali |

150100111502009015041010150410991505001015050090 | 150710901507909015081090151110101511909915121191 | 151219911513193015131999151329911514199015149990 | 151530101515309015154000151550191515509915159040 | 151590911520000015211000152190911521909915220099 |

16 | il-preparazzjonijiet minn laħam, ħut jew krustaċeji, molluski jew invertebrati akwatiċi oħra |

160231191602411016030010 | 160414111604141616043010 | 160520101605209116052099 | 1605400016059030 | |

17 | Iz-zokkor u l-ħelu |

170111901701991017022090 | 170240101702909917041019 | 170490651704907117049075 | 1704908117049099 | |

19 | Il-preparazzjonijiet ta' ċereali, dqiq, lamtu jew ħalib; il-prodotti ta' l-ikel ta' l-għaġina. |

190110001901200019019091190219101902199019022091 | 190220991902301019023090190410101904109019042099 | 190430001904908019051000190531111905311919053130 | 190531911905319919053211190532191905329919059010 | 190590201905903019059045 |

20 | Il-preparazzjoni ta' ħaxix, frott, ġewż jew partijiet oħra minn pjanti. |

20011000200190702001909620021010200210902003103020041099 | 20055900200560002005701020057090200590502005907020059080 | 20060038200799392007995820079993200931112009311920093199 | 20093931200939392009411020094199200949302009499920097199 | 2009791920097999200980382009807120098097 |

21 | Preparazzjonijiet oħra li jittieklu |

210111112101111921021090 | 210220112102300021039010 | 210420002105001021050091 | 2106902021069059 | |

23 | Il-fdalijiet u l-iskart mill-industriji ta' l-ikel; għalf preparat għall-annimali |

230110002301200023031090 | 230400002305000023061000 | 230630002306410023064900 | 230650002306600023070090 | 23099041 |

33 | Żjut essenzali uresinoids; fwejjaħ, kosmetiċi jew preparazzjonijiet għall-indafa personali. |

33012310 | 33012931 | 33074100 | | |

34 | Sapun, aġenti organiċi deterġenti, preparazzjonijiet għall-ħasil, preparazzjonijiet li jillubrikaw, xama' artifiċjali, xama' maħduma, preparazzjonijiet għall-ippolixxjar u l-għorik, xemgħat u oġġetti simili, pasta għall-ħolqien tal-mudelli, xama' għas-snien u preparazzjonijiet oħra għas-snien li fihom il-ġibs. |

34012010 | 34060011 | 34060019 | 34060090 | |

35 | Is-sostanzi albuminojdali, il-lamtu modifikat; il-kolla; l-enzimi |

35011050 | 35011090 | 35019090 | 35030080 | 35071000 |

41 | Il-ġild mhux ikkunzat u l-ġild (minbarra l-ġild bil-fur) u l-ġild ikkunzat |

410441194104491941051090410530994106311041063190 | 410632104106329041071119410711904107121941071291 | 410719104107199041079110410791904107921041079910 | 410799904112000041131000411320004113900041141010 | 41141090411420004115100041152000 |

42 | L-oġġetti tal-ġild; is-sarġijiet u x-xeddijiet tal-bhejjem: l-oġġetti għall-ivvjaġġarhandbags u basktijiet simili; l-oġġetti magħmula mill-imsaren (minbarra mill-imsaren tad-dudu tal-ħarir.) |

420100004202111042021190420212914202199042022100 | 420222104202290042023100420232104202329042029110 | 420291804202921142029215420292914202929842031000 | 420321004203291042032991420329994203300042034000 | 42040010420500004206100042069000 |

43 | Il-ġild bil-fur, il-fur artifiċjali, l-oġġetti manufatturati minnhom |

43039000 | | | | |

44 | L-injam u oġġetti ta' l-injam; il-faħam ta' l-injam |

44011000440121004401220044013010440130904402000044031000440320314403203944032099440341004403491044034995440392104403995144042000440710154407103144071033 | 44071038440710914407249044072560440726904407290544072969440729834407298544072995440791314407920044079930440799504407999644081015440831214408312544083130 | 44083921440839314408393544083955440839854408399544091011440910184409201144092091440920984410210044102900441031004410320044103300441039004411111044111910 | 44112110441129904412221044122291441222994412230044122920441229804412921044129291441292994412992044129980441400104414009044151090441520204415209044170000 | 4418105044181090441820104418205044182080441830104418309144183099441850004418901044189090441900904420101144209091442090994421100044219091 |

48 | Il-karti u l-kartoncin; l-oġġetti magħmula mill-polpa tal-karta, mill-karta jew mill-kartonċin. |

48010000480240104802409048025490480255004802611048026190480262104802629048026910480300104804119048041911480419154804191948041931 | 48041990480421104804219048042910480429904804315948043959480439904804411048051200480519104805199048052400480525004805911048059191 | 48059210480592914805931048059391480610004806200048064010480640904808100048092010480920904809900048101391481013994810141148101419 | 48101491481014994810191048102291481029194810292048102991481029994810310048109210481092904810999048111000481310004814300048149090 | 481620004816300048169000481810904818401148184013481840194818409148201010482020004820401048239030 |

49 | Il-kotba stampati, il-gazzetti, l-istampi u l-prodotti oħra ta' l-industrija ta' l-istampar; il-manuskritti, id-dokumenti ttajpjati u l-pjanti |

49070010 | 49070030 | | | |

52 | Il-qoton |

52079000 | | | | |

54 | Il-filamenti magħmula mill-bniedem |

54061000 | | | | |

57 | It-tapiti u kisi ieħor ta' l-art magħmul mit-tessuti |

5701101057011091570110935701109957019010 | 5701909057021000570231005702320057023910 | 5702399057024100570242005702499057025100 | 5702590057029100570292005702990057031000 | 5703201957039000570490005705001057050090 |

61 | L-oġġetti ta' l-ilbies u l-aċċessorji li jintlibsu, kemm immaljati jew magħmula bil-kroxe |

61011090610120106101209061019010610190906102101061022090610311006103310061033200610333006103390061034110610341906103491061034999 | 61041100610412006104130061041900610421006104220061042300610429006104310061043200610433006104390061044100610442006104440061044900 | 61045100610452006104530061045900610461106104619061046910610469996105909061062000610690306106909061071200610719006107210061079190 | 61079200610811006108210061082900610831106108319061083211610891906108920061089990611120906111309061119000611211006112120061121900 | 6112319061124990611410006115201961152090611591006116910061169200611699006117100061172000611780106117809061179000 |

62 | L-oġġetti ta' l-ilbies u aċċessorji li jintlibsu, li mhumiex immaljati jew magħmula bil-kroxe |

6201110062011900620191006201990062021210620212906202131062021390620219006202910062029200620299006203120062031910620319906203221062032280620323106203238062032911 | 6203299062033100620332106203329062033310620333906203411062034190620342336203425962034331620349196203499062041100620412006204130062041990620421006204221062042280 | 6204238062043290620433106204391962043990620441006204499062045100620452006204530062045910620459906204611062046233620469506205100062059010620590906206100062062000 | 6206901062069090620711006207190062072100620722006207911062079190620811006208199062082100620822006208290062089119620891906208920062089900620920006209300062099000 | 6210200062111100621112006211200062113100621132416211334262113900621141006212300062132000621410006214200062143000621440006214901062149090621520006215900062179000 |

63 | L-oġġetti l-oħra magħmula mill-bniedem; is-settijiet; il-ħwejjeġ milbusa u l-oġġetti tat-tessuti milbusa; iċ-ċraret |

63012091630120996301909063021010630210906302210063022290630229906302311063023190 | 63023210630232906302399063024000630251106302519063025390630259006302911063029190 | 63029310630293906302990063031100630312006303910063039210630392906303999063041910 | 63041990630492006304930063049900630520006305328963053290630533996305900063061100 | 630612006306190063062100630622006306490063069100630699006309000063109000 |

64 | Il-kalzatura, il-getti u oġġetti simili; partijiet minn dawn l-oġġetti |

64019210640192906401991064019990640212106402129064022000 | 64023000640291006402993164029991640312006403200064033000 | 64034000640359116403595064035991640391966403999664042010 | 64042090640510906405209164052099640610116406101964061090 | 640620106406209064069910 |

69 | Il-prodotti taċ-ċeramika |

69010090690210006902209169041000 | 69049000690590006906000069101000 | 69109000691190006912001069120030 | 69120050691200906913100069139010 | 691390936914100069149010 |

70 | Il-ħġieg u l-oġġetti tal-ħġieġ |

70021000700319907003300070042099700490107004909270049098700510257005103070051080700521307005218070052925 | 70052935700529807005300070071920700719807008008170080089701010007010200070109041701090437010904570109047 | 70109051701090537010905570109057701090617010906770109071701120007013100070132111701321197013219170132199 | 70132951701329597013299170132999701331107013319070133200701339107013399170133999701391907015900070161000 | 7016908070181011701810197018103070181051701810597018109070189090701931007019903070200030 |

71 | Il-perli naturali jew ikkultivati, il-ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż, il-metalli prezzjużi, il-metalli mżejjna b'metalli prezzjużi, u l-oġġetti l-oħra magħmula minnhom; l-imitazzjonijiet ta' ġojjelli; il-muniti |

710121007101220071023100710310007103910071039900 | 710490007105900071069110710692207108120071081310 | 710813807110198071110000711311007113190071132000 | 711419007115100071161000711620117116201971162090 | 711719107117199971179000711810107118109071189000 |

72 | Il-ħadid u l-azzar |

720229107202299072023000720241997202491072024950720250007202600072028000720291007202920072029300720299197202993072029980720310007204100072043000720449307204499172044999720610007207111672071210720719147207191972072079 | 720720907208270072083790720838907208391072083990720851307208529972089010720890907209150072091690720917907209189972092500720926907209279072099090721049907210501072107090721090317211192072111990721123517211295072112990 | 721190197211909072122090721230907212609972139990721410007214200072143000721491107214999072155030721590907216311172163211721632917216331072163390721650107216509972166110721661907216690072171010721710397217105072171090 | 721720307217205072172090721730197217303972173090721790107217909072189111721899117218999172192110721921907219221072192290721923007219310072201100722020997221001072210090722211197222112972221191722219107222305172223091 | 722240107222409372241000722490017224901972249091722490997225191072253000722540207225405072255000722619907226911072269190722790957228201972283020722830897228401072284090722850207228608172291000 |

73 | L-oġġetti magħmula mill-ħadid jew mill-azzar |

7302103173029030730290907303001073030090730410107304103073043959730439917304399373043999730449107304511173045191730459317304599373051100 | 7305190073053100730539007306101173063021730630597306307173063090730650997306603173066090730690007307231073079311730793197308401073089010 | 7310211173102191731021997312107973121082731210847312108673121088731420907314310073143900731441107314419073152000731581007315821073158290 | 7316000073170020731700617318110073181290731813007319100073192000732090107321111073211200732181107321819073218290732183007321900073221900 | 73231000732391007323920073239410732394907323991073239991732421007325105073251092732611007326191073262030 |

74 | Ir-ram u l-oġġetti magħmula minnu |

7401100074031100740312007403130074031900 | 7403210074032200740323007405000074071000 | 7407211074072210740722907408110074081990 | 7409110074092100741110197411219074112900 | 7415210074152900741819007419100074199100 |

76 | L-aluminju u l-oġġetti magħmula minnu |

760120107601209976020011760200197604109076042100 | 760429107605110076051900760611937606121076061291 | 760711107607191076082030760820917610100076121000 | 761290107612909876141000761490007615110076151910 | 7615199076152000 |

82 | L-għodod, l-istrumenti, il-pożati, l-imgħaref u l-frieket, magħmula minn metall ordinarju; biċċiet minnhom magħmula minn metall ordinarju |

82011000820120008201300082014000820150008201900082023100 | 82023900820510008205300082055100820559108207401082074090 | 82075030820760308207801182079010821000008211100082119130 | 82119180821192008211940082141000821420008215102082151030 | 8215201082152090821591008215991082159990 |

83 | Oġġetti oħra magħmula minn metall ordinarju |

830110008301300083030030 | 830300908305100083059000 | 830610008306210083062910 | 8309100083099010 | |

84 | Ir-reatturi nuklejari, il-bojlers, il-makkinarju u l-apparat mekkaniku; partijiet minnhom |

8402120084031010840310908407321084073290840733108407349184081011840810198408102484081028840810398408104984081091840810998408203184082035840820518408205584089036840890998410901084128010841370408413705084137070841370808414209184146000841610108416300084181099841821518418215984182191841821998418220084182900841830918418409184185011841850198418509984191100 | 8419400084198191841989278420101084209110842191308422110084229010842310108423811084238130842381508423819084238210842382908424300584243090842481918425119084251991842611008426190084262000842630008426911084269990842710108427109084272011842720198427209084282030842839918428400084285000842860008428907984295210843010008430690084311000843139108432101084321090 | 8432210084322930843330908434200084378000843790008438300084384000844010208440103084401040844110308441104084413000844250298443120084431910844319318443193584431939844321008443901084440010844511008445130084453090844540008446100084462100844629008446300084471210844712908447209284472098844811008448190084483100844833108448339084484200844849008448511084485190 | 8448590084501111845011198451211084513030845140008451801084521019845210908452210084522900845310008453200084543010845510008455220084553010845630118456301984571090845730908458192084581940845819808458912084589180845899008459100084592100845931008459390084594010845940908459510084595900845961108459691084602911846029198460310084603900846090908461309084614011 | 84614071846150118461501984623991846291108464109084642020846420958464902084659110846593008465950084659910846610108466209184669120846722108467291084681000846912008469200084693000847021008470290084703000847040008472100084732190847420108474320084751000847730008477801984798930847989608480100084803090848050008480601084806090848071108481801184859010 |

85 | Il-makkinarju elettriku u l-apparat u biċċiet minnhom; l-apparat li jirrekordja u jirriproduċi l-ħoss, l-apparat li jirrekordja u jirriproduċi l-istampa u l-ħoss televiżiv, u partijiet u aċċessorji minn dawn l-oġġetti. |

85022092850434008505300085061091850610958506309085064090850660908506801185068015850730938507409085079091850910908509400085099090851010008512100085142080851529108515391885158091 | 85161011851610198516210085162910851629508516320085164010851640908516500085166010851660518516605985166070851660808516609085167100851672008516791085167920851679808517191085172200 | 85181020851921008519310085193900851940008519920085199339851993898519991285201000852020008520321185203219852032308520329985203311852033198520339085211030852290938523201085254019 | 85271290852713918527190085272170852721988527311185273119852731988527329085273920852739808527909285281220852812548528125685281258852812628528126685281272852812768528128185281290 | 85281291852812948528129585281298852990518536611085393210853932508543400085438915854459208545191085462091854810218548102985481099 |

95 | Il-ġugarelli, il-logħob u l-oġġetti li jintużaw għall-isports; partijiet minnhom u aċċessorji tagħhom. |

9501001095010090950210109502109095029100950299009503101095031090950320909503301095033030 | 9503309095034910950349309503499095035000950360109503609095037000950380109503809095039010 | 9503903295039034950390359503903795039051950390559504201095042090950490109504909095051010 | 9505109095059000950611109506112995061200950619009506401095064090950651009506590095066100 | 9506621095066290950669109506701095067030950699109507201095073000 |

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjni (KEE) Nru 1871/2003 (ĠU L 275, tal-25.10.2003, p. 5).

--------------------------------------------------

Top