Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2098

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2098/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2000 dwar l-appoġġ għall-Missjoni Temporanja tal-Gnus Magħquda fil-Kosovo (UNMIK) u l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli fil-Bosnija-Ħerzegovina (OHR)

    ĠU L 316, 29.11.2003, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2098/oj

    32003R2098



    Official Journal L 316 , 29/11/2003 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2098/2003

    tas-27 ta' Novembru 2003

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2000 dwar l-appoġġ għall-Missjoni Temporanja tal-Gnus Magħquda fil-Kosovo (UNMIK) u l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli fil-Bosnija-Ħerzegovina (OHR)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 181a(2), l-ewwel sentenza tiegħu,

    Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi:

    (1) Il-Patt ta' Stabbilità għall-Ewropa tax-Xlokk (SP) hi kwadru ta' politika reġjonali li ġiet stabbilita mill-komunità internazzjonali f'Cologne fl-10 ta' Gunju 1999 sabiex tappoġġja il-pajjiżi f'dak ir-reġjun fl-isforzi tagħhom biex jinkoraġġixxu l-paċi, d-demokrazija, r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-prosperità ekonomika, u biex jilħqu l-istabbilità fir-reġjun fl-intier tiegħu.

    (2) Il-Paragrafu 13 tal-SP jistipula li l-SP għandha jkollha kordinatur speċjali maħtur mill-Unjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mall-President in Uffiċċju u parteċipanti oħra ta' l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), u approvat uffiċjalment mill-President in Uffiċċju ta' l-OSCE. Disposizzjonijiet għandhom għalhekk jiġu magħmulha għal proċedura għall-ħatra ta' Kordinatur Speċjali tal-Patt ta' Stabbilità.

    (3) Il-Kordinatur Speċjali jippresiedi l-grupp ta' diskussjoni reġjonali ta' l-Ewropa tax-Xlokk, li tassigura l-kordianzzjoni ta' attivitajiet ta' u fost tlett gruppijiet ta' diskussjoni. Il-Kordinatur Speċjali jippromwovi t-tiksib ta' l-għanijiet tal-SP fejn l-SP turi li għandha valur addizzjonali, bil-ħsieb li jinkoraġġixxi koperazzjoni reġjonali u li tkabbar il-valur tas-sjieda reġjonali, u li tassigura l-komplimentarità bejn ix-xogħol tal-SP u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni ta' l-Unjoni.

    (4) Appoġġ finanzjarju għall-operazzjoni regolari tal-SP hu fattur importanti fil-kisba ta' l-għanijiet tal-Komunità Ewropea fir-reġjun, partikolarment fil-promozzjoni ta' koperazzjoni reġjonali u l-aħjar użu ta' l-effettività ta' assistenza tal-Komunità.

    (5) Ir-Regolament (KE) Nru 1080/2000 [2] stabbilixxa kwadru legali li jista' jkopri wkoll l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità lill-SP.

    (6) Ir-Regolament (KE) Nru 1080/2000 għandu għalhekk jiġi emendat sabiex il-firxa ta' applikazzjoni tiegħu tiġi estiżi biex tinkludi l-SP,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1080/2000 huwa b'hekk emendat kif ġej:

    1. It-Titolu huwa mibdul b'dan li ġej:

    "Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1080/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 fuq l-appoġġ għall-Missjoni Temporanja tal-Ġnus Magħquda fil-Kosovo (UNMIK), l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli fil-Bosnja-Erzegovina (OHR) u l-Patt ta' Stabbilità għall-Ewropa tax-Xlokk (SP)"

    .

    2. L-

    L-Artikolu 1

    hu mibdul b'li ġej:

    "L-Artikolu 1

    1. Fil-kuntest tal-politika tagħha ta' rikostruzzjoni, għajnuna biex tassisti r-ritorn ta' refuġjati u persuni spjazzati u koperazzjoni ekonomika u reġjonali mal-Kosovo u l-Bosnija-Erzegovina, kif ukoll il-politika tagħha lejn ir-reġjun fl-intier tiegħu, il-Komunità għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għall-istabbiliment u operazzjoni tal-UNMIK (ir-raba' kolonna), l-OHR u l-Kordinatur Speċjali tal-Patt ta' Stabbilità.

    2. Dan il-finanzjament għandu jkun fil-forma ta' għotja lill-budgets ta' l-UNMIK, l-OHR u l-Kordinatur Speċjali."

    3. L-Artikolu li ġej ser jiddaħħal:

    "L-Artikolu 1a

    Il-Kordinatur Speċjali għandu jkun maħtur fuq bażi annwali mill-Kunsill li jaġixxi permezz ta' maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni."

    4. Is-sentenza li ġejja hi miżjuda lill-Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu:

    "Ko-finanzjament in natura għandu jkun possibbli."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-27 Novembru 2003.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. Castelli

    [1] L-Opinjoni mogħtija fl-20 ta' Novembru 2003 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] ĠU L 122, ta' l-24.5.2000, p. 27.

    --------------------------------------------------

    Top