Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2054

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2054/2003 tal-21 ta’ Novembru 2003 li jissupplimenta l-L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ ismijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Mantequilla de l’Alt Urgell y la Cerdanya jew Mantega de l’Alt Urgell i la Cerdanya)

    ĠU L 305, 22.11.2003, p. 5–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2054/oj

    32003R2054



    Official Journal L 305 , 22/11/2003 P. 0005 - 0006


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2054/2003

    tal-21 ta’ Novembru 2003

    li jissupplimenta l-L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ ismijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Mantequilla de l’Alt Urgell y la Cerdanya jew Mantega de l’Alt Urgell i la Cerdanya)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta’ oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

    Billi:

    (1) Taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, Spanja bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ l-isem "Mantequilla de l’Alt Urgell y la Cerdanya" jew "Mantega de l’Alt Urgell i la Cerdanya" bħala isem ta’ oriġini.

    (2) Skond l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament, l-applikazzjoni nstabet li tissodisfa r-rekwiżiti kollha preskritti fih u b’mod partikolari li fiha l-informazzjoni kollha rekwiżita skond l-Artikolu 4 tiegħu.

    (3) Ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, ma ntbagħtet lil-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni fil-Ġuranl Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea [3] ta’ l-isem elenkat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (4) Bħala konsegwenza l-isem jikkwalifika għall-inklużjoni fir-"Reġistru ta’ ismijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u li għandu jkun protett fuq livell Komunitarju bħala isem ta’ oriġini protett.

    (5) L-Anness ma’ dan ir-Regolament jissuplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1979/2003 [5],

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-isem elenkat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament huwa b’dan miżjud ma’ l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u rreġistrat bħala isem ta’ oriġini protett (IOP) fir-"Reġistru ta’ isem ta’ oriġini protett u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" li jipprovdi għalih l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Novembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 208, ta’ l-24.07.1992, p. 1.

    [2] ĠU L 122, tas-16.05.2003, p. 1.

    [3] ĠU C 56, tal-11.3.2003, p. 2 (Mantequilla de l’Alt Urgell y la Cerdanya jew Mantega de l’Alt Urgell i la Cerdanya).

    [4] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11.

    [5] ĠU L 294, tat-12.11.2003, p. 5.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I MAT-TRATTAT, INTENZJONATI GĦAL KONSUM UMAN

    Żjut u xaħmijiet oħra

    Spanja

    Mantequilla de l’Alt Urgell y la Cerdanya jew Mantega de l’Alt Urgell i la Cerdanya (IOP).

    --------------------------------------------------

    Top