EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1984

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003 tat-8 ta' April 2003 li jintroduċi sistema għall-monitoraġġ ta' statistika tal-kummerċ fit-tonn aħmar, pixxispad u tonn alalunga fi ħdan il-Komunità

ĠU L 295, 13.11.2003, p. 1–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 22/12/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1984/oj

32003R1984



Official Journal L 295 , 13/11/2003 P. 0001 - 0042


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003

tat-8 ta' April 2003

li jintroduċi sistema għall-monitoraġġ ta' statistika tal-kummerċ fit-tonn aħmar, pixxispad u tonn alalunga fi ħdan il-Komunità

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) Mill-14 ta' Novembru 1997, u wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/238/KEE [3], il-Komunità saret Parti Kontraenti fil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Konservazzjoni tat-Tonn ta' l-Atlantiku ffirmat f'Rio de Janeiro fl-14 ta' Mejju 1966, kif emendata bill-Protokoll anness ma' l-Att Finali tal-Konferenza ta' Plenipotenzarji ta' l-Istati Partijiet tal-Konvenzjoni ffirmat fl-10 ta' Lulju 1984 (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa l-"Konvenzjoni ICCAT").

(2) Il-Konvenzjoni ICCAT tipprovdi qafas ta' koperazzjoni reġjonali għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta' riservi ta' tonn u speċi jixbħu t-tonn fl-Oċean Atlantiku u l-ibħra fil-qrib permezz ta' l-istabbiliment ta' Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta' l-Atlantiku, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa l-"ICCAT", u l-adozzjoni min din ta' l-aħħar ta' miżuri ta' konservazzjoni li jkunu jorbtu lill-partijiet kontraenti.

(3) Bħala parti mill-miżuri biex jirregolaw ir-riservi tat-tonn alalunga u l-pixxispad, biex itejbu l-kwalità u l-kredibbiltà ta' data fl-istatistika u biex jikkontrollaw il-firxa ta' sajd illegali, l-ICCAT adottat rakkomandazzjonijiet dwar l-introduzzjoni ta' programmi dwar dokumenti ta' statistika għat-tonn alalunga u l-pixxispad ta' l-Atlantiku. Billi dawn ir-rakkomandazzjonijiet saru obbligatorji għall-Komunità, hemm bżonn li jiddaħħlu fis-seħħ.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/399/KE [4] approvat l-adeżjoni tal-Komunità mal-Ftehim dwar l-istabbiliment tal-Kummissjoni għat-Tonn ta' l-Oċean Indjan. Dan il-Ftehim joħloq qafas għat-tisħiħ tal-koperazzjoni internazzjonali bl-iskop tal-konservazzjoni u l-użu bis-sens tat-tonn u l-ispeċi relatati tiegħu fl-Oċean Indjan permezz ta' l-istabbiliment tal-Kummissjoni għat-Tonn ta' l-Oċean Indjan, hawnhekk iżjed 'il qiddiem imsejħa l-"IOTC" u l-adozzjoni minn din ta' l-aħħar ta' riżoluzzjonijiet dwar il-konservazzjoni u l-immaniġġjar taż-żona ta' kompetenza ta' l-IOTC li jsiru jorbtu lill-partijiet kontraenti.

(5) L-IOTC adottat riżoluzzjoni li tistabbilixxi programm dwar dokumenti ta' statistika għat-tonn alalunga. Billi din ir-riżoluzzjoni saret obbligatorja għall-Komunità, hemm bżonn li tiddaħħal fis-seħħ.

(6) Ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjoni li jirrigwardaw programm dwar dokument ta' statistika għat-tonn aħmar li ġie adottat qabel mill-ICCAT ġew inkorporati fil-liġi tal-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 858/94 tat-12 ta' April 1994 li daħħal sistema ta' monitoraġġ bi statistika tal-kummerċ tat-tonn aħmar (Thunnus thynnus) fi ħdan il-Komunità [5]. Biex jiġi żgurat li d-disposizzjonijiet dwar dokumenti ta' statistika jkunu jinqraw aħjar u applikati bl-istess mod, ir-Regolament (KE) Nru 858/94 għandu jiġi mħassar u d-disposizzjonijiet relevanti kollha jinġabru flimkien taħt dan ir-Regolament.

(7) Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lil-Kummisjoni [6],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli u kondizzjonijiet ġenerali dwar l-applikazzjoni mill-Komunità ta':

(a) il-programmi dwar dokumenti ta' statistika għat-tonn aħmar (Thunnus thynnus), pixxispad (Xiphias gladius) u tonn alalunga (Thunnus obesus) adottat mill-"ICCAT";

(b) il-programm dwar dokumentat ta' statistika għat-tonn alalunga (Thunnus obesus) adottat mill-"IOTC".

Artikolu 2

Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tonn aħmar, pixxispad u tonn alalunga kif imsemmija fl-Artikolu 1:

(a) maqbuda minn bastiment jew produttur tal-Komunità, jew

(b) impurtati fil-Komunità, jew

(ċ) esportati jew ri-esportati mill-Komunità għal pajjiż terz.

Dan ir-Regolament m'għandux japplika għat-tonn alalunga maqbud minn dawk li jistadu bit-tartarun jew minn dgħajjes tal-lixka l-aktar għall-industrija tal-priservazzjoni fil-laned fiż-żoni li għalihom japplika l-Ftehim għall-istabbiliment tal-Kummissjoni għat-Tonn ta' l-Oċean Indjan (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim IOTC") u l-Konvenzjoni ICCAT.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(a) tonn aħmar: ħut ta' l-ispeċi Thunnus thynnus li qiegħed fil-kodiċijiet TARIC elenkati fl-Anness 1;

(b) pixxispad: ħut ta' l-ispeċi Xiphias gladius li qiegħed fil-kodiċijiet TARIC elenkati fl-ANNESS II;

(ċ) tonn alalunga: ħut ta' l-ispeċi Thunnus obesus li qiegħed fil-kodiċijiet TARIC fl-Anness III;

(d) sajd: qbid min bastiment bil-ħsieb li jitniżżel l-art, għal trasbord jew biex jitqiegħed f'gaġġa jew minn produttur bl-użu ta' xibka bħala nassa, ta' ħut ta' wieħed mill-ispeċi elenkati fl-Artikolu 1;

(e) produttur tal-Komunità: persuni naturali jew entitajiet ġuridiċi li jużaw il-mezzi ta' produzzjoni biex jiksbu prodotti ta' ħut bl-għan ta' marketing ta' l-ewwel stadju;

(f) importazzjoni: il-proċeduri doganali msemmijin fl-Artikolu 4, punti 16(a) sa 16(f), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [7].

KAPITOLU 2

MONITORAĠĠ

Taqsima 1

Ħtiġijiet għal Stati Membri dwar importazzjonijiet

Artikolu 4

Dokument ta' statistika dwar importazzjoni

1. Il-kwantitajiet kollha ta' ħut ta' wieħed mill-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1 impurtati minn pajjiż terz lejn it-territorju tal-Komunità għandu jkun hemm magħhom dokument ta' statistika mfassal skond il-kampjun li jidher fi:

- l-Anness IVa fil-każ tat-tonn aħmar,

- l-Anness V fil-każ tal-pixxispad,

- l-Anness VI jew l-Anness VII fil-każ tat-tonn alalunga.

2. Dokument ta' statistika għandu:

(a) jkun fih l-informazzjoni kollha fl-Annessi rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 u l-firem kollha meħtieġa mill-operaturi approprjati, li għandhom ikunu responsabbli għad-dikjarazzjonijiet li jkun hemm fihom:

(b) ikun validat:

(i) meta s-sajd ikun sar minn bastiment: minn impjegat ċivili debitament approvat mill-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jkun wettaq is-sajd jew minn xi persuna oħra jew istituzzjoni debitament approvat mill-Istat. Fil-każ tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness IVb, il-validazzjoni tista' ssir minn istituzzjoni magħrufa għal dak l-iskop minn dak il-pajjiż;

(ii) meta s-sajd ikun sar bl-użu ta' xibka bħala nassa: minn impjegat ċivili debitament approvat mill-Istat li l-qabda saret fl-ibħra territorjali tiegħu;

(iii) fil-każ ta' pixxispad, tonn aħmar u tonn alalunga maqbud minn bastiment mikri bi ftehim: minn impjegat ċivili jew kull persuna jew istituzzjoni oħra debitament approvata mill-Istat li qed jesporta;

(iv) fil-każ ta' tonn alalunga maqbud minn wieħed mill-bastimenti elenkati fl-Annessi VIIIa u VIIIb: minn xi uffiċjal tal-gvern Ġappuniż jew tat-Taiwan jew minn kull persuna oħra approvata għal dak l-għan mill-Gvernijiet ta' dawk il-pajjiżi.

3. Id-dokument ta' statistika għandu jingħata lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru li fih ikun ġie impurtat il-prodott.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tad-dwana jew xi aġenti oħra kompetenti tagħhom jitolbu u jeżaminaw id-dokumenti kollha, inkluż id-dokument ta' statistika, dwar importazzjonijiet ta' ħut li jkun wieħed mill-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1.

Dawk l-awtoritajiet jistgħu ukoll jeżaminaw il-korrettezza ta' l-informazzjoni li jkun hemm f'dawk id-dokumenti.

5. L-importazzjoni ta' xi ħut mill-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun projbita meta t-tagħbija konċernata ma' jkunx hemm magħha d-dokument ta' statistika dwar l-importazzjoni in kwistjoni, validat u kompletat skond il-paragrafi 1 u 2.

Taqsima 2

Ħtiġijiet minn Stati membri dwar esportazzjonijiet

Artikolu 5

Dokument ta' statistika dwar esportazzjoni

1. Il-kwantitajiet kollha ta' ħut ta' wieħed mill-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1 maqbuda minn bastiment tal-Komunità jew meħuda minn produttur tal-Komunità għandu jkun hemm magħhom dokument ta' statistika mfassal skond il-kampjun fi:

- l-Anness IVa fil-każ ta' tonn aħmar;

- l-Anness V fil-każ ta' pixxispad;

- l-Anness VI jew l-Anness VII fil-każ ta' tonn alalunga.

2. Dokument ta' statistika għandu:

(a) ikun fih l-informazzjoni kollha speċifikata fl-Annessi rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 u l-firem kollha meħtieġa mill-operaturi approprjati, li għandhom ikunu responsabbli għad-dikjarazzjonijiet li jkun hemm fihom:

(b) ikun validat minn:

(i) l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-bandiera

(ii) l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor li fih jitniżżlu l-prodotti, sakemm il-kwantitajiet korrispondenti jkunu esportati 'l barra mill-Komunità mit-territorju ta' dak l-Istat Membru. Dan ta' l-aħħar għandu jibgħat kopja validata tad-dokument ta' statistika lill-Istat Membru tal-bandiera fi żmien xahrejn.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tad-dwana jew l-aġenti uffiċjali kompetenti tagħhom jitolbu u jeżaminaw id-dokumenti kollha, inkluż id-dokument ta' statistika, għall-esportazzjonijiet kollha ta' ħut ta' xi wieħed mill-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1.

Dawn l-awtoritajiet jistgħu ukoll jeżaminaw il-kontenut ta' kull tagħbija biex jivverifikaw il-korrettezza ta' l-informazzjoni li jkun hemm f'dawn id-dokumenti.

4. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tiegħu msemmija fil-paragrafu 2(b). Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

5. L-esportazzjoni ta' ħut ta' xi wieħed mill-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun projbita meta t-tagħbija konċernata ma jkunx hemm magħha d-dokument ta' statistika għall-esportazzjoni rilevanti, validat u kompletat skond il-paragrafi 1 u 2.

Taqsima 3

Ħtiġijiet mill-Istati Membri dwar ri-esportazzjonijiet

Artikolu 6

Ċertifikati ta' ri-esportazzjoni

1. Ċertifikat ta' ri-esportazzjoni għandu jkun disponibbli mal-kwantitajiet kollha ta' ħut ta' xi wieħed mill-ispeċi msemmijin fl-Artikolu 1 li jkunu:

(a) ri-esportati mill-Komunità lejn pajjiż terz wara li jkun ġie impurtat fil-Komunità; jew

(b) impurtati fit-territorju tal-Komunità minn pajjiż terz wara li jkunu ġew ri-esportati minn dak il-

pajjiż terz.Ċertifikati ta' ri-esportazzjoni għandhom jitfasslu skond il-kampjun li jidher

(a) fl-Anness IX fil-każ ta' tonn aħmar;

(b) fl-Anness X fil-każ ta' pixxispad;

(ċ) fl-Anness XI jew l-Anness XII fil-każ ta' tonn alalunga.

2. Iċ-ċertifikati ta' ri-esportazzjoni:

(a) għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha speċifikata fl-Annessi rilevanti msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u l-firem kollha meħtieġa mill-operaturi approprjati, li għandhom ikunu responsabbli għad-dikjarazzjonijiet li jkun hemm fihom;

(b) għandhom ikunu validati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li minnu tkun se ssir ir-ri-esportazzjoni jew mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li minnu tkun saret ir-ri-esportazzjoni;

(ċ) għandu jkun hemm magħhom kopja debitament validata tad-dokument ta' statistika għall-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4.

3. L-Istati Membri li jawtentikaw iċ-ċertifikati ta' ri-esportazzjoni skond il-paragrafu 2(b) għandhom jitolbu lir-ri-esportaturi biex jipprovdu d-dokumenti meħtieġa li jiċċertifikaw li t-tagħbija ta' ħut ri-esportata tikkorrispondi għat-tagħbija ta' ħut li kienet oriġinarjament impurtata. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Istat tal-bandiera jew lill-Istat li jesporta, fuq talba, b'kopja taċ-ċertifikat.

4. Iċ-ċertifikat ta' ri-esportazzjoni għandu jingħata lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jimporta jew li jerġa' jesporta.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tad-dwana jew l-aġenti uffiċjali kompetenti tagħhom jitolbu u jeżaminaw id-dokumenti kollha, inkluż iċ-ċertifikat ta' ri-esportazzjoni, għar-riesportazzjoni ta' xi wieħed mill-ispeċi ta' ħut imsemmija fl-Artikolu 1.

Dawn l-awtoritajiet jistgħu ukoll jeżaminaw il-kontenut ta' kull tagħbija biex jivverifikaw il-korrettezza ta' l-informazzjoni li jkun hemm f'dawk id-dokumenti.

6. Ir-ri-esportazzjoni u l-importazzjoni wara r-ri-esportazzjoni ta' xi wieħed mill-ispeċi ta' ħut imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu projbiti meta t-tagħbija konċernata ma jkunx hemm magħha ċ-ċertifikat korrispondenti, validat u kompletat skond il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 7

Ri-esportazzjonijiet ripetuti

1. Il-kwantitajiet kollha ta' xi wieħed mill-ispeċi ta' ħut imsemmija fl-Artikolu 1, ri-esportati wara li jkunu diġà ri-esportati, għandu jkolhom magħhom ċertifikat ġdid ta' ri-esportazzjoni, validat u kompletat skond l-Artikolu 6(1) u (2).

L-Artikolu 6(3), (4), (5) u (6) għandu japplika.

2. Iċ-ċertifikat ġdid imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun hemm miegħu kopja ċertifikata taċ-ċertifikati ta' ri-esportazzjoni ta' qabel, debitament validati.

KAPITOLU 3

TRASMISSJONI TA' DATA

Artikolu 8

Informazzjoni dwar il-validazzjoni

Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 30 jum wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament kampjun tad-dokumenti tiegħu ta' statistika u taċ-ċertifikati ta' ri-esportazzjoni. Għandu wkoll jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-validazzjoni u, fil-ħin xieraq, kull tibdiliet f'dawk id-dokumenti u ċertifikati, skond:

(a) il-kampjun ta' l-ICCAT li jidher fl-Anness XIII għat-tonn aħmar, pixxispad u tonn alalunga;

(b) il-kampjun ta' l-IOTC li jidher fl-Anness XIV għat-tonn alalunga.

Artikolu 9

Trasmissjoni ta' data

1. L-Istati Membri li jimpurtaw, jesportaw jew jesportaw mill-ġdid ħut ta' xi wieħed mill-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni permezz ta' trasmissjoni bil-kompjuter qabel il-15 ta' Marzu għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Lulju u l-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel u qabel il-15 ta' Settembru għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju tas-sena kurrenti, rapport dwar:

(a) il-kwantitajiet ta' kull preżentazzjoni kummerċjali ta' ħut ta' xi wieħed mill-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1 impurtati fit-territorju tagħhom, imqassma skond il-pajjiż terz ta' oriġini, il-post fejn saret il-qabda u t-tip ta' tagħmir tas-sajd użat;

(b) il-kwantitajiet ta' kull preżentazzjoni kummerċjali ta' ħut ta' xi wieħed mill-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1 impurtati fit-territorju tagħhom wara li jkunu ġew ri-esportati minn pajjiż terz, imqassma skond il-pajjiż terz ta' oriġini, il-post fejn saret il-qabda u t-tip ta' tagħmir tas-sajd użat.

2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih l-informazzjoni speċifikata fi:

(a) l-Anness XV għat-tonn aħmar;

(b) l-Anness XVI għall-pixxispad;

(ċ) l-Anness XVII jew l-Anness XVIII għat-tonn alalunga.

Artikolu 10

Rapport nazzjonali

Stati membri li jesportaw ħut ta' xi wieħed mill-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiċċekkjaw li l-informazzjoni dwar importazzjonijiet trasmessa mill-Kummissjoni taqbel ma' l-informazzjoni tagħhom stess. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-riżultat ta' dan l-iċċekkjar fir-rapport nazzjonali msemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001 tas-27 ta' Settembru 2001 li jippreskrivi miżuri ta' kontroll applikabbli għas-sajd ta' ċerti riservi ta' ħut li jiċċaqalqu ħafna minn post għal ieħor [8].

KAPITOLU 4

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

Emenda ta' l-Annessi

L-Annessi ta' hawn jistgħu jiġu emendati skond il-miżuri ta' konservazzjoni ta' l-ICCAT u l-IOTC li jsiru obbligatorji għall-Komunità u skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 12

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta' Ġestjoni għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit bl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi ta' ħut skond il-Politika Komuni tas-Sajd [9].

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 13

Tħassir

1. Ir-Regolament (KE) Nru. 858/94 huwa hawnhekk imħassar.

2. Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu miftiehma bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' ekwivalenza li tidher fl-Annes XIX.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-8 ta' April 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Drys

[1] ĠU C 331 E, tal-31.12.2002, pġ. 128.

[2] Opinjoni tat-12 ta' Frar 2003 (għad mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 162, tat-18.06.1986, pġ. 33.

[4] ĠU L 236, 05.10.1995, pġ. 24.

[5] ĠU L 99, tad-19.04.1994, pġ. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1446/1999 (ĠU L 167, 02.07.1999, pġ. 1).

[6] ĠU L 184, tas-17.07.1999, pġ. 23.

[7] ĠU L 302, tad-19.10.1992, pġ. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, pġ. 17).

[8] ĠU L 263, 03.10.2001, pġ. 1.

[9] ĠU L 358, tal-31.12.2002, pġ. 59.

--------------------------------------------------

ANNESS I

IL-PRODOTTI RIFERITI Fl-ARTIKOLU 3 (1)

Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklaura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa li hija biss indikattiva. Fil-kuntest ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw il-kodiċijiet tat-TARIC, kif ikunu jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Il-Kodiċi tat-TARIC

0301999060

0302351000

0302359000

0303451100

0303451300

0303451900

0303459000

0304103860

0304109850

0304204510

0304909770

0305200018

0305200074

0305200075

0305309030

0305498010

0305599040

0305699030

1604141120

1604141125

1604141620

1604141625

1604141820

1604141825

1604207030

1604207035

--------------------------------------------------

ANNESS II

IL-PRODOTTI RIFERITI Fl-ARTIKOLU 3(b)

Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklaura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa li hija biss indikattiva. Fil-kuntest ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw il-kodiċijiet tat-TARIC, kif ikunu jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Il-Kodiċi tat-TARIC

0301999070

0302698700

0303798700

0304103870

0304109855

0304208700

0304906500

0305200019

0305200076

0305200077

0305309040

0305498020

0305599050

0305699050

1604199130

1604199820

1604209060

--------------------------------------------------

ANNESS III

IL-PRODOTTI RIFERITI Fl-ARTIKOLU 3(ċ)

Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklaura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa li hija biss indikattiva. Fil-kuntest ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw il-kodiċijiet tat-TARIC, kif ikunu jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Il-Kodiċi tat-TARIC

0301999075

0302341000

0302349000

0303441100

0303441300

0303441900

0303449000

0304103875

0304109865

0304204520

0304909775

0305200021

0305200078

0305200079

0305309075

0305498060

0305599045

0305699040

1604141130

1604141135

1604141630

1604141635

1604141830

1604141835

1604207040

1604207045

--------------------------------------------------

ANNESS IVa

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IVb

Pajjiżi terzi kkonoxxuti mill-ICCAT li għalihom id-dokument statistiku jista' jiġi vvalidat minn istituzzjoni awtorizzata għal dan l-iskop, per eżempju minn kamra tal-kummerċ: L-Angola, il-Brażil, il-Kanada, il-Cape Verde, iċ-Ċina, il-Côte d'Ivoire, il-Kroazja, il-Ginea Ekwatorjali, il-Gabon, il-Ghana, il-Ginea Konakry, il-Ġappun, il-Korea, il-Libja, il-Marokk, ir-Russja, São Tomé u l-Príncipe, l-Afrika ta' Isfel, it-Tuneżija, l-Uruguay, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Venezuela.

--------------------------------------------------

ANNESS V

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VII

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VIIIa

Il-Lista tal-bastimenti li jipparteċipaw fil-programm Ġappuniż tat-tkissir

In-Nru | Is-Sena tat-Tkissir | L-Istat tal-Bandiera | L-Isem tal-Bastiment | It-tunnellaġġ metriku | Is-Sena tal-Konstruzzjoni | Iż-Żona tas-sajd |

1 | 2002 | Il-BOLIVJA | YING CHIN HSIANG 66 | 379 | 1979 | L-OĊJAN INDJAN |

2 | 2002 | Il-KAMBODJA | HUA CHENG 707 | 606 | 1980 | L-OĊJAN INDJAN |

3 | 2002 | Il-KAMBODJA | HUA CHENG 808 | 549 | 1980 | L-OĊJAN INDJAN |

4 | 2002 | Il-FILIPPINI | CHEN FA 736 | 636 | 1979 | L-OĊJAN ATLANTIKU |

5 | 2002 | Il-BOLIVJA | ZHONG I 85 | 437 | 1976 | L-OĊJAN PAĊIFIKU |

6 | 2002 | Il-BELIZE | LIEN TAI | 491 | 1979 | L-OĊJAN ATLANTIKU |

7 | 2003 | Il-BELIZE | JEFFREY 131 | 597 | 1980 | L-OĊJAN PAĊIFIKU |

8 | 2003 | Il-GINEA EKWATORJALI | WIN FAR 236 | 672 | 1978 | L-OĊJAN INDJAN |

9 | 2003 | Il-GINEA EKWATORJALI | WIN FAR 266 | 535 | 1979 | L-OĊJAN INDJAN |

10 | 2003 | Il-BOLIVJA | CHIN I MING | 663 | 1979 | L-OĊJAN ATLANTIKU |

11 | 2003 | Il-BOLIVJA | CHIN CHANG MING | 578 | 1980 | L-OĊJAN ATLANTIKU |

12 | 2003 | Il-BOLIVJA | GOLDEN RICH (Qabel: ZHONG XIN 26) | 520 | 1974 | L-OĊJAN ATLANTIKU |

13 | 2003 | Il-BOLIVJA | CHI MAN | 556 | 1982 | L-OĊJAN INDJAN |

14 | 2003 | Il-BOLIVJA | HUNG YU 112 | 690 | 1981 | L-OĊJAN INDJAN |

15 | 2003 | Il-GINEA EKWATORJALI | CHEN CHIANG 1 | 578 | 1988 | L-OĊJAN INDJAN |

--------------------------------------------------

ANNESS VIIIb

Il-Lista tal-bastimenti tal-bandiera Tajwaniża li jipparteċipaw fil-programm ta' reġistrazzjoni mill-ġdid

In-Nru | Flag State L-Istat tal-Bandiera | L-Isem tal-Bastiment | It-tunnellaġġ metriku | Iż-Żona tas-sajd | Year of construc-tion Is-Sena tal-Kostruzzjoni |

1 | Il-GINEA EKWATORJALI | YIH SHUEN NO 212 | 470 | L-OĊJAN INDJAN | 1999 |

2 | IS-SEYCHELLES | SEYGEM | 573 | L-OĊJAN PAĊIFIKU | 1997 |

3 | IS-SEYCHELLES | SEYSTAR | 573 | L-OĊJAN PAĊIFIKU | 1998 |

4 | IL-VANUATU | NINE LUCKY No 1 | 508 | L-OĊJAN PAĊIFIKU | 1998 |

5 | Il-BELIZE | WIN FAR No 868 | 498 | L-OĊJAN PAĊIFIKU | 1999 |

6 | Il-GINEA EKWATORJALI | WEI CHING | 498 | L-OĊJAN ATLANTIKU | 1997 |

7 | Il-BELIZE | JUI YING No 666 | 498 | L-OĊJAN PAĊIFIKU | 1997 |

8 | Il-BELIZE | CHEN FA No 1 | 550 | L-OĊJAN INDJAN | 1997 |

9 | IS-SEYCHELLES | SEYPERAL | 680 | L-OĊJAN PAĊIFIKU | 1998 |

10 | Il-BELIZE | PING YUAN No 201 | 706 | L-OĊJAN INDJAN | 1996 |

11 | Il-BELIZE | LIAN HORNG No 777 | 499 | L-OĊJAN PAĊIFIKU | 1998 |

12 | Il-BELIZE | FONG KU No 36 | 521 | L-OĊJAN PAĊIFIKU | 1997 |

13 | Il-BELIZE | SHYE SIN No 1 | 598 | O. L-OĊJAN INDJAN | 1997 |

14 | Il-BELIZE | HUNG YU No 212 | 470 | L-OĊJAN ATLANTIKU | 1997 |

15 | Il-BELIZE | HWA CHIN No 202 | 470 | L-OĊJAN ATLANTIKU | 1997 |

16 | Il-BELIZE | SUNG HUI | 573 | L-OĊJAN ATLANTIKU | 1998 |

17 | Il-BELIZE | HSIEN HUA 106 | 625 | L-OĊJAN PAĊIFIKU | 2000 |

18 | Il-BELIZE | HSIEN HUA 107 | 625 | L-OĊJAN PAĊIFIKU | 2000 |

19 | Il-BELIZE | PING YUAN No 66 | 683 | L-OĊJAN PAĊIFIKU | 1998 |

20 | Il-BELIZE | LONG CHANG No 3 | 589 | L-OĊJAN ATLANTIKU | 1997 |

--------------------------------------------------

ANNESS IX

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS X

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS XI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS XII

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS XIII

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS XIV

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS XV

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS XVI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS XVII

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS XVIII

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS XIX

ir-Regolament (KE) Nru 858/94 | Dan ir-Regolament |

—L-Artikolu 1 | —L-Artikolu 2 |

—L-Artikolu 2 | —L-Artikolu 4 |

—L-Artikolu 2a | —L-Artikolu 5 |

—L-Artikolu 3 (1), (2) u (3) | —L-Artikolu 4 |

—L-Artikolu 3 (4) | —L-Artikolu 6 |

—L-Artikolu 3a | —L-Artikolu 6 |

—L-Artikolu 4 | — |

—L-Artikolu 5 | —L-Artikolu 9 |

—L-Anness I | —L-Anness IVa |

—L-Anness II | —L-Anness IVb |

—L-Anness III | —l-Anness IX |

--------------------------------------------------

Top