Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1871

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1871/2003 tat-23 ta' Ottubru 2003 li jemenda l-Anness I li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    ĠU L 275, 25.10.2003, p. 5–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004; Impliċitament imħassar minn 32004R1810

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1871/oj

    32003R1871



    Official Journal L 275 , 25/10/2003 P. 0005 - 0006


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1871/2003

    tat-23 ta' Ottubru 2003

    li jemenda l-Anness I li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2176/2002 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1) R-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi nomenklatura ta' oġġetti, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjħa "Nomenklatura Magħquda". In-Nomenklatura Magħquda hija riprodotta fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 535/94 tad-9 ta' Marzu 1994 li jemenda l-Anness I li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (TDK) [3] daħħal in-nota addizzjonali 8 għall-Kapitolu 2 tan-Nomenklatura Magħquda, bil-ħsieb li jiċċara l-klassifikazzjoni ta' laħam immellaħ u interjuri ta' l-annimali li jittiekel li jaqa' taħt l-intestatura 0210 ("laħam u skart tal-laħam li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew iffumigat; dqiq li jittiekel u kappuljat tal-laħam jew interjuri ta' l-annimali"). Din in-nota kienet enumerata mill-ġdid fl-1995 bħala nota addizzjonali 7.

    (3) Il-klassifikazzjoni fil-Kapitolu 2 tan-Nomenklatura Magħquda tiddependi essenzalment fuq il-proċess użat biex tiġi żgurata l-priservazzjoni għat-tul ta' prodott partikolari. In-nota ta' spjegazzjoni tas-Sistema Ġenerali Armonizzata għall-Kapitolu 2 tiddeskrivi l-istruttura ta' dak il-Kapitolu. Il-Kapitolu 2 ikopri laħam mhux imsajjar u interjuri ta' l-annimali li ikunu friski jew imkessħa jew ikunu għaddew minn xi wieħed mill-proċessi varji meħtieġa għall-priservazzjoni gaħt-tul, jiġifieri, laħam mhux imsajjar u interjuri ta' l-annimali li ikunu ffriżati jew immellħa, fis-salmura, imnixxfa jew iffumigati.

    (4) Skond l-imsemmija nota ta' spjegazzjoni, il-laħam frisk jibqa' klassifikat bħala tali ukoll jekk ukun ġie ppakkat bil-melħ bħala aġent temporanju ta' priservazzjoni matul it-trasport. Dan ir-raġunament japplika ugwalment għall-laħal iffriżat, mod ieħor laħam li jkun ġie miżjud bil-melħ jitqies bħala laħam immellaħ ta' l-intestatura 0210. Għall-finijiet ta' l-ntestatura 0210, l-imluħa għandha tkun suffiċjenti li tiżgura priservazzjoni għat-tul għall-finijiet oħra minbarra trasport. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-proċessi l-oħra elenkati fl-intestatura 0210, jiġifieri, fis-salmura, tnixxif u iffumigar, huma intiżi biex jiżguraw priservazzjoni għat-tul pjuttost milli biex jaġixxu bħala mezz temporanju ta' priservazzjoni għat-trasport.

    (5) Jihder xieraq li jiġi ċċarat u konfermat aktar li l-imluħa, skond it-tifsira ta' l-intestatura 0210, hija proċess użat biex jiżgura priservazzjoni għat-tul.

    (6) In-nota addizzjonali 7 għall-Kapitolu 2 tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża bħala l-Anness I li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandha għalhekk tiġi hekk emendata.

    (7) Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien preskritt mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    In-nota addizzjonali 7 għall-Kapitolu 2 tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża ma' l-Anness I li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 hija sostitwita b'dan li ġej:

    ""Għall-finijiet ta' l-Intestatura 0210, l-espressjonijiet "laħam u interjuri ta' l-annimali li jittieklu, immellħa, fis-salmura" ifissru laħam u interjuri ta' l-annimali li jittieklu imxappa sew u b'mod omoġenju bil-melħ fil-partijiet kollha u li ikollhom kontenut totali ta' melħ ta' mhux anqas minn 1,2 % skond il-piż, kemm-il darba tkun l-imluħa li tiżgura il-priservazzjoni għat-tul.""

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Ottubru 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    Frederik Bolkestein

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, 07.09.87, p. 1.

    [2] ĠU L 331, 07.12.02, p. 3.

    [3] ĠU L 68, 11.03.94, p. 15.

    --------------------------------------------------

    Top