Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1813

    Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1813/2003 tal-15 ta’ Ottubru 2003 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2273/93 li jistabilixxi ċ-ċentri ta’ intervent għaċ-ċereali

    ĠU L 265, 16.10.2003, p. 23–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/06/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1813/oj

    32003R1813



    Official Journal L 265 , 16/10/2003 P. 0023 - 0024


    Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1813/2003

    tal-15 ta’ Ottubru 2003

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2273/93 li jistabilixxi ċ-ċentri ta’ intervent għaċ-ċereali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1104/1999 [2], u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu,

    billi:

    (1) Iċ-ċentri ta’ intervent huma mniżżla fl-l-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni(KEE) Nru 2273/93 [3], kif l-aħħar emendati bir-Regolament (KE) Nru 1938/2002 [4]. Ċerti Stati Membri issottomettew talbiet biex isiru emendi lil xi wħud minn dawk iċ-ċentri.

    (2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2273/93 għandu jkun hekk emendat.

    (3) Il-miżuri disposti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2273/93 huwa hawnhekk emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Ottubru 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 181, ta’ l-01.07.92, p. 21.

    [2] ĠU L 158, tas-27.06.03, p. 1.

    [3] ĠU L 207, tat-18.08.93, p. 1.

    [4] ĠU L 297, tal-31.10.02, p. 6.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2273/93 huwa emendat kif ġej:

    1. Fit-taqsima BUNDESREPUBLIK DEUTSCHLAND-Schleswig-Holstein, iċ-ċentru "Burg auf Fehmarn" jinagħta l-isem ġdid ta’ "Fehmarn".

    2. Fit-taqsima SUOMI/il-FINLANDJA, iċ-ċentru "Loviisa" huwa sostitwit minn "Kaipiainen".

    3. Fit-taqsima Franza, fid-dipartiment "Loiret-45", "qamħirrum" huwa mħassar miċ-ċentru "Patay" u "xgħir" huwa miżjud għal maċ-ċentru "Meung-sur-Loir".

    --------------------------------------------------

    Top