This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1805
Council Regulation (EC) No 1805/2003 of 13 October 2003 amending Regulation (EC) No 2596/97 extending the period provided for in Article 149(1) of the Act of Accession of Austria, Finland and Sweden
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1805/2003 tat-13 ta’ Ottubru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2596/97 li jestendi l-perjodu previst fl-Artikolu 149(1) ta’ l-Att ta’ Adezjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1805/2003 tat-13 ta’ Ottubru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2596/97 li jestendi l-perjodu previst fl-Artikolu 149(1) ta’ l-Att ta’ Adezjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja
ĠU L 265, 16.10.2003, p. 5–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2009
Official Journal L 265 , 16/10/2003 P. 0005 - 0005
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1805/2003 tat-13 ta’ Ottubru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2596/97 li jestendi l-perjodu previst fl-Artikolu 149(1) ta’ l-Att ta’ Adezjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 149(2) tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2], Billi: (1) It-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2596/97 [3] ittawwal sal- 31 Diċembru 2003 il-perjodu li matulu jistgħu jiġu adottati miżuri temporanji dwar il-kriterji tal-kontenut ta’ xaħam fil-ħalib li jitpoġġa fis-suq taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Att tas-Sħubija ta’ l-1994. (2) Fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-kriterji dwar il-kontenut ta’ xaħam fil-ħalib għall-konsum tal-bniedem qed ikompli joħloq problemi għall-Finlandja u l-Isvezja. (3) Huwa, għalhekk, meħtieġ li jsir użu mill-possibbiltà mogħtija fl-Artikolu 149(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994 biex jitwal il-perjodu in kwistjoni. Jidher xieraq li jkun hemm perjodu żejjed li jibqa’ sejjer sat-30 ta’ April 2009. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 2596/97 għandu, għalhekk, jiġi emendat, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 It-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2596/97, għandu jinbidel b’dan li ġej: "Madankollu, dwar il-kriterji tal-kontenut ta’ xaħam fil-ħalib għall-konsum tal-bniedem li ġie prodott fil-Finlandja u l-Isvezja, il-perjodu hawnhekk qed jitwal sat-30 ta’ April 2009." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2004. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fit-13 ta’ Ottubru 2003. F’isem il-Kunsill G. Alemanno Il-President [1] Opinjoni mogħtija fid-9 ta’ Ottubru 2003 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] Opinjoni mogħtija fl-24 ta’ Settembru 2003 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 351, tat-23.12.97, p. 12. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2703/1999 (ĠU L 327, tal-21.12.99, p. 11). --------------------------------------------------