This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1795
Commission Regulation (EC) No 1795/2003 of 13 October 2003 amending Annex VI to Council Regulation (EC) No 1493/1999 as regards quality wines produced in specified regions
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1795/2003 tat-13 ta’ Ottubru 2003 li jemenda l-Anness VI ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fejn jidħlu nbejjed ta’ kwalità f’reġjuni speċifikati
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1795/2003 tat-13 ta’ Ottubru 2003 li jemenda l-Anness VI ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fejn jidħlu nbejjed ta’ kwalità f’reġjuni speċifikati
ĠU L 262, 14.10.2003, p. 13–13
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008
Official Journal L 262 , 14/10/2003 P. 0013 - 0013
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1795/2003 tat-13 ta’ Ottubru 2003 li jemenda l-Anness VI ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fejn jidħlu nbejjed ta’ kwalità f’reġjuni speċifikati IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1], kif l-aħħar emendat minn Regolament (KE) Nmr 806/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 58 tiegħu, billi: (1) l-Anness VI.D.1 ta’ Regolament (KE) Nmr 1493/1999 li jistipula li nbejjed ta’ kwalità psr jistgħu jkunu magħmula biss minn għeneb ta’ varjetajiet ta’ inbid li jidrhu fuq il-lista ta’ l-Istat Membru tal-produzzjoni u jiġu maħżuna fir-reġjun speċifikat. (2) Madankollu, punt D.2 ta’ dak l-Anness jipprovdi li, l-aktar tard sal-31 ta’ Awissu 2003, fil-każ ta’ prattika tradizzjonali gvernata minn dispożizzjonijiet speċjali ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni, dak l-Istat Membru jista’ jippermetti fuq ċerta kondizzjonijiet, permezz ta’ awtorizzazzjonijiet espresso u suġġetti għal kontrolli adekwati, li inbid sparkling ta’ kwalità psr ikun miksub biż-żieda mal-prodott bażiku li minnu jsir l-inbid prodott wieħed jew aktar magħmul mis-settur ta’ l-inbid li ma joriġinawx fir-reġjun speċifikat li tiegħu l-inbid ikollu l-isem. (3) l-Italja applikat din id-deroga għal preparazzjoni tal-"Conegliano-Valdobbiadene" u tal-"Montello e Colli Asolani" inbejjed ta’ kwalità sparkling psr. Minħabba li d-deroga tiskadi fil-31 Awissu 2003 u l-produtturi ta’ l-inbid iġġustifikaw li għandhom bżonn estenzjoni limitata ta’ din id-deroga sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-aġġustamenti strutturali li hemm bżonn lil metodu tradizzjonali sabiex ikunu prodotti dawn l-inbejjed, id-deroga għandha tkun estiża sal-31 ta’ Awissu 2005. (4) Regolament (KE) Nmr 1493/1999 għandu għal daqs tant ikun emendat skond il-bżonn. (5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Inbid, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Anness VI.D.2 ta’ Regolament (KE) Nmr 1493/1999 huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej: "Bħala eċċezzjoni għal paragrafu 1(a), fil-każ ta’ prattika tradizzjonali gvernata minn dispożizzjonijiet speċjali ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni, dak l-Istat Membru jista’ l-aktar tard sal-31 ta’ Awissu 2005, permezz ta’ awtorizzazzjonijiet espressi u suġġetti għal kontrolli adekwati, tippermetti li inbid sparkling ta’ kwalità psr jinkiseb biż-żieda ta’ prodott bażiku li minnu mill-inbid li minnu jsiru prodott jew prodotti tas-settur ta’ l-inbid li ma joriġinawx fir-reġjun speċifikat li tiegħu għandhom l-isem, iżda:" Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Ottubru 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 179, ta’ l-14.07.99, p. 1. [2] ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 1. --------------------------------------------------