Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1757

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1757/2003 tat-3 ta' Ottubru 2003 li jippreskrivi l-istandard tal-marketing għaz-zukkini u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1292/81

    ĠU L 252, 4.10.2003, p. 11–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1221

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1757/oj

    32003R1757



    Official Journal L 252 , 04/10/2003 P. 0011 - 0016


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1757/2003

    tat-3 ta' Ottubru 2003

    li jippreskrivi l-istandard tal-marketing għaz-zukkini u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1292/81

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 [2],

    Billi:

    (1) Iz-zukkini huma fost il-prodotti elenkati fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għalihom għandhom jiġu adottati standards. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1292/81 jippreskrivi l-istandards ta' kwalità għall-kurrat, brunġiel u zukkini [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 46/2003 [4], ġie emnendat u ma jistax jassigura aktar ċarezza legali.

    (2) Fl-interess taċ-ċarezza, ir-regoli dwar iz-zukkini għandhom jiġu separatai minn dawk dwar prodotti oħra taħt ir-Regolament (KE) Nru 1292/81 u dan ir-Regolament għandu jiġi hekk emendat. Għal dak il-għan, u fl-interess li tiġi priservata t-trasparenza dwar is-suq dinji, għandu jingħata kont ta' l-i standard UN/ECE FFV-41 dwar il-marketing u l-kontroll tal-kwalità taz-zukkini rakkomandat mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Isandardisation ta' Oġġetti li Jitħassru Malajr u l-Iżvilupp tal-Kwalità tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE).

    (3) L-applikazzjoni ta' dawn l-istandards il-ġodda għandha tneħħi prodotti ta' kwalità mhux sodisfaċjenti mis-suq, iġġib il-produzzjoni f'linja mal-ħtiġiet tal-konsumatur u tiffaċilita l-kummerċ ibbażat fuq kompetizzjoni ġusta, u b'hekk tgħin li tittejjeb il-profittabilità.

    (4) L-istandards huma applikabbli fl-istadji kollha tal-marketing. Trasport għal distanza fit-tul, ħażna matul ċertu perjodu u l-proċessi varji li jgħaddu minnhom il-prodotti jistgħu joħolqu xi grad ta' tħassir minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti jew tan-natura tagħhom li jitħassru malajr. Għandu jingħata kont ta' dak it-taħsir meta jiġi applikat l-istandard fl-istadji tal-marketing wara li jintbagħtu.

    (5) Billi l-prodotti fil-kalssi "Extra" għandhom jintgħażlu jiġi pakkeġġati b'attenzjoni partikolari, in-nuqqas ta' freskezza biss u n-nefħa għandu jingħata kont tagħhom f'dan il-każ.

    (6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Frott u l-Ħxejjex,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-istandard tal-marketing għaz-zukkini li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 07099070 għandu ikun kif stipulat fl-Anness.

    L-istandard għandu jgħodd fl-istadji kollha tal-marketing taħt il-kondizzjkonijiet preskritti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

    Madankollu, fl-istadji wara li jintbagħtu, il-prodotti jistgħu juru, b'relazzjoni mal-ħtiġiet ta' l-istandard, nuqqas ħafif ta' freskezza jew infiħ; prodotti ggradati fi klassijiet minbarra l-klassi "Extra" jistgħu b'żieda juri taħsir ħafif minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza li jitħassru malajr.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 1292/81 huwa emendat kif ġej:

    1. It-Titolu huwa sostitwit bi: "Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1292/81 tat-12 ta' Mejju 1981 li jippreskrivi l-istandard tal-marketing għall-brinġiel".

    2. Fl-Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit bi:

    "L-istandard tal-marketing għall-brinġiel, li jaqa' taħt il-kodiċi NM 0709 30 00, għandu ikun kif stipulat fl-Anness."

    3. Fl-Anness II, it-Titolu huwa ssostitwit bi:

    "ANNESS

    STANDARD GĦALL-BRINĠIEL"

    .

    4. L-Anness III huwa mħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu jgħodd mill-1 ta' Diċembru 2003.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Ottubru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, pġ. 1.

    [2] ĠU L 7, tal-11.1.2003, pġ. 64.

    [3] ĠU L 129, tal-15.5.1981, pġ. 38.

    [4] ĠU L 7, tal-11.1.2003, pġ. 61.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    STANDARD GĦAZ-ZUKKINI

    I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

    Dan l-istandard japplika għal zukkini, magħtugħa żgħar u torja, qabel maż-żerriegħa tagħhom tkun issodat, minn varjetajiet (varjetajiet imnissla mill-koltivazzjoni) imkabbra mill-Cucurbita pepo L. li għandhom jiġu pProvduti friski lill-konsumatur, b'zukkini għall-ipproċessar induStrijali Jkunu esklużi.

    Dan l-istandard ikopri ukoll zukkini preżentati bil-fjura.

    II. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-KWALITÀ

    Il-fini ta' dan l-istandard huwa li jiddefinixxi il-ħtiġiet tal-kwalità ta' zukkini wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

    A. Ħteġijiet minimi

    Fil-klassijiet kollha, bla ħsara gaħd-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, iz-zukkini u z-zukkini bil-fjura għandhom ikunu:

    - intatti biz-zokk, li jista' jkollu danni ħfief,

    - b'saħħithom; il-prodott affettwat mit-tinwir jew mid-deterjorazzjoni hekk li jagħmlu mhux tajjeb għall-konsum jiġi mwarrab,

    - nadif, prattikament ħieles għal kollox minn kull materjal barrani li jidher,

    - frisk fid-dehra,

    - prattikment ħieles mid-dud u l-insetti qerrieda,

    - prattikament ħieles mill-ħsara kawżata mid-dud u l-insetti qerrieda,

    - ħieles minn umdità mhux tas-soltu fuq barra,

    - ħieles minn kull riħa u/jew togħma barranin.

    B'żieda, il-frott għandu ikun:

    - sod,

    - ħieles minn ħofor,

    - ħieles minn qsim,

    - suffiċjentement żviluppat, mingħajr trasformazzjoni f'ħatab taż-żerriegħa.

    L-iżvilupp u l-kondizzjoni għandhom ikunu tali li jippermettulhom:

    - li jifilħu għall-ġarr u t-tqandil bl-idejn, u

    - li jsalu f'kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

    B. Klassifika

    Iz-zukkini għandhom ikunu kklassifikati fit-tlett klassijiet definiti hawn taħt:

    (i) Klassi Extra

    Iz-zukkini f'din il-klassi għandhom ikunu ta' kwalità superjuri. Għandhom ikunu karatteristiċi tal-varjetà u/jew it-tip kummerċjali.

    Huma għandhom ikunu ukoll:

    - żviluppati sew,

    - iffurmati sew,

    - biz-zokk tagħhom maqtuhħ pulit u ta' tul massimu ta' 3 cm.

    Huma għandhom ikunu ħielsa minn diffetti bl-eċċezzjoni ta' difetti ħfief superfiċjali kemm-il darba dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni fl-ippakkeġġar.

    (ii) Klassi I

    Iz-zukkini f'din il-klassi għandhom ikunu ta' kwalità tajba. Huma għandhom ikunu karatteristiċi tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.

    Id-difetti ħfief li ġejjin jistgħu, madankollu, jitħallew basta iżda illi dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni fil-pakkeġġ:

    - difetti ħfief fil-forma,

    - difetti żgħar fil-kulur,

    - difetti żgħar ħafna fil-qoxra,

    - difetti żgħar ħafna minħabba mard kemm-il darba ma jkunux progressivi u ma jaffettwawx il-laħam.

    Iz-zukkini għandhom jinkludu zokk ta' tul massimu ta' 3 cm.

    (iii) Klassi II

    Din il-klassi tinkludi zukkini li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fi klassijiet għola, iżda jissodisfaw il-ħtiġiet minimi speċifikati hawn fuq.

    Id-difetti li ġejjin jistgħu ikunu permessi kemm-il darba z-zukkini iżommu l-karatteristiċi essenzali tagħhom fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità li iżommu u l-presentazzjoni:

    - difetti fil-forma,

    - difetti fil-kulur,

    - tixwit ħafif tax-xemx,

    - difetti żgħar fil-qoxra,

    - difetti ħfief minħabba mard kemm-il darba ma ikunux progressivi u ma jeffettwawx il-laħam.

    III. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW L-GĦOTI TAD-DAQS

    Id-daqs jiġi stabbilit jew:

    - skond it-tul, jew

    - skond il-piż.

    (a) Għall-għoti tad-daqs skond it-tul, dan jitkejjel bejn mnejn joħroġ iz-zokk u t-tmiem tat-tarf tal-frotta.

    It-tul minimu huwa ta' 7 cm u t-tul massimu huwa ta' 35 cm.

    Għall-klassijiet Extra u I, iz-zukkini għandu jingħatalhom id-daqs skond l-iskala li ġejja:

    - 7 cm sa 14 cm inklużi,

    - 14 cm eskluż sa 21 cm inkluż,

    - 21 cm eskluż sa 35 cm.

    (b) Għall-għoti tad-daqs skond il-piż, il-piż minimu huwa 50 g u l-piż massimu huwa 450 g.

    Għall-klassijiet Extra u I, iz-zukkini għandu jingħatalhom id-daqs skond l-iskala li ġejja:

    - 50 g sa 100 g inklużi,

    - 100 g eskluż sa 225 g inkluż,

    - 225 g eskluż sa 450 g.

    Il-ħtiġiet tad-daqs la għandhom jgħoddu għal prodotti fiċ-ċokon [1] lanqas għal zukkini ppresentati bil-fjura.

    IV. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IT-TOLLERANZI

    Jistgħu jiġu permessi tolleranzi rigward il-kwalità f'kull pakkeġġ tal-prodott li ma jissodisfax il-ħteġijiet tal-klassi indikata,

    A. Tolleranzi għall-kwalità

    (i) Klassi Ekstra

    5 fil-mija skond in-numru jew il-piż ta' zukkini li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tal-klassi iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, li jkunu jidħlu fit-tolleranzi ta' dik il-klassi.

    (ii) Klassi I

    10 fil-mija skond in-numru jew il-piż ta' zukkini li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tal-klassi iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi II jew, eċċezzjonalment, li ikunu jidħlu fit-tolleranzi ta' dik il-klassi.

    (iii) Klassi II

    10 fil-mija skond in-numru jew il-piż ta' zukkini li ma jissodisfaw l-ebda waħda mill-ħtiġiet tal-klassi lanqas il-ħtiġiet minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti effettwati bi tmermir jew b'xi taħsir ieħor li jagħmluhom mhux tajbin għall-ikel.

    B. Tolleranzi għad-daqs

    Għall-klassijiet kollha: 10 fil-mija skond in-numru jew il-piż ta' zukkini li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tad-daqs iżda li jissodisfaw dawk tad-daqs minnufih l-isfel jew il-fuq dak speċifikat fuq il-pakkett.

    Madankollu, din it-tolleranza hija applikabbli biss għall-prodotti li jvarjaw b'mhux aktar minn 10 fil-mija mill-limiti tad-daqs jew il-piż speċifikati.

    V. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-PREŻENTAZZJONI

    A. Uniformità

    Il-kontenut ta' kull pakkett ħandu ikun uniformi u ikun fih biss zukkini ta' l-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs (jekk mogħtija daqs), u bejn wieħed u ieħor ta' l-istess grad ta' żvilupp u kulur.

    Il-parti li tidher tal-kontenut tal-pakkeġġ trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

    Minkejja d-disposizzjonijiet ta' qabel f'dan il-punt, il-prodotti koperti b'dan ir-Regolament jistgħu ikunu mħallta, f'pakketti għall-bejgħ ta' piż nett ta' tliet kilogrammi jew anqas, ma' tipi differenti ta' frott u ħxejjex friski bil-kondizzjonijiet stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 48/2003 [2].

    Zukkini żgħar u zukkini preżentati bil-fjura għandhom ikunu raġonevolment uniformi fid-daqs. Zukkini żgħar jistgħu ikunu mħallta ma' prodotti oħra żgħar ta' tip differenti jew oriġini.

    B. Pakkjar

    Iz-zukkini għandhom ikunu ppakkjati b'dak il-mod sabiex il-prodotti ikunu protetti kif imiss.

    Il-materjali użati ġewwa l-pakkeġġ iridu jkunu ġodda, nodfa u tal-kwalità hekk li jevitaw milli jikkawżaw kull ħsara fuq barra u fuq ġewwa tal-prodott. Huwa mħolli l-użu ta' materjali, partikolarment il-karta jew it-timbri li jġorru speċifikazzjonijiet kummerċjali kemm-il darba l-istampar jew it-tikkettjar ikunu ġew magħmula minn linka jew kolla li ma humiex tossiċi.

    Il-pakkeġġi jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani.

    VI. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-BEJGĦ FIS-SUQ

    Kull pakkeġġ irid iġorr il-partikolaritajiet li ġejjin, f'ittri miġjuba fi gruppi fuq l-istess naħa, markati leġibbilment u li ma jitħassrux, u li jidhru minn fuq barra:

    A. Identifikazzjoni

    Min jippakkja u/jew min jibgħat: l-isem u l-indirizz jew il-marka tal-kodiċi uffiċjalment maħruġa jew aċċettata. Madankollu, fil-każ fejn tintuża marka tal-kodiċi, ir-referenza "Min jippakkja jew min jibgħat (jew abbrevjazzjonijiet)" għandhom jintwerew fi prossimità fil-qrib tal-marka tal-kodiċi.

    B. Natura tal-prodott

    Jekk il-kontenuti tal-pakkett ma jkunux jidhru minn barra:

    - "Zukkini",

    - "Zukkini bil-fjura" jew deskrizzjoni ekwivalenti, fejn xieraq.

    C. Orġini tal-prodott

    - - Pajjiż ta' oriġini u, mhux obbligatorju, id-distrett fejn imkabbra jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew lokali.

    D. Speċifikazzjonijiet kummerċjali

    - Klassi.

    - Daqs (jekk mogħtija d-daqs) espress:

    - skond il-kejl minimu u massimu fejn id-daqs jingħata skond it-tul

    - skond il-piżijiet minimi u massimi fejn id-daqs jingħata skond il-piż.

    - "zukkin żghar", "Zukkini żgħar ħafna" jew xi espressjoni oħra adattata għall-prodotti żgħar, fejn xieraq. Fejn diversi tipi ta' prodotti żgħar ikunu mħallta fl-istess pakkett, il-prodotti kollha u l-oriġini rispettivi tagħhom għandhom ikunu msemmija.

    E. Marka uffiċjali tal-kontroll (b'għażla)

    [1] Prodotti żgħar tfisser varjetà jew varjetà mnissla minn koltivazzjoni ta’ zukkini, miksuba minn koltivazzjoni ta’ pjanti u/jew teknika speċjali ta’ koltivazzjoni. Il-ħtiġiet l-oħra kollha ta’ l-istandard għandhom jitħarsu.

    [2] ĠU L 7, tal-11.1.2003, pġ. 65.

    --------------------------------------------------

    Top