Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1745

    Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru ta' l-2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9)

    ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2021; Imħassar b' 32021R0378

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1745/oj

    32003R1745



    Official Journal L 250 , 02/10/2003 P. 0010 - 0016


    Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew

    tat-12 ta' Settembru ta' l-2003

    dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi

    (BĊE/2003/9)

    IL-KUNSILL REGOLATORJU L-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta' Novembru ta' l-1998 rigward l-applikazzjoni ta' riservi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew [1], kif emendat skond ir-Regolament (KE) Nru 134/2002 [2],

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1998 rigward il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet [3],

    Billi:

    (1) Ir-Regolament (KE) Nru 2818/98 tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l-1 ta' Diċembru 1998 dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi (BĊE/1998/15) [4] ġie emendat b'mod sinifikattiv f'żewġ okkażjonijiet. L-ewwelnett, proċeduri speċifiċi għal għaqdiet u diviżjonijiet li jinvolvu istituzzjonijiet ta' kreditu ġew introdotti bir-Regolament (KE) Nru 1921/2000 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta' Awissu ta' l-2000 (BĊE/2000/8) [5] sabiex jiġu ċċarati l-obbligazzjonijiet ta' dawn l-istituzzjonijiet fejn jidħlu r-riżervi minimi. It-tieni nett, għal raġunijiet ta' effiċjenza, dispożizzjonijiet oħrajn ġew emendati mir-Regolament (KE) Nru 690/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta'April ta' l-2002 (BĊE/2002/3) [6] sabiex jiġi ċċarat li istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi huma suġġetti għal talbiet ta' riserva; biex tistabbilixxi regola ġenerali li bis-saħħa tagħha istituzzjonijiet ta' kreditu jiġu awtomatikament eżenti mit-talbiet ta' riserva għall-perjodu kollu ta' manutenzjoni li fih tieqaf l-eżistenza tagħhom; u biex tiġi ċċarata l-obligazzjoni biex tinkludi fil-bażi ta' riżerva id-debiti ta' istituzzjoni b'relazzjoni ma' fergħa ta' l-istess entità, jew b'relazzjoni ma' l-uffiċju prinċiapali jew ma' uffiċju reġistrat ta' l-istess entità, li jinsabu 'il barra mill-Istati Membri parteċipanti. Hekk kif emendi ġodda qed isiru lir-Regolament (KE) Nru 2818/98 (BĊE/1998/15), huwa mixtieq, minħabba raġunijiet ta' ċarezza u ta' razzjonalizzazzjoni, li d-dispożizzjonijiet in kwistjoni għandhom jinkitbu mill-ġdid billi jagħqduhom ilkoll flimkien f'test wieħed.

    (2) L-Artikolu 19(1) ta' l-Istatut jgħid li, jekk il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jitlob istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti biex iżommu riżervi minimi, dawn għandhom jiġu miżmuma fuq kontijiet mal-BĊE u ma' banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (BĊN parteċipanti). Huwa bix-xieraq li riżervi bħal dawn għandhom jiġu miżmuma biss fuq kontijiet ma' BĊN parteċipanti.

    (3) Sabiex ikunu effettivi, l-għodda tar-riżervi minimi jitolbu wkoll speċifikazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-kalkolu u mal-manutenzjoni tar-riżervi minimi u mar-regoli ta' rapportar u ta' verifikazzjoni.

    (4) Għall-esklużjoni tad-debiti interbankali mill-bażi ta' riserva, kull tip ta' deduzzjoni standard li għandha tiġi applikata għad-debiti b'maturità ta' sentejn fi ħdan il-kategorija tat-titoli ta' debitu għandha tkun ibbażata fuq il-proporzjon macro tal-wesgħa tal-medda ta' l-Ewro bejn (i) il-ħażniet ta' strumenti relevanti maħruġa minn istituzzjoni ta' kreditu u miżmuma minn istituzzjonijiet ta' kreditu oħrajn u mill-BĊE u mill-BĊN parteċipanti u (ii) l-ammont totali mhux imħallas ta' strumenti bħal dawn maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu.

    (5) Bħala regola, l-kalendarju tal-perjodi ta' manutenzjoni għandu jitqiegħed fil-linja mal-kalendarju tal-laqgħat tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE li fihom l-istimi ta' kull xahar tal-pożizzjoni tal-politika monetarja tiġi skedata mill-quddiem.

    (6) Proċeduri speċifiċi għan-notifika u għall-għarfien tar-riżervi minimi huma neċessarji sabiex l-istituzzjonijiet isiru konxji mill-obbligi tagħhom lejn ir-riservi minimi fil-ħin,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

    - "L-Istati Membri parteċipanti" għandha tfisser Stat Membru ta' l-UE li adotta l-euro skond it-Trattat,

    - "bank ċentrali nazzjonali parteċipant" (BĊN parteċipant) għandha tfisser il-bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru parteċipant,

    - "Ewrosistema" għandha tirreferi għall-BĊE u għall-BĊN parteċipanti,

    - "istituzzjoni" għandha tfisser entità fi Stat Membru parteċipant fejn il-BĊE, taħt it-termini ta' l-Artikolu 19(1) ta' l-Istatut, jista' jitlob li jżomm riservi minimi,

    - "kont ta' riserva" għandha tfisser kont ta' istituzzjoni ma' BĊN parteċipant, li l-bilanċ tiegħu fl-aħħar tal-ġurnata jingħadd b'konformità mat-talbiet ta' riserva ta' l-istituzzjoni,

    - "talba ta' riserva" għandha tfisser it-talba għall-istituzzjonijiet biex iżommu riżervi minimi fuq kontijiet ta' riserva ma' BĊN parteċipant,

    - "proporzjon ta' riserva" għandha tfisser il-persentaġġ speċifikat fl-Artikolu 4 għal xi punt jew partita partikolari fil-bażi ta' riserva,

    - "perjodu ta' manutenzjoni" għandu jfisser il-perjodu li fih il-konformità mat-talbiet ta' riserva hija kkalkulata u li għaliha riservi minimi bħal dawn għandhom jiġu miżmuma f'kontijiet ta' riserva,

    - "bilanċ fl-aħħar tal-ġurnata" għandha tfisser il-bilanċ fil-mument meta l-finalizzazzjoni ta' l-attivitajiet ta' ħlas u d-dħul relatat ma' aċċess possibbli għall-faċilitajiet permanenti tal-Ewrosistema jkunu seħħu,

    - "Ġurnata ta' kummerċ ta' BĊN" għandha tfisser kull ġurnata li fiha BĊN parteċipant partikolari huwa miftuħ sabiex jitmexxa l-operat tal-politika monetarja ta' l-Ewrosistema,

    - "resident" għandha tfisser kull persuna naturali jew legali li tgħix f'kull wieħed mill-Istati Membri parteċipanti fis-sens ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru ta' l-1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew [7],

    - "miżuri ta' riorganizzazzjoni" għandha tfisser miżuri intiżi għall-preservazzjoni jew għall-irranġar tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' instituzzjoni li tista' taffettwa d-drittijiet li diġa' jeżistu tat-tielet partiti, inklużi miżuri li jinvolvu sospensjonijiet possibbli ta' ħlas, sospensjoni ta' miżuri ta' infurzar jew tnaqqis mill-pretensjonijiet,

    - "proċeduri ta' l-għeluq" għandha tfisser il-proċeduri kollettivi li jikkonċernaw istituzzjoni li jinvolvu neċessarjament intervent minn awtoritajiet ġudizzjarji jew awtorità kompetenti oħra ta' Stat Membru parteċipant bil-għan li jbigħ l-assi tiegħu taħt is-superviżjoni ta' dawn l-awtoritajiet, inkluż fejn il-proċeduri huma tterminati minn komposizzjoni jew minn xi miżura oħra li tixbaħha,

    - "għaqda" għandha tfisser operat fejn waħda jew iktar istituzzjonijiet ta' kreditu (l-istituzzjonijiet li jingħaqdu/jikkorporaw), waqt li jkunu likwidati mingħajr ma jkun hemm likwidazzjoni, jitrasferixxu l-assi u l-obbligi kollha tagħhom għal istituzzjoni ta' kreditu oħra (l-istituzzjoni li tirċievi), li tista' tkun istituzzjonijiet ta' kreditu li għadha kif ġiet stabbilita,

    - "diviżjoni" għandha tfisser operat fejn istituzzjoni waħda ta' kreditu (billi l-istituzzjoni tinqasam), waqt li tkun likwidata mingħajr ma jkun hemm likwidazzjoni, titrasferixxi l-assi u l-obbligi kollha tagħha għal iktar minn istituzzjoni waħda (l-istituzzjonijiet li jirċievu), li jistgħu jkunu istituzzjonijiet ta' kreditu li għadhom kif ġew stabbiliti.

    Artikolu 2

    L-istituzzjonijiet soġġetti għal rekwiżiti ta' riserva

    1. Il-kategoriji ta' istituzzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżiti ta' riserva:

    (a) istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu ta'l-2000 relatata mat-teħid u l-insegwiment tal-kummerċ ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu [8], iktar milli mal-BĊN parteċipanti;

    (b) il-fergħat hekk kif definiti fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2000/12/KE, ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu hekk kif definiti fl-ewwel subparagrafu ta' l l-Artikolu 1(1) ta' l-istess Direttiva, iktar milli l-BĊN parteċipanti; dawn jinkludu fergħat ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li la huma rreġistrati u lanqas għandhom l-uffiċju prinċipali fi Stat Membru parteċipant.

    Fergħat ta' istituzzjonijiet ta' kreditu mwaqqfa fl-Istati Membri parteċipanti u li jinsabu 'l barra minn Stati Membri parteċipanti m'humiex suġġetti għar-rekwiżiti ta' riserva.

    2. Mingħajr ma tiġi obbligata li tagħti kull tip ta' talba, istituzzjoni għandha tkun eżentata minn talbiet ta' riżerva mill-bidu tal-perjodu ta' manutenzjoni li fih l-awtorizzazzjoni tiegħu huwa rtirat jew irrinunzjat, jew li fih deċiżjoni li tagħti l-istituzzjoni għall-proċeduri ta' l-għeluq hija meħudha minn awtorità ġudizzjarja jew kull tip ta' awtorità kompetenti oħra ta' Stat Membru parteċipant.

    Il-BĊE jista' jeżenta lill-istituzzjonijiet li ġejjin mir-rekwiżiti ta' riserva fuq bażi li mhix diskriminatorja:

    (a) l-istituzzjonijiet suġġetti għal miżuri ta' riorganizzazzjoni;

    (b) l-istituzzjonijiet li għalihom l-għan tas-sistemi tar-riservi minimi tal-BĊN ma jiġux milħuqa billi jiġu rikjesti talbiet ta' riserva fuqhom. Fit-teħid tad-deċiżjoni ta' eżenzjoni bħal din, il-BĊE għandu jagħti każ waħda jew iktar minn dawn il-kriterji li ġejjin:

    (i) l-istituzzjoni qiegħda ssegwi funzjonijiet b'għanijiet speċjali;

    (ii) l-istituzzjoni ma teżerċitax funzjonijiet ta' bank attiv b'kompetizzjoni ma' istitituzzjonijiet oħra ta' kreditu;

    (iii) l-istituzzjoni għandha d-depożiti kollha tagħha għal għanijiet relatati ma' żvilupp ta' assistenza reġjonali u/jew internazzjonali.

    3. Il-BĊE għandu jippubblika lista ta' istituzzjonijiet suġġetti għall-talbiet ta' riserva. Il-BĊE għandu jippubblika wkoll lista ta' istituzzjonijiet eżentati mit-talbiet ta' riservi tiegħu għal raġunijiet li jmorru lil hemm milli jkunu suġġetti għal miżuri ta' riorganizzazzjoni. L-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq dawn il-listi meta jiġu biex jiddeċiedu jekk id-debiti tagħhom humiex dovuti lil istituzzjoni oħra li hija nfisha hija suġġetta għar-rekwiżiti ta' riserva. Dawn il-listi ma għandhomx ikunu determinanti dwar jekk l-istituzzjonijiet humiex suġġetti għal rekwiżiti ta' riserva bi qbil ma' l-Artikolu 2.

    Artikolu 3

    Bażi tar-riserva

    1. Bażi ta' riserva ta' istituzzjoni għandha tinkludi d-debiti li ġejjin (kif definiti fi ħdan l-istruttura tar-rapport tal-BĊE dwar flus u statistika bankarja fir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Novembru ta' l-2001 li jikkonċerna l-karta tal-bilanċ konsolidat tas-settur monetarju finanzjarju ta' l-istituzzjonijiet (BĊE/2001/13) [9] li jirriżultaw mill-aċċettazzjoni ta' fondi:

    (a) depożiti;

    (b) titoli ta' debitu ppubblikati.

    Jekk istituzzjoni għandha debiti f'relazzjoni ma' fergħa ta' l-istess entità, jew f'relazzjoni ma' l-uffiċju prinċipali jew ma' l-uffiċju reġistrat ta' l-istess entità, li jinsabu barra mill-Istati Membri parteċipanti, hija għandha tinkludi dawn id-debiti fil-bażi tar-riserva.

    2. ld-debiti li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-bażi tar-riserva:

    (a) debiti li huma mislufa lil xi istituzzjoni oħra li ma tinsabx fil-lista ma' dawk eżentati mis-sistemi ta' riservi minimi tal-BĊE skond l-Artikolu 2(3), u

    (b) debiti li huma mislufa lill-BĊE jew lill-BĊN parteċipanti.

    Bl-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni, l-istituzzjoni għandha tipprovdi evidenza tal-parteċipazzjoni relevanti tal-BĊN ta' l-ammont effetiv tad-debiti tagħha li huma mislufa lill-BĊE jew lill-BĊN parteċipant sabiex teskludihom mill-bażi ta' riserva. Jekk xiehda bħal din ma tistax tiġi ppreżentata minħabba titoli ta' debitu maħruġa minn maturità ta' sentejn, l-istituzzjoni tista' tapplika deduzzjoni standard lill-ammont permanenti tat-titoli ta' debitu maħruġa minn maturità ta' sentejn mill-bażi ta' riserva. L-ammont ta' deduzzjoni standard bħal din għandha tiġi ppubblikata mill-BĊE bl-istess mod kif tiġi ppubblikata l-lista msemmija fl-Artikolu 2(3).

    3. L-istituzzjoni għandha tikkalkula l-bażi ta' riserva għall-perjodu partikolari ta' manutenzjoni fuq il-bażi ta' informazzjoni relatata max-xahar xahrejn qabel ix-xhar li fih jibda' l-perjodu ta' manutenzjoni. L-istituzzjoni għandha tirrapporta l-bażi ta' riserva lill-BĊN kif mitlub fi ħdan l-istruttura tar-rapportar ta' flus u ta' statistiċi bankarji imqiegħda fir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13).

    4. Għall-istituzzjonijiet li ngħatatilhom id-deroga li tinsab fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nur 2423/2001 (BĊE/2001/13), il-bażi ta' riserva għandha tiġi kkalkulata, għal tliet perjodi konsekuttivi ta' manutenzjoni li jibdew mill-perjodu ta' manutenzjoni li jibda fit-tielet xahar wara t-tmiem ta' kull kwart tas-sena, fuq il-bażi ta' informazzjoni ta' tmiem ta' kull kwart tas-sena rapportata skond l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13). Dawn l-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw ir-riservi minimi tagħhom skond l-Artikolu 5.

    Artikolu 4

    Proporzjonijiet tar-riservi

    1. Proporzjon ta' riżerva ta' 0 % għandu jgħodd għall-kategoriji ta' debiti li ġejjin (kif definit fl-istruttura tar-rapport tal-BĊE għall-flus u għall-statisitċi bankarji fir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13)):

    (a) depożiti b'maturità miftiehma ta' iktar minn sentejn;

    (b) depożiti li jinfdew mat-talba ta' għal iktar minn sentejn;

    (ċ) repos;

    (d) sigurtajiet fuq dejn maħruġa b'maturita miftiehma ta' iktar minn sentejn.

    2. Proporzjon ta' riserva ta' 2,0 % għandu japplika għad-debiti kollha inklużi fil-bażi tar-riserva.

    Artikolu 5

    Kalkulazzjoni u notifikazzjoni ta' riservi minimi

    1. L-ammont tar-riservi minimi li għandu jinżamm minn kull istituzzjoni fil-perjodu partikolari ta' manutenzjoni għandu jiġi kkalkulat permezz ta' l-applikazzjoni tal-proporzjonijiet ta' riserva għal kull punt relevanti tal-bażi ta' riserva għal dak il-perjodu, kif definit fl-Artikolu 4. Ir-riservi minimi identifikati mill-BĊN parteċipant relevanti u mill-istituzzjoni skond il-proċeduri msemmija f'dan l-Artikolu għandu jkun il-bażi għal (i) ħlas ta' kumpanijji tar-riżervi mitluba, u (ii) stima tal-konformità ta' istituzzjoni ma' l-obbligi li żżomm l-ammont mitlub tar-riservi minimi.

    2. Għotja ta' EUR 100000, biex tiġi mnaqqsa mill-ammont tar-riservi minimi, għandha tiġi mogħtija lil kull istituzzjoni, suġġetti għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 11 u 13.

    3. Kull BĊN parteċipant għandu jistabbilixxi l-proċeduri ta' notifikazzjoni tar-riservi minimi individwali ta' l-istituzzjoni, skond il-prinċipji li ġejjin. Jew il-BĊN parteċipant relevanti jew l-istituzzjoni għandhom jieħdu l-inizjattiva li jikkalkolaw ir-riservi minimi ta' l-istituzzjoni għall-perjodu relevanti ta' manutenzjoni, fuq il-bażi ta' tagħrif statistiku u fuq il-bażi ta' riserva rrapportata skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13). Il-parti li tikkalkola għandha tgħarraf lill-parti l-oħra bil-kalkoli tar-riservi minimi ta' l-aħħar tlett ijiem ta' kummerċ tal-BĊN qabel il-bidu tal-perjodu ta' manutenzjoni. Il-BĊN parteċipant relevanti jista' jispeċifika data iktar kmieni bħala limitu ta' ħin għan-notifikazzjoni tar-riservi minimi. Dan jista' jispeċifika wkoll limiti ta' ħin żejjed għall-istituzzjoni biex tinnotifika xi reviżjonijiet għall-bażi ta' riserva, u xi reviżjonijiet għar-riservi minimi notifikati. Jekk istituzzjoni tabbuża mill-opportunità offruta mill-BĊN parteċipanti biex tirrevedi l-bażi ta' riserva u r-riservi minimi, il-BĊN jista' jwaqqaf il-permess lil dik l-istituzzjoni milli tagħti r-reviżjonijiet. Il-parti notifikata għandha tagħraf ir-riservi minimi kkalkulati l-aħħar fil-jum ta' kummerċ tal-BĊN qabel il-bidu tal-perjodu ta' manutenzjoni. Jekk il-parti notifikata ma tkunx irrispondiet għan-notifikazzjoni fi tmiem il-jum ta' kummerċ tal-BĊN qabel il-bidu tal-perjodu ta' manutenzjoni, għandu jkun mifhum li għarfet l-ammont tar-riservi minimi ta' l-istituzzjoni għall-perjodu ta' manutenzjoni relevanti. Ladarba jkun magħrufa, ir-riservi minimi ta' l-istituzzjoni għall-perjodu ta' manutenzjoni relevanti ma jistgħux ikunu riveduti.

    4. Il-BĊN parteċipant għandu jippubblika kalendarji li jindikaw il-limiti ta' ħin li jkunu ġejjin għan-notifikazzjoni u l-għarfien ta' informazzjoni relevanti mar-riservi minimi għall-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmija f'dan l-Artikolu.

    5. Meta istituzzjoni tonqos milli tirrapporta l-informazzjoni statistika relevanti kif speċifikat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13), il-BĊN parteċipant relevanti għandu jinforma lill-istituzzjoni kkonċernata bl-ammont tar-riservi minimi ta' l-istituzzjoni li għandhom jiġu notifikati u rikonoxxuti, skond il-proċeduri msemmija f'dan l-Artikolu, għall-perjodu(i) ta' manutenzjoni relevanti, ikkalkulati fuq bażi ta' informazzjoni storika rrappurtata mill-istituzzjoni u kull tip ta' informazzjoni oħra. L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2531/98 u l-qawwa tal-BĊE li jimponi sanzjonijiet għall-ksir ta' talbiet ta' rapportar statistiku tal-BĊE m'għandhomx jiġu affettwati.

    Artikolu 6

    Ħażniet ta' riserva

    1. Istituzzjoni għandha żżomm ir-riservi minimi tagħha f'kont ta' riserva f'wieħed jew iktar fil-bank ċentrali nazzjonali ta' kull Stat Membru parteċipanti li fih għandha stabbiliment, f'relazzjoni mal-bażi ta' riserva tagħha fl-Istat Membru korrispondenti. Kontijiet ta' riserva għandhom ikunu denonimati fl-Ewro. Kontijiet ta' ħlas ta' l-istituzzjonijiet mal-BĊN parteċipanti jistgħu jintużaw bħala kontijiet ta' riserva.

    2. Istituzzjoni għandha tikkonforma ruħha mat-talbiet ta' riserva tagħha jekk il-medja tal-bilanċ fl-aħħar tal-ġurnata fuq il-kontijiet ta' ħlas tagħha fuq il-perjodu ta' manutenzjoni mhuwiex inqas mill-ammont definit għal dak il-perjodu skond il-proċeduri mqiegħda fl-Artikolu 5.

    3. Jekk istituzzjoni għandha iktar minn stabbiliment wieħed fi Stat Membru parteċipant, l-uffiċju reġistrat tagħha jew l-uffiċju prinċipali, jekk jinsab f'dak l-Istat Membru, għandu jkun responsabbli biex jassigura konformità mat-talbiet ta' riserva ta' l-istituzzjoni. Jekk l-istituzzjoni la għandha uffiċju reġistrat u lanqas uffiċju prinċipali fl-Istat Membru, hija għandha tinnomina liema mill-fergħat tagħha f'dak l-Istat Membru għandha tkun responsabbli li tassigura l-konformità mat-talbiet ta' riserva ta' l-istituzzjoni. Dawn il-kumpaniji ta' riseva ta' l-istabbilimenti kollhajgħoddu flimkien lejn konformità mat-talbiet ta' riserva totali ta' l-istituzzjoni f'dak l-Istat Membru.

    Artikolu 7

    Perijodu ta' manutenzjoni

    1. Kemm-il darba l-Kunsill Regolatorju tal-BĊE jiddeċiedi li jimmodifika l-kalendarju skond it-tieni paragrafu, il-perjodu ta' manutenzjoni għandu jibda fil-jum tal-qbil ta' l-operazzjoni prinċipali ta' rifinanzjament li ssegwi l-laqgħa tal-Kunsill Regolatur, li fih l-istima ta' kull xahar tal-pożizzjoni tal-politika monetarja hi skedata minn qabel. Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jippubblika kalendarju tal-perjodi ta' manutenzjoni għall-inqas minn tliet xhur qabel il-bidu ta' kull sena. Il-pubblikazzjoni ta' kalendarju bħal dan għandu jsir fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fuq is-siti ta' l-Internet tal-BĊE u tal-BĊN parteċipanti.

    2. Il-Kunsill Regolatorju għandu jiddeċiedi dwar xi bidliet f'dan il-kalendarju li huma neċessarji minħabba ċirkostanzi extraordinarji u l-Bord Eżekuttiv għandu jippubblika bl-istess mod minn qabel sew il-bidu tal-perjodu ta' manutenzjoni li għalih hija applikata l-bidla.

    Artikolu 8

    Remunerazzjoni

    1. Kumpaniji ta' riservi mitluba huma remunerati mal-medja, mirkuba mill-perjodu ta' manutenzjoni, tar-rata tal-BĊE (ikkalkulata skond in-numru ta' ġranet fil-kalendarju) għall-operazzjonijiet prinċipali ta' refinanzjament ta' l-Eurosistema skond il-formula li ġejja (fejn ir-riżultat huwa kkalkulat sa l-eqreb ċenteżmu):

    R

    =

    r

    = ∑

    i = 1ntMRint

    Fejn:

    Rt = ir-remunerazzjoni li għandha tiġi mħallsa fuq il-kumpanijja tar-riservi mitluba għall-perjodu ta' manutenzjoni t;

    Ht = il-medja ta' kull jum tal-kumpanijja tat-talbiet ta' riservi għall-perjodu ta' manutenzjoni t;

    nt = in-numru ta' jiem fil-kalendarju fil-perjodu ta' manutenzjoni t;

    rt = ir-rata tar-remunerazzjoni fuq il-kumpanijji tat-talbiet ta' riserva għall-perjodu ta' manutenzjoni t. Għandha tiġi applikata r-rata ta' remunerazzjoni ta' żewġ deċimali;

    i = il-jum i tal-kalendarju tal-perjodu ta' manutenzjoni t;

    MRi = ir-rata ta' interess marġinali għall-iktar operazzjoni ta' refinanzjament riċenti deċiża fid-data i tal-kalendarju jew qabel.

    2. Ir-remunerazzjoni għandha titħallas fit-tieni jum ta' negozju tal-BĊN li taħbat wara t-tmiem tal-perijodu tal-manutenzjoni li fih ir-remunerazzjoni tkun inqalgħet.

    Artikolu 9

    Responsabbiltà għall-verifika

    Il-BĊN parteċipanti għandhom jeserċitaw id-dritt li jivverifikaw ir-reqqa u l-kwalità' ta' l-informazzjoni li jipprovdu l-istituzzjonijiet biex juru konformità mat-talbiet ta' riserva, kif speċifikat fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2531/98 mingħajr preġudizzju lejn id-dritt tal-BĊE li jeserċita dan id-dritt huwa nnifsu.

    Artikolu 10

    Ħażna indiretta ta' riservi minimi permezz ta' medjatur

    1. Istituzzjoni tista' tapplika għall-permess biex iżżomm ir-riservi minimi kollha tagħha indirettament permezz ta' medjatur resident fl-istess Stat Membru. Il-medjatur għandu jkun istituzzjoni bla ħsara għar-rekwiżiti ta' riserva li normalment imexxi parti mill-amministrazzjoni (per eżempju maniġġjar tat-teżor) għall-istituzzjoni li għaliha jkun qiegħed jaġixxi ta' medjatur, lil hemm mill-ħażna ta' riservi minimi.

    2. Kull applikazzjoni għal permess ta' żamma ta' riservi minimi permezz ta' medjatur kif deskritt fl-ewwel paragrafu hawn fuq għandu jiġi ndirizzat lill-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru parteċipant li fih l-applikant huwa stabbilit. L-applikazzjoni għandha tinkludi kopja tal-ftehim bejn il-medjatur u l-applikant li fih iż-żewġ partijiet jesprimu l-kunsens tagħhom għall-arranġament. Il-ftehim għandu wkoll jispeċifika jekk l-applikant jixtieqx ikollu aċċess għall-faċilitajiet permanent ta' l-Ewrosistema u operazzjonijiet tas-suq miftuħa. Il-ftehim għandu jispeċifika perjodu ta' avviż ta' mill-inqas tnax-il xahar. Meta jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet t'hawn fuq, il-BĊN parteċipanti relevanti jista' jagħti permess lill-applikant biex iżomm riservi minimi permezz ta' medjatur, suġġett għad-dispożizzjonijiet tar-raba' paragrafu ta' dan l-Artikolu. Permess bħal dan isir effettiv mill-bidu ta' l-ewwel perjodu ta' manutenzjoni ta wara l-għotja tad-data tal-permess, u għandu jkompli sakemm idum il-ftehim imsemmi diġa' ta' bejn il-partiti.

    3. Il-medjatur għandu jżomm dawn il-kumpanijji ta' riservi minimi skond il-kondizzjonijiet ġenerali tas-sistema tar-riservi minimi tal-BĊE. Mhux biss l-istituzzjonijiet li għalihom il-medjatur ikun qed jaġixxi, iżda anki l-medjatur innifsu għandu jkun responsabbli biex ikun konformi mat-talbiet ta' riserva ta' l-istituzzjonijietot. Fil-każ li ma jikkonformax, il-BĊE jista' jimponi kull sanzjonijiet applikabbli fuq il-medjatur, fuq l-istituzzjoni li għaliha jkun qiegħed jagħmilha ta' medjatur, jew fuq it-tnejn, bi qbil mal-lijabilità ta' nuqqas ta' konformità.

    4. Il-BĊE jew il-BĊN parteċipant relevanti jista', meta jrid, jieħu lura l-permess biex jinżammu riservi minimi indiretti:

    (i) Jekk istituzzjoni li żżomm ir-riservi tagħha b'mod indirett permezz ta' medjatur, jew il-medjatur innifsu, ma jkunux konformi ma' l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt is-sistema ta' riservi minimi tal-BĊE;

    (ii) Jekk il-kondizzjonijiet għaż-żamma ta' riservi indiretti speċifikati fl-ewwel u t-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu mhumiex miżmuma iktar; jew

    (iii) għal raġunijiet ta' prudenza relatati mal-medjatur.

    Jekk permess bħal dan jiġi rtirat għal raġunijiet ta' prudenza relatati mal-medjatur, l-irtirar jista' jkollu effet immedjat. Suġġett għall-kondizzjonijiet tal-ħames paragrafu, kull irtirar għal raġunijiet oħra għandhu jkollu effet fit-tmiem tal-perjodu ta' manutenzjoni t'issa. Istituzzjoni li żżomm ir-riservi tagħha permezz ta' medjatur, jew il-medjatur innifsu, jistgħu, f'kull waqt, jitolbu biex il-permess jiġi rtirat. Biex l-irtirar isir effettiv jeħtieġ avviż bil-quddiem mill-BĊN parteċipanti rilevanti.

    5. L-istituzzjoni li żżomm ir-riservi minimi permezz ta' medjatur u l-medjatur innifsu jiġi nfurmat b'kull irtirar tal-permess għal raġunijiet oħra minbarra ta' prudenza ta' l-inqas ħamest ijiem ta' xogħol qabel it-tmiem tal-prejodu ta' manutenzjoni li fih il-permess huwa rtirat.

    6. Mingħajr ma jiġu affettwati l-obbligazzjonijiet ta' rapportar statistiku individwali ta' l-istituzzjoni li żżomm ir-riservi minimi tagħha permezz ta' medjatur, il-medjatur għandu jirrapporta l-informazzjoni tal-bażi tar-riserva b'mod dettaljat biżżejjed biex il-BĊE ikun jista' jivverifika ir-reqqa u l-kwalità', li jikkunsidraw id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 9, u jistabilixxi r-riservi minimi rispettivi u d-data taż-żamma tar-riservi għalih innifsu, kif ukoll dwar kull istituzzjoni li għaliha aġixxiet bħala medjatur. Dik l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta lill-BĊN parteċipant li miegħu huma miżmuma r-riservi minimi. Il-medjatur għandu jipprovdi din l-informazzjoni ta' bażi ta' riserva diġa' msemmija skond l-istess frekwenza u orarju tal-ħinijiet kif kienu stabbiliti fi ħdan l-istruttura tar-rapportar dwar il-flus u ta' l-istatistiċi bankarji tal-BĊE imqiegħda fir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13).

    Artikolu 11

    Kumpanijji ta' riserva fuq bażi konsolidata

    L-istituzzjonijiet li jistgħu jirrappurtaw informazzjoni statistika bħala grupp fuq bażi konsolidata (kif definit fi ħdan l-istruttura ta' rapportar tal-flus u ta' l-istatistiċi bankarji fir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13)) għandhom iżommu r-riservi minimi permezz ta' waħda mill-istituzzjonijiet fil-grupp li qed jaġixxi bħala medjatur għal dawn l-istituzzjonijiet biss u skond id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 10. L-istituzzjoni li taġixxi bħala medjatur għall-grupp tista' tapplika mal-BĊE għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 10(6). Jekk il-BĊE jaċċetta l-applikazzjoni tiegħu, il-grupp biss b'mod ġenerali jista' jkun intitulat li jirċievi l-konċessjoni msemmij fl-Artikolu 5(2).

    Artikolu 12

    Ġranet tan-negozju tal-BĊN

    Jekk fergħa waħda jew iktar ta' BĊN parteċipanti jkunu magħluqa f'ġurnata tan-negozju tal-BĊN minħabba btajjel tal-banek lokali jew reġjonali, il-BĊN parteċipanti rilevanti għandu jgħarraf lill-istituzzjonijiet bil-quddiem bl-arranġamenti li jkunu jridu jsiru għal transizzjonijiet li jinvolvu dawn il-friegħi.

    Artikolu 13

    Għaqdiet u diviżjonijiet

    1. Għall-perjodu ta' manutenzjoni li fih għaqda tibda' taħdem, it-talbiet ta' riserva ta' l-istituzzjonijiet li qed jinkorporaw għandhom jittieħdu mill-istituzzjoni li tirċievi u din l-istess istituzzjoni tista' tibbenefika minn kull konċessjoni deskritta fl-Artikolu 5(2) mogħtija lill-istituzzjonijiet li qed jinkorporaw. Iż-żamma ta' riservi ta' l-istituzzjonijiet li qed jinkorporaw għall-perjodu ta' manutenzjoni li fih l-għaqda tibda' taħdem għandhom jgħoddu flimkien lejn konformità mat-talbiet ta' riserva mill-istituzzjoni li qed tirċievi.

    2. Mill-perjodu ta' manutenzjoni li jsegwi immedjatament il-perjodu ta' manutenzjoni li fih tibda' taħdem l-għaqda 'l quddiem, l-istituzzjoni li tirċievi għandha tingħata biss konċessjoni waħda kif inhu deskritt fl-Artikolu 5(2). Għall-perjodu ta' manutenzjoni li jsegwi immedjatament lil dak li fih l-għaqda bdiet, ir-riservi minimi ta' l-istituzzjoni li tirċievi iridu jiġu kkalkulati billi tintuża bażi ta' riżerva li tgħaqqad il-bażi ta' riservi ta' l-istituzzjonijiet li qed jinkorporaw u, fejn hu addattat, ta' l-istituzzjoni li tirċievi. Il-bażi ta' riservi li jridu jingħaqdu huma dawk li setgħu kienu relevanti għal dan il-perjodu ta' manutenzjoni kieku l-għaqda ma seħħitx. Sa fejn hu mitlub biex ikun hemm informazzjoni statistika adekwata għal kull istituzzjoni li qed tinkorpora, l-istituzzjoni li tirċievi għandha tassumi l-obbligazzjonijiet tar-rapportar statistiku ta' l-istituzzjonijiet li qed jinkorporaw. Dispożizzjonijiet speċifiċi, li jiddependu mill-karatteristiċi ta' l-istituzzjonijiet involuti fl-għaqda, jinsabu fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/200/13).

    3. Għall-perjodu ta' manutenzjoni li fih diviżjoni tibda' taħdem, dawk l-istituzzjonijiet li jirċievu li huma istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jassumu t-talba ta' riserva ta' l-istituzzjoni li tkun se tiġi sezzjonata. Kull waħda mill-istituzzjonijiet ta' kreditu li tirċievi trid tkun lijabbli bi proporzjon għall-parti tal-bażi tar-riserva ta' l-istituzzjoni li tkun se tiġi sezzjonata li hi allokata għaliha. Ir-riżervi miżmuma mill-istituzzjoni li se jkunu sezzjonati waqt il-perjodu ta' manutenzjoni li fih tieħu effett id-diviżjoni għandhom jiġu allokati bejn l-istituzzjonijiet li jirċievu li huma istituzzjonijiet ta' kreditu fl-istess proporzjonijiet. Għall-perjodu ta' manutenzjoni li fih tieħu effett id-diviżjoni, il-konċessjoni deskritta fl-Artikolu 5(2) għandha tingħata li kull istituzzjoni li tirċievi li hija istituzzjoni ta' kreditu.

    4. Mill-perjodu ta' manutenzjoni li jsegwi immedjatament lill-perjodu ta' manutenzjoni li fih tieħu effett id-diviżjoni sakemm l-istituzzjonijiet li jirċievu li huma istituzzjonijiet ta' kreditu ikunu rrappurtaw il-bażi ta' riservi rispettivi tagħhom skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13), kull istituzzjoni li tirċievi li hi istituzzjoni ta' kreditu, għandha tassumi, possibilment mar-riservi minimi tagħha, ir-riservi minimi kkalkulati fuq il-bażi ta' kull parti tal-bażi ta' riżerva ta' l-istituzzjoni li se tkun sezzjonata li hu allokat għaliha. Mill-perjodu ta' manutenzjoni li jsegwi immedjatament il-perjodu ta' manutenzjoni li fih id-diviżjoni tieħu effett minn hemm 'il quddiem, kull istituzzjoni li tirċievi li hi istituzzjoni ta' kreditu għandha tingħata konċessjoni waħda kif inhu deskritt fl-Artikolu 5(2).

    Artikolu 14

    Dispożizzjonijiet transitorji

    1. Il-perjodu ta' manutenzjoni li jibda fl-24 ta' Jannar ta' l-2004 għandu jispiċċa fid- 9 ta' Marzu ta' l-2004.

    2. Ir-riservi minimi għal dan il-perjodu transitorju ta' manutenzjoni iridu jkunu kkalkulati billi tintuża l-bażi ta' riserva tal-31 ta' Diċembru ta' l-2003. Il-bażi ta' riserva fit-30 ta' Settembru ta' l-2003 għandha tintuża għar-rapportar ta' kull kwart tas-sena ta' l-istituzzjonijiet.

    3. Il-proċeduri għall-kalkulazzjoni, għan-notifikazzjoni, għall-konferma, għar-reviżjoni u għall-għarfien li jinsabu fl-Artikoli 5(3), (4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 2818/98 (BĊE/1998/15) għandhom jgħoddu għal dan il-perjodu transitorju ta' manutenzjoni.

    Artikolu 15

    Dispożizzjonijiet finali

    1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta' Jannar ta' l-2004, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 5(3) u (5) li se jidħlu fis-seħħ fl-10 ta' Marzu ta' l-2004.

    2. Ir-Regolament (KE) Nru 2818/98 (BĊE/1998/15) ta' l-1 ta' Diċembru ta' l-1998 dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi għandu jkun imħassar fit-23 ta' Jannar ta' l-2004, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 5(3), (4) u (6) li se jkunu mħassra fid-9 ta' Marzu ta' l-2004.

    3. Referenzi magħmulha għar-Regolament imħassar għandhom ikunu meqjusa bħala magħmulha għal dan ir-Regolament.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, fit-12 ta' Settembru 2003.

    Għan-nom tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

    Willem F. Duisenberg

    [1] ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1.

    [2] ĠU L 24, 26.01.2002, p. 1.

    [3] ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.

    [4] ĠU L 356, 30.12.1998, p. 1.

    [5] Ir-Regolament BĊE/2000/8 tal-31 ta' Awissu tas-sena 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2818/98 dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi (BĊE/1998/15) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2819/98 tal-Bank Ċentrali Ewropew li jikkonċerna l-karta ta' bilanċ ikkonsolidat tas-settur monetarju finanzjarju ta' l-istituzzjoni (BĊE/1998/16) (ĠU L 229, tad-9.9.2000, p. 34).

    [6] Ir-Regolament BĊE/2002/3 tat-18 ta' April ta' l-2002 li jemenda r-Regolament BĊE/1998/15 dwar l-applikazzjoni tar-riservi minimi (ĠU L 106, tat-23.4.2002, p. 9).

    [7] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 8.

    [8] ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2000/28/KE (ĠU L 275, tas-27.10.2000, p. 37).

    [9] ĠU L 333, tas-17.12.2001, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top