Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1739

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1739/2003 tat-30 ta' Settembru 2003 li jnaqqas, għas-sena tas-suq 2003/2004 il-kwantità garantita taħt il-kwoti tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor u l-provvista massima meqjusa meħtieġa għar-raffineriji taz-zokkor taħt l-importazzjonijiet preferenzjali

    ĠU L 249, 1.10.2003, p. 38–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1739/oj

    32003R1739



    Official Journal L 249 , 01/10/2003 P. 0038 - 0042


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1739/2003

    tat-30 ta' Settembru 2003

    li jnaqqas, għas-sena tas-suq 2003/2004 il-kwantità garantita taħt il-kwoti tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor u l-provvista massima meqjusa meħtieġa għar-raffineriji taz-zokkor taħt l-importazzjonijiet preferenzjali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fiz-zokkor [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 680/2002 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 10(6) u 39(6) tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 10(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/jippreskrivi li l-kwantità garantita taħt il-kwoti ta' produzzjoni għandhom jitnaqqsu qabel l-1 ta' Ottubru għal kull sena tas-suq jekk il-previżjonijiet għas-sena in kwistjoni juru li l-bilanċ li jista' jiġi esportat (li hemm rifużjoni dwaru) ikun akbar mill-massimu preskritt mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż taħt l-Artikolu 300(2) tat-Trattat.

    (2) Il-previżjonijiet għas-sena tas-suq 2003/2004 juru li l-bilanċ li jista' jiġi esportat jisboq il-massimu preskritt fil-Ftehim dwar l-Agrikoltura. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi ffissat tnaqqis globali tal-kwantità garantita u li tiġi diviża bejn zokkor, iso glukożju u ġulepp ta' l-inulina mill-parti 'l waħda u r-reġjuni ta' produzzjoni konċernati mill-oħra, bl-użu tal-koeffiċjenti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001.

    (3) Skond l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, kull Stat Membru għandu allura jalloka d-differenza li jkun suġġett għaliha fost l-impriżi produtturi stabbiliti fuq it-territorju tiegħu fuq il-bażi tal-proporzjon eżistenti bejn il-kwoti tagħhom A u B għall-prodott in kwistjoni u l-kwantità bażika A u l-kwantita bażika B għall-Istat membru għal dan il-prodott.

    (4) L-Artikolu 39(5) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jippreskrivi li tnaqqis fil-kwantità garantita tinvolvi tnaqqis fil-ħtiġiet massimi preżunti ta' zokkor mhux raffinat tar-raffineriji tal-Komunità għas-sena tas-suq in kwistjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi ffissat it-tnaqqis li jikkorrispondi għal dawn il-ħtiġiet u li jiġi allokat fost l-Istati Membri konċernati.

    (5) Il-limiti ta' żmien li fihom l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu t-tnaqqis li japplika għal kull impriża fuq it-territorju tagħhom għandhom jiġu ffissati.

    (6) Il-Kumitat ta' Ġestjoni għaz-Zokkor ma tax opinjoni fil-limitu ta' żmien iffissat mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Skond l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, il-kwantità garantita taħt il-kwoti ta' produzzjoni għas-sena tas-suq 2003/2004 għandha titnaqqas b'215513-il tunnellata metrika fl-ekwivalenti ta' zokkor abjad.

    2. It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi allokat skond il-prodott u r-reġjun skond l-Anness I.

    Il-kwantatajiet bażiċi, wara t-tnaqqis, użati biex jiġu allokati l-kwoti ta' produzzjoni lill-impriżi produtturi għas-sena tas-suq 2003/2004 għandhom ikunu kif stipulat fl-Anness II.

    3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qabel l-1 ta' Novembru 2003 it-tnaqqis speċifiku għal kull impriża produttriċi li lilha kienet ġiet assenjata kwota għas-sena tas-suq 2003/2004, u l-kwoti tagħha A u B aġġustati skond dan it-tnaqqis.

    Artikolu 2

    1. Skond l-Artikolu 39(5) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, il-ħtiġiet tal-provvista massima preżunta għar-raffineriji tal-Komunità għas-sena tas-suq 2003/2004 għandhom jitnaqqsu b'2691,5 tunnellata metrika fl-ekwivalenti ta' zokkor abjad.

    2. It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi allokat fost l-Istati Membri skond l-Anness III.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Settembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 178, tat-30.6.2001, pġ. 1.

    [2] ĠU L 104, ta’ l- 20.4.2002, pġ. 26.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    ALLOKAZZJONI SKOND IL-PRODOTT U R-REĠJUN TAT-TNAQQIS FIL-KWANTITÀ GARANTITA

    1. Kwantitajiet bażiċi A

    Reġjuni | Tnaqqis għaz-Zokkor A | Tnaqqis għall-isoglukosju A | Tnaqqis għall-ġulepp ta' l-inulina A |

    Id-Danimarka | 5622,0 | | |

    Il-Ġermanja | 46456,4 | 447,3 | |

    Il-Greċja | 2552,5 | 163,0 | |

    Spanja | 5467,6 | 712,9 | |

    Franza (metropolitana) | 44063,3 | 262,1 | 269,6 |

    Dipartimenti barranin Franċiżi | 3987,8 | | |

    L-Irlanda | 1601,9 | | |

    L-Italja | 17046,4 | 256,6 | |

    L-Olanda | 11033,4 | 115,0 | 889,5 |

    L-Awstrija | 4685,3 | | |

    Il-Portugal (kontinent) | 480,0 | 125,4 | |

    Reġjuni awtonomi ta' l-Azores | 80,0 | | |

    Il-Finlandja | 1174,4 | 99,3 | |

    L-Isvezja | 2960,6 | | |

    Unjoni Ekonomika Belġju/Lussemburgu | 9547,2 | 967,8 | 2545,7 |

    Ir-Renju Unit | 9153,8 | 363,5 | |

    Reġjuni | Tbaqqis għaz-Zokkor B | Tnaqqis għall-isoglukosju B | Tnaqqis għall-ġulepp ta' l-inulina B |

    Id-Danimarka | 1656,3 | | |

    Il-Ġermanja | 14294,5 | 105,3 | |

    Il-Greċja | 255,2 | 38,4 | |

    Spanja | 227,7 | 76,0 | |

    Franza (metropolitana) | 13068,1 | 68,2 | 63,4 |

    Dipartimenti barranin Franċiżi | 426,3 | | |

    L-Irlanda | 160,2 | | |

    L-Italja | 3205,9 | 60,4 | |

    L-Olanda | 2910,2 | 27,1 | 208,9 |

    L-Awstrija | 1093,6 | | |

    Il-Portugal (kontinent) | 47,9 | 29,5 | |

    Reġjuni awtonomi ta' l-Azores | 8,1 | | |

    Il-Finlandja | 117,4 | 9,9 | |

    L-Isvezja | 296,1 | | |

    Unjoni Ekonomika Belġju/Lussemburgu | 2049,9 | 266,1 | 599,3 |

    Ir-Renju Unit | 915,4 | 97,0 | |

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    KWANTITAJIET BAŻIĊI UŻATI FL-ALLOKAZZJONI TAL-KWOTI TA' PRODUZZJONI U B WARA T-TNAQQIS TAL-KWANTITÀ GARANTITA

    1. Kwantitajiet bażiċi A

    Reġjuni | Kwantità bażika għaz-Zokkor A | Kwantità bażika għall-isoglukosju A | Kwantita bażika għall-ġulepp ta' l-inulina A |

    Id-Danimarka | 319378,0 | — | — |

    Il-Ġermanja | 2566456,9 | 28196,0 | — |

    Il-Greċja | 286085,5 | 10272,0 | — |

    Spanja | 951614,8 | 73906,7 | — |

    Franza (metropolitana) | 2492424,1 | 15485,0 | 19577,5 |

    Dipartimenti barranin Franċiżi | 429884,2 | — | — |

    L-Irlanda | 179543,3 | — | — |

    L-Italja | 1293857,5 | 16175,5 | — |

    L-Olanda | 673079,0 | 7249,6 | 64629,9 |

    L-Awstrija | 309343,6 | — | — |

    Il-Portugal (kontinent) | 62900,2 | 7901,6 | — |

    Reġjuni awtonomi ta' l-Azores | 8968,2 | — | — |

    Il-Finlandja | 131631,9 | 10692,7 | — |

    L-Isvezja | 331823,6 | — | — |

    Unjoni Ekonomika Belġju/Lussemburgu | 665358,3 | 55182,8 | 171672,9 |

    Ir-Renju Unit | 1025961,6 | 21138,5 | — |

    Reġjuni | Kwantità bażika għaz-Zokkor B | Kwantità bażika għall-isoglukosju B | Kwantità bażika għall-ġulepp ta' l-inulina B |

    Id-Danimarka | 94089,2 | — | — |

    Il-Ġermanja | 789687,7 | 6640,2 | — |

    Il-Greċja | 28608,6 | 2419,1 | — |

    Spanja | 39650,8 | 7883,4 | — |

    Franza (metropolitana) | 739191,4 | 4030,4 | 4610,8 |

    Dipartimenti barranin Franċiżi | 45946,2 | — | — |

    L-Irlanda | 17954,3 | — | — |

    L-Italja | 243333,4 | 3809,4 | — |

    L-Olanda | 177536,9 | 1707,4 | 15221,6 |

    L-Awstrija | 72203,9 | — | — |

    Il-Portugal (kontinent) | 6290,1 | 1860,8 | — |

    Reġjuni awtonomi ta' l-Azores | 896,7 | — | — |

    Il-Finlandja | 13163,0 | 1069,8 | — |

    L-Isvezja | 33181,9 | — | — |

    Unjoni Ekonomika Belġju/Lussemburgu | 142856,2 | 15174,9 | 40428,9 |

    Ir-Renju Unit | 102596,1 | 5638,3 | — |

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    KOMPOSIZZJONI SKOND L-ISTAT MEMBRU TAT-TNAQQIS TAL-ĦTIĠIET TAL-PROVVISTA MASSIMA MEQJUSA, TAR-RAFFINERIJI, F'TUNELLATI METRIĊI TA' ZOKKOR ABJAD

    Ħtiġiet massimi qabel l-applikazzjoni tat-tnaqqis | Tnaqqis | tiġiet massimi wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis |

    Il-Finlandja | 90,8 | 59834,2 |

    Franza Metropolitana | 449,3 | 296177,7 |

    Il-Portugal (kontinent) | 441,8 | 291191,2 |

    Ir-Renju Unit | 1709,6 | 1126871,4 |

    --------------------------------------------------

    Top