Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1665

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1665/2003 tat-22 ta’ Settembru 2003 li jissupplixxi l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (Clementine del Golfo di Taranto, Mela Val di Non u Clementinas de las Tierras del Ebro jew Clementines de les Terres de l’Ebre)

ĠU L 235, 23.9.2003, pp. 6–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1665/oj

32003R1665



Official Journal L 235 , 23/09/2003 P. 0006 - 0007


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1665/2003

tat-22 ta’ Settembru 2003

li jissupplixxi l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (Clementine del Golfo di Taranto, Mela Val di Non u Clementinas de las Tierras del Ebro jew Clementines de les Terres de l’Ebre)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju, 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-identifikazzjoni u l-ismijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel [1], kif emendata dan l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 6(3) u (4),

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolamenti (KEE) Nru 2081/92, l-Italja bagħtet applikazzjoni lill-Kummissjoni tar-reġistrazzjoni bħala indikazzjoni ġeografika ta’ l-isem "Clementine del Golfo di Taranto" u għar-reġistrazzjoni bħala denominazzjoni ta’ l-oriġini ta’ l-isem "Mela Val di Non" u Spanja bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjoni tar-reġistrazzjoni bħala indikazzjoni ġeografika ta’ l-isem "Clementinas de las Tierras del Ebro" jew "Clementines de les Terres de l’Ebre".

(2) Instab li, skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament, li l-applikazzjonijiet huma konformi, u jinkludu partikolarment id-dettalji kollha previsti fl-Artikolu 4.

(3) L-ebda oġġezzjoni, fis-sens ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, ma ntbagħat lill-Kummissjoni biex jidher fil-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea [3] ta’ l-ismijiet imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(4) L-ismijiet għalhekk jistgħu jiġu nklużi fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u għandhom ikunu protetti fuq livell ta’ Komunità bħalma huma ismijiet protetti jew indikazzjoni ġeografika protetta.

(5) L-Anness ta’ dan ir-Regolament ikompli ma’ l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [4], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1491/2003 [5],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ismijiet imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma miżjuda ma’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u mdaħħla fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" bħala deskrizzjoni ta’ l-oriġini protetta (PDO) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), previsti fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 22 Settembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta’ l-24.07.1992, p. 1.

[2] ĠU L 99, tas-17.04.22003, p. 1.

[3] ĠU C 11, tas-17.1.2003, p. 7 (Clementine del Golfo di Taranto).ĠU C 30, tat-8.2.2003, p. 15 (Mela Val di Non).ĠU C 22, tad-19.1.2003, p. 5 (Clementinas de las Tierras del Ebro jew Clementines de les Tierres de l’Ebre).

[4] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11.

[5] ĠU L 214, tas-26.08.2003, p. 6.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

PRODOTTI MNIŻŻLA F’L-ANNESS I MAT-TRATTAT MAĦSUB GĦALL-KONSUM UMAN

Frott u ħaxix mhux proċessat

L-ITALJA

Clementine del Golfo di Taranto (IĠP)

Mela Val di Non (PDO)

SPANJA

Clementinas de las Tierras del Ebro jew Clementines de les Terres de l’Ebre (IĠP)

--------------------------------------------------

Top