Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1655

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) n ru 1655/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 337/75 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1416/76

    ĠU L 245, 29.9.2003, p. 41–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/02/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0128

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1655/oj

    32003R1655



    Official Journal L 245 , 29/09/2003 P. 0041 - 0043


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1655/2003

    tat-18 ta’ Ġunju 2003

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 337/75 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1416/76

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewroepa, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri [3],

    Billi:

    (1) Ċerti dispożizzjonijiet tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 337/75 ta’ l-10 ta’ Frar 1975 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali [4] għandu jintgħamel jikkonforma mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [5] (hawhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju Ġenerali"), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu. Skond dak l-Artikolu, ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għandu jadotta regoli finanzjarji b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar il-qafas ta’ Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [6]. Konsegwentement, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1416/76 ta’ l-1 ta’ Ġunju 1976 dwar id-dispożizzjoni finanzjarja li tapplika għaċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali [7] għandu jiġi revokat b’effett mid-dħul fis-seħħ tar-regoli finanzjarji adottati mill-Bord ta’ l-Amministrazzjoni taċ-Ċentru.

    (2) Il-prinċipji ġenerali u l-limiti li jirregolaw id-dritt ta’ l-aċċess għad-dokumenti kif provdut fl-Artikolu 255 tat-Trattat ġew preskritti bir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 fir-rigward ta’ l-aċċess pubbliku għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill u d-dokumenti tal-Kummissjoni [8].

    (3) Meta r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 kien adottat, it-tliet istituzzjonijiet ftehmu f’dikjarazzjoni konġunta li aġenziji u korpi simili għandhom jimplimentaw regoli li jikkonformaw ma’ dawk ta’ dak ir-Regolament.

    (4) Dispożizzjonijiet xierqa għandhom għalhekk jiġu nklużi fir-Regolament (KEE) Nru 337/75 biex ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jintgħamel applikabbli għaċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali, kif ukoll għandha ssir dispożizzjoni dwar appelli kontra rifjut għal aċċess ta’ dokumenti.

    (5) Ir-Regolament (KEE) Nru 337/75 għandu għalhekk jiġi hekk emendat,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 337/75 huwa b’dan emendat kif ġej:

    1. L-Artikoli 10, 11, 12 u 12a għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

    "L-Artikolu 10

    1. Estimi għad-dħul u n-nefqa taċ-Ċentru għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrispondi ma "sena kalendarja, u għandhom jintwerew fl-estimi taċ-Ċentru, li għandhom jinkludu pjan ta’ stabbiliment."

    2. Id-dħul u n-nefqa murija fl-estimi għandhom jibbilanċjaw.

    Artikolu 11

    1. Kull sena, il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni, fuq il-bażi ta’ abbozz imħejji mid-Direttur tiegħu, għandu jipproduċi estimi tad-dħul u n-nefqa għaċ-Ċentru għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dawn l-estimi, li għandhom jinkludu abbozz tal-pjan ta’ stabbiliment, għandhom jintbagħtu mill-Bord ta’ l-Amministrazzjoni lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu.

    2. L-estimi għandhom jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjħa" l-awtorità ta’ l-estimi ") flimkien ma" abbozz preliminari ta’ l-estimi ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    3. Fuq il-bażi ta’ l-estimi, l-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz ġenerali preliminari ta’ l-estimi ta’ l-Unjoni Ewropea l-estimi li hi tqies meħtieġa għall-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li għandu jitħallas mill-estimi ġenerali, li għandha tqiegħed quddiem l-awtorità ta’ l-estimi skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.

    4. L-awtorità ta’ l-estimi għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju taċ-Ċentru.

    L-awtorità ta’ l-estimi għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment għaċ-Ċentru,

    5. L-estimi taċ-Ċentru għandhom jiġu adottati mill-Bord ta’ Amministrazzjoni. Għandhom isiru finali wara l-adozzjoni finali ta’ l-estimi ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea. Fejn xiearq, għandhom jiġi aġġustati skond kif meħtieġ.

    6. Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandu, kemm jista’ jkun malajr, jinnotifika lill-awtorità ta’ l-estimi bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta xi proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinjifikanti għall-iffinanzjar ta’ l-estimi, b’mod partikolari xi proġetti li jirrelataw ma’ proprjetà bħal kiri jew xiri ta’ bini. Huwa għandu jinforma b’dan lill-Kummissjoni.

    Fejn fergħa ta’ l-awtorità ta’ l-estimi tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni, hija għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord ta’ Amministrazzjoni f’perijodu ta’ sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.

    Artikolu 12

    1. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għaċ-Ċentru għandhom jiġu adottati mill-Bord ta’ Amministrazzjoni wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. M’għandhomx jiddevjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar il-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [9] sakemm ma jkunx speċifikatament meħtieġ għall-operazzjoni taċ-Ċentru u bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

    Artikolu 12a

    1. Id-Direttur għandu jimplimenta l-estimi taċ-Ċentru.

    2. L-aktar tard sa l-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja l-uffiċjal tal-kontijiet taċ-Ċentru għandu jikkomunika l-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma’ rapport dwar l-amministrazzjoni ta’ l-estimi u dik finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji ta’ l-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

    3. L-aktar tard sal-31 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji taċ-Ċentru lill-Qorti ta’ l-Awdituri, flimkien ma’ rapport dwar l-amministrazzjoni ta’ l-estimi u dik finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar l-amministrazzjoni ta’ l-estimi u dik finanzjarja għandhom ukoll jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji taċ-Ċentru skond l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju Ġenerali, id-Direttur għandu jħejji l-kontijiet finali taċ-Ċentru taħt ir-responsabiltà tiegħu stess u jibgħathom lill-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għal opinjoni.

    5. Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali taċ-Ċentru.

    6. Id-Direttur għandu, l-aktar tard sa l-1 ta’ Lulju wara kull sena finanzjarja, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta’ l-Awdituri, flimkien ma’ l-opinjoni tal-Bord ta’ l-Amministrazzjoni.

    7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppublikati.

    8. Id-Direttur għandu jibgħat lill-Qorti ta’ l-Awdituri tweġiba dwar l-osservazzjonijiet tagħha mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru. Għandu wkoll jibgħat tweġiba lill-Bord ta’ l-Amministrazzjoni.

    9. Id-Direttur għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta’ dan imsemmi l-aħħar, kull informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ disċarġ għas-sena finanzjarja in kwistjoni kif preskritt fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju Ġenerali.

    10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel it-30 ta’ April tas-sena N + 2, jagħti d-disċarġ lid-Direttur fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-estimi għas-sena N."

    2. L-Artikolu li ġej għandu jiżdied:

    "L-Artikolu 12b

    1. Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet taċ-Ċentru u l-prospetti, u jibgħatu mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Qorti ta’ l-Awdituri.

    2. Iċ-Ċentru għandu jibgħat kull sena lill-awtorità ta’ l-estimi kull informazzjoni relevanti dwar ir-riżultat tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni.";

    3. Artikolu ġdid huwa miżjud:

    "L-Artikolu 14a

    1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 fir-rigward ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [10] għandu japplika għad-dokumenti miżmuma miċ-Ċentru.

    2. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jadotta arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1655/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 337/75 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1416/76 [11].

    3. Deċiżjonijiet meħuda miċ-Ċentru skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jagħtu lok għal lmenti lill-Ombudsman jew jiffurmaw is-suġġett ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, taħt l-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament."

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1416/76 għandu jiġi revokat mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regoli finanzjarji adottati mill-Bord ta’ l-Amministrazzjoni skond l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KEE) Nru 337/75.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbor fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-18 ta’ Ġunju 2003.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Drys

    [1] ĠU C 331 E, tal-31.12.2002, p. 82.

    [2] Opinjoni mogħtija fis- 27.3.2003 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU C 285, tal-21.11.2002, p. 4.

    [4] ĠU L 39, tat-13.2.1975, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 354/95 (ĠU L 41, tat-23.2.1995, p. 1).

    [5] ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1, b’Corrigendum fil-ĠU L 25, tat-30.1.2003, p. 43.

    [6] ĠU L 357, tal-31.12.2002, p. 72, b’Corrigendum fil-ĠU L 2, tas-7.1.2003, p. 39.

    [7] ĠU L 164, ta’ l-24.6.1976, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1948/93 (ĠU L 181, tat-23.7.1993, p. 15).

    [8] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43.

    [9] ĠU L 357, tal-31.12.2002, p. 72 b’Corrigendum fil-ĠU L 2, tas-7.1.2003, p. 39.

    [10] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43.

    [11] ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 41.

    --------------------------------------------------

    Top