EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1650

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1650/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2100/94 fuq id-drittijiet Komunitarji dwar il-varjetà tal-pjanti

ĠU L 245, 29.9.2003, p. 28–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1650/oj

32003R1650



Official Journal L 245 , 29/09/2003 P. 0028 - 0029


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1650/2003

tat-18 ta' Ġunju 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2100/94 fuq id-drittijiet Komunitarji dwar il-varjetà tal-pjanti

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Qorti ta' l-Awdituri [3];

Billi:

(1) Mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju Regulation applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [4], il-kunċett tal-kontroll ex ante finanzjarju ċentralizzat tbiddel b'sistemi ta' kontroll u verifika ta' kontijiet aktar moderni.

(2) L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetà tal-Pjanti għandu jkollu sistema ta' kontroll u verifika ta' kontijiet simili ta' dawk ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità

(3) Il-prinċipji ġenerali u l-limiti li jirregolaw id-dritt ta' l-aċċess għad-dokumenti li hemm ipprovdut għalih fl-Artikolu 255 tat-Trattat tfasslu permezz tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 li jirrigwarda l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropej [5].

(4) Meta kien addotat ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, it-tliet istituzzjonijiet qablu f'dikjarazzjoni konġunta li l-aġenziji u l-entitajiet simili għandhom jimplementaw regoli konformi ma' dawk ta' l-imsemmi Regolament.

(5) Disposizzjonijiet xierqa għalhekk għandhom jkunu inklużi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 fuq id-drittijiet Komunitarji dwar il-varjetà tal-pjanti [6] biex ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jkun applikabbli għall-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetà tal-Pjanti, kif ukoll disposizzjoni fuq id-dritt għall-appell kontra rifjut għall-aċċess tad-dokumenti.

(6) Reglament (KE) Nru 2100/94 għandu għalhekk jkun emendat kif jixraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2100/94 huwa b'dan emendat kif ġej:

1. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 33a

Aċċess għad-dokumenti

1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2201 rigward l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropej [7] għandu japplika għad-dokumenti miżmum mill-Uffiċċju.

2. Il-Kunsill Amministrattiv għandu jadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 f'sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1650/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 2100/94 fuq id-drittijiet Komunitarji dwar il-varjetà tal-pjanti [**] ĠU L 245, tad-29.09.03, pġ. 28.

3. Deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Uffiċċju taħt l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' ilment lill-Ombudsman jew ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, taħt il-kondizzjonijiet provduti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament."

2. L-Artikolu 111 għandu jkun emendata kif ġej:

(a) It-titolu għandu jitbiddel b'dan li ġej:

"Verifika ta' kontijiet u kontroll"

(b) Il-paragrafu 111(1) għandu jitbiddel b'dan li ġej:

"1. Għandha titwaqqaf funzjoni ta' verifika ta' kontijiet interna fl-Uffiċċju, mwettaq skond l-istandards internazzjonali relevanti. L-awditur intern, appuntat mill-President, għandu jkun responsabbli għalih għall-verifika ta' l-operazzjoni xierqa tas-sistemi ta' l-implimentazzjoni tal-bàġit u proċeduri ta' l-Uffiċċju.

L-awditur intern għandu jagħti parir lill-President fuq kif jipproċedi bir-riskji, billi jagħti opinjonijiet independenti fuq il-kwalità tas-sistemi ta' l-amministrazzjoni u tal-kontroll u billi jipprovdi rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-kondizzjonijiet ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjoni u billi jippromovi amministrazzjoni finanzjarja soda.

Ir-responsabbiltà għat-twaqqif ta' sistemi interni ta' kontroll u proċeduri addattati għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu għandu jkun ta' l-uffiċċjal li qed jawtorrizza."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-18 ta' Ġunju 2003.

F'isem il-Kunsill

G. Drys

Il-President

[1] ĠU C 331 E, tal- 31.12.02, pġ. 69.

[2] Opinjoni li ngħatat fis- 27.3.2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).

[3] ĠU C 285, tal-21.11.02, pġ. 4.

[4] ĠU L 248, tas-16.9.2002, pġ. 1, bil-Korriġendum fil-ĠU L 25, tat-30.1.2003, pġ. 43.

[5] ĠU L 145, tal-31.05.01, pġ. 43.

[6] ĠU L 227, tal-01.09.94, pġ. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2506/95 (ĠU L 258, tat-28.10.95, pġ. 3).

[7] ĠU L 145, tal-31.05.01, pġ. 43.

--------------------------------------------------

Top