EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1582

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1582/2003 ta' l-10 ta' Settembru 2003 li jikkoreġġi r-Regolament (KE) Nru 1433/2003 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2200/96 fir-rigward ta' fondi operattivi, pjani operazzjonali u għajnuna finanzjarja

ĠU L 227, 11.9.2003, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1580

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1582/oj

32003R1582



Official Journal L 227 , 11/09/2003 P. 0003 - 0003


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1582/2003

ta' l-10 ta' Settembru 2003

li jikkoreġġi r-Regolament (KE) Nru 1433/2003 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2200/96 fir-rigward ta' fondi operattivi, pjani operazzjonali u għajnuna finanzjarja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,

Billi:

(1) Fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1433/2003 [3], li jniżżel disposizzjonijiet transitorji, hemm stabbilit terminu perentorju għat-talbiet minn organizzazzjonijiet ta' fabbrikanti ta' l-emendi meħtieġa lill-pjani operazzjonali appruvati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dak ir-regolament u li jibqgħu japplikaw fl-2004.

(2) Permezz ta' kontroll jidher li din id-data mhix konsistenti mal-miżura mogħtija għal opinjoni lill-Kumitat ta' Ġestjoni; għalhekk din id-data għandha tiġi korretta,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1433/2003, "il-15 ta' Settembru 2003" jitbiddel ma' "il-15 ta' Ottubru 2003".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Settembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.96, pġ. 1.

[2] ĠU L 7, tal-11.01.03, pġ. 64.

[3] ĠU L 203, tat-12.08.03, pġ. 25.

--------------------------------------------------

Top