Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1467

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1467/2003 tad-19 ta’ Awissu 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 1898/97 li jikkonċerna r-regoli ta’ l-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-arranġamenti skond il-Ftehim Ewropew mal-Polonja

    ĠU L 210, 20.8.2003, p. 11–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1467/oj

    32003R1467



    Official Journal L 210 , 20/08/2003 P. 0011 - 0012


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1467/2003

    tad-19 ta’ Awissu 2003

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 1898/97 li jikkonċerna r-regoli ta’ l-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-arranġamenti skond il-Ftehim Ewropew mal-Polonja

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/263/KE tas-27 ta’ Marzu 2003 dwar il-firma u l-konklużjoni tal-Protokoll li jaġġusta l-aspetti kummerċjali tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, fuq naħa oħra, biex tikkunsidra r-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet dwar konċessjonijiet ġodda reċiproċi ta’ l-agrikoltura [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi:

    (1) Meta r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1898/97 tad-29 ta’ Settembru 1997 li jistabbilixxi r-regoli ta’ l-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-arranġamenti provvduti fil-Ftehim Ewropew mal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, ir-Rumanija, il-Polonja u l-Ungerija [2] ġie l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1160/2003 [3], il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda ta’ ċerti prodotti fl-Anness A(b) tal-Protokoll li hu anness mad-Deċiżjoni 2003/263/KE ġew maqbuża bi żball. Bir-riżultat ta’ dan, Parti B ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru. 1898/97 għandha tkun emendata.

    (2) L-informazzjoni dwar il-ftehim mal-Polonja ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea [4] tistabbilixxi li l-Protokoll anness mad-Deċiżjoni 2003/263/KE daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2003. L-emendi provvduti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll minn dik id-data.

    (3) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tal-Majjal,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Parti B ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru. 1898/97 hi hawnhekk mibdula bl-Anness tar-Regolament preżenti.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ April 2003.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Awissu 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] (1) ĠU L 97, tal-15.4.3, p. 53.

    [2] (2) ĠU L 267, tat-30.9.97, p. 58.

    [3] (3) ĠU L 162, ta’ l-1.7.3, p. 35.

    [4] (4) ĠU L 97, tal-15.4.3, p. 72.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "B. PRODOTTI LI JORIĠINAW FIL-POLONJA

    In-Nru. ta' l-Ordni | In-Nru. tal-Grupp | Il-kodiċi NM | Deskrizzjoni | Dazju appli-kabbli | Kwantità annwali mill- 1.7.2003 sat- 30.6.2004 (tunnellata metrika) | Żjieda annwali (tunnellata metri-ka) | Dispo-sizzjoni-jiet speċjali |

    09.4806 | 7 | ex160100 | Zalzett u prodotti simili tal-laħam, tal-karonja u tad-demm; preparazzjonijiet ta' l-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti li jeskludu l-kodiċi NM 16010010 | xejn | 20800 | 1600 | |

    ex1602 | Preparazzjonijiet u priservazzjoni oħra ta' laħam, tal-karonja u tad-demm, tal-ħanżir: |

    ex16024110 | —Perzut u l-biċċiet tiegħu tal-ħanżir iddomestikat |

    16024210 | —Spalla u l-biċċiet tiegħu tal-ħanżir iddomestikat |

    160249 | —Oħrajn, li jinkludu taħlit li jeskludu l-kodiċin NM 16024990 |

    09.4820 | 8 | 01039219 | Annimali ħajja ta' l-ispeċi tal-ħanżir iddomestikat | xe xejn | 1750 | | |

    09.4809 | 9 | ex0203 | Laħam tal-ħanżir iddomestikat, frisk, imkessaħ jew iffriżat | xejn | 39000 | 3000 | |

    ex0210 | Laħam tal-ħaniżir: | |

    021011 | —Perzut, spalel u biċċiet minnhom,bl-għadma |

    021012 | —Żaqq u biċċietminnha |

    021019 | —Oħrajn |

    --------------------------------------------------

    Top