This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1465
Commission Regulation (EC) No 1465/2003 of 19 August 2003 amending Regulation (EC) No 1508/2001 laying down the marketing standard for onions
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1465/2003 tad-19 ta’ Awissu 2003 li temenda ir-Regolament (KE) Nru. 1508/2001 li tistabbilixxi l-istandards tal-marketing għall-basal
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1465/2003 tad-19 ta’ Awissu 2003 li temenda ir-Regolament (KE) Nru. 1508/2001 li tistabbilixxi l-istandards tal-marketing għall-basal
ĠU L 210, 20.8.2003, p. 4–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2009
Official Journal L 210 , 20/08/2003 P. 0004 - 0005
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1465/2003 tad-19 ta’ Awissu 2003 li temenda ir-Regolament (KE) Nru. 1508/2001 li tistabbilixxi l-istandards tal-marketing għall-basal Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 47/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 2(2) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1508/2001 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 46/2003 [4], stabbilixxa l-istandards tal-marketing tal-basal, b’mod partikolari id-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u l-imarkar. (2) Qed isir dejjem iktar komuni fis-suq li l-ippakkettjar għall-konsumatur jkun jinsab ġo fih taħlita ta’ basal ta’ kuluri differenti u b’hekk it-talbiet ta’ ċerti konsumaturi qegħdin jintlaħqu. (3) il-kummerċ ġust jirrikjedi illi l-basal mibjugħha fl-istess pakketti iridu jkunu ta’ l-istess kwalità’. Għalhekk f’taħlita ta’ basal ta’ kuluri differenti, il-basal jridu jkunu ta’ l-istess kwalità u kull kulur ta’ basal irid ikun ta’ l-istess oriġini, varjetà u daqs meta jiġu mgħaqqudin f’daqqa għall-bejgħ. Barra dan, huwa xieraq illi dawn il-pakketti għall-bejgħ jindikaw il-kuluri preżenti, kif ukoll il-pajjiż ta’ l-oriġini ta’ kull kulur. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 1508/2001 għandu għalhek jiġi hekk emendat. (5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Frott u Ħaxix ta’ l-ikel frisk. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1508/2001 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 19 Awissu 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. [2] ĠU L 7, tal-11.1.2003, p. 64. [3] ĠU L 200, tal-25.7.2001, p. 14. [4] ĠU L 7, tal-11.1.2003, p. 61. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1508/2001 huwa emendat b’dan li ġej: 1. Fit-Titolu V (dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni), punt A (Uniformità), it-tieni paragrafu li ġej għandu jkun miżjud: "Pakketti għall-bejgħ, li għandhom piż nett ta’ mhux aktar minn tlett kilogrammi jista jkun hemm ġo fihom taħlita ta’ basal ta’ kuluri differenti, kemm il-darba dawn huma ta’ kwalità uniformi, u li l-oriġini, il-varjeta u id-daqs ta’ kull kulur huwa l-istess." 2. Fit-Titolu VI (dispożizzjonijiet dwar l-imarkar), punt B (in-Natura tal-Prodotti) u Ċ (Oriġini tal-Prodotti) huma mibdula b’dan li ġej: "B. In-Natura tal-Prodotti - "Basal" jekk il-kontenut m’huwiex viżibli minn barra, - Fil-kaz ta’ pakketti għall-bejgħ li jkun hemm go fihom taħlita ta’ kuluri differenti ta’ basal: - "Basal Mħalta" jew denominazzjoni eqwivalenti - meta l-kontenut m’huwiex viżibli minn barra, l-indikazzjoni ta’ kull kulur li hemm fil-pakkett u in-numru minimu ta’ basal ta’ kull kulur fil-pakett. C. Oriġini tal-Prodotti - Il-pajjiż ta’ l-oriġini, u, bl-għazla id-distrett fejn inkabbru, jew l-isem tal-post nazzjonali, reġjonali jew lokali, - Fil-kaz ta’ pakketti għall-bejgħ li jkun hemm ġo fihom taħlita ta’ kuluri differenti ta’ basal ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiz ta’ oriġini jrid jitniżżel ħdejn il-kulur partikolari." --------------------------------------------------