Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1460

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 1460/2003 tat-18 ta' Awissu 2003 li jistabbilixxi għas-snin ta' marketing 2003/2004 sa 2005/2006 regoli ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 fir-rigward tal-ħtiġijiet massimi tal-proviżjoni ta' zokkor mhux raffinat ta' raffineriji

    ĠU L 208, 19.8.2003, p. 12–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1460/oj

    32003R1460



    Official Journal L 208 , 19/08/2003 P. 0012 - 0013


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1460/2003

    tat-18 ta' Awissu 2003

    li jistabbilixxi għas-snin ta' marketing 2003/2004 sa 2005/2006 regoli ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 fir-rigward tal-ħtiġijiet massimi tal-proviżjoni ta' zokkor mhux raffinat ta' raffineriji

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-qasam taz-zokkor [1], kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 680/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 39 [3] u t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 41 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 li jkunu jinsabu fih dispożizzjonijiet dwar kemm hi xierqa l-proviżjoni lil raffineriji Komunitarji kif imfissra fir-raba' sottoparagrafu ta' l-Artikolu 7 [4] ta' dak ir-Regolament; dawn jinkludu l-miżuri applikabbli meta l-ħtiġijiet meqjusa massimi ta' raffineriji huma maqbużin.

    (2) Sabiex id-disposizzjonijiet li jirrigwardaw il-ħtiġijiet meqjusa massimi stabiliti fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jistgħu jiġu mħarsa hu meħtieġ li tiġi stipulata l-azzjoni li għandha tittieħed mill-Istati Membri għar-reġistrazzjoni tad-data rilevanti u li tintbagħat lill-Kummissjoni.

    (3) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaz-Zokkor,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tal-penalità stabbilita fl-Artikolu 39(4) tar-Regolatment (KE) Nru 1260/2001 l-eċċess fuq ħtiġijiet meqjusa massimi jfisser it-total tal-kwantitajiet ta':

    (a) zokkor mhux raffinat preferenzjali ta' l-ACP-l-Indja importat taħt it-Titolu II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1159/2003(3);

    (b) zokkor preferenzjali speċjali importat taħt it-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1159/2003;

    (ċ) konċessjonijiet CXL zokkor importat taħt it-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1159/2003;

    (d) zokkor mhux raffinat miksub fid-Dipartimenti Barranin Franċiżi;

    (e) zokkor mhux raffinat tal-kwoti tat-tariffa li nfetħu għall-pajjiżi l-inqas żviluppati taħt ir-Regolament tal-Kummmissjoni (KE) Nru 1381/2002(4);

    (f) kull zokkor tal-pitravi mhux raffinat għal liema użu ġie magħmul ta' l-Artikolu 38(5) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001;

    li huma fil-fatt irraffinati 'l fuq mil-ħtiġijiet meqjusa massimi stabbiliti fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jew kif imnaqqsa taħt il-paragrafu 5 ta' dak l-Artikolu.

    2. L-Istati Membri indikati fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 għandhom qabel l-1 ta' Novembru ta' kull sena ta' marketing jirreġistraw waqt li jagħmlu konverżjoni f'ekwivalent ta' zokkor abjad il-kwantitajiet ta' zokkor mhux raffinat indikati fil-paragrafu 1, il-kwantitajiet ta' zokkor raffinat in konnessjoni mas-sena ta' marketing ta' qabel mil-raffineriji indikati fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001.

    Il-konverżjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi magħmula kif speċifikat fil-Punt II.3 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 u, fuq il-bażi tal-polarizzazzjoni attwali taz-zokkor mhux raffinat, ivverifikata kif meħtieġ mill-awtoritajiet nazzjonali bl-użu tal-metodu polarimetriku bil-grad espress sa sitt postijiet deċimali.

    Artikolu 2

    1. Qabel l-1 ta' Diċembru ta' kull sena ta' marketing l-Istati Membri indikati fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

    (a) il-kwantitajiet ta' zokkor kif indikati fl-Artikolu 1(1) hawn fuq li ġew fil-fatt irraffinati in konnessjoni mas-sena ta' marketing ta' qabel, espressi bil-piż ta' zokkor fl-istat naturali u bħala ekwivalent ta' zokkor abjad skond l-Artikolu 1(2) hawn fuq;

    (b) kwalunkwe kwantitajiet għal liema l-penalità fl-Artikolu 39(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 ġiet applikata.

    2. In-notifiki indikati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu magħmulin b'mod elettroniku bl-użu tal-forom li ntbagħtu mill-Kummissjoni lill-Istati Membri għal dak l-iskop.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-18 ta' Awissu 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 178, tat-30.6.2001, pġ. 1.

    [2] ĠU L 104, ta’ l-20.4.2002, pġ. 26.

    [3] ĠU L 162, ta’ l-1.7.2003, pġ. 25.

    [4] ĠU L 200, tat-30.7.2002, pġ. 14.

    --------------------------------------------------

    Top