EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1456

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1456/2003 ta' l-14 t'Awissu 2003 li temenda għall-21 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri li jirrestrinġu kontra persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 467/2001

ĠU L 206, 15.8.2003, p. 27–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1456/oj

32003R1456



Official Journal L 206 , 15/08/2003 P. 0027 - 0028


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1456/2003

ta' l-14 t'Awissu 2003

li temenda għall-21 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri li jirrestrinġu kontra persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 881/2002 tas-27 ta'Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri li jirrestrinġu kontra persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerta merkanzija u servizzi lill-Afghanistan, li jsaħħaħ l-ibbanjar tal-ġlied u li jestendi l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban fl-Afghanistan [1], kif emendat skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 1184/2003 [2], partikolarment l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Numru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet għal min japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2) Fid-19 ta'Ġunju u fit-12 t'Awwissu 2003, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet għal min għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk, l-Anness I għandu jiġi emendat.

(3) Biex jiġi assigurat illi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Numru 881/2002 huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ta'dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Awwissu 2003.

Għall-Kummissjoni

Christopher Patten

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9.

[2] ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 21.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Numru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

1. L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu miżjuda taħt l-intestatura

"Persuni Naturali"

:

"Shamil BASAYEV, mexxej (amir) tar-Riyadus-Salikhin Reconnaissance and Sabotage Battalion of Chechen Martyrs [1]

'.

2. L-annotazzjoni

"Zelimkhan Ahmedovic (Abdul-Muslimovich) YANDARBIEV. Post tat-twelid: il-villaġġ ta' Vydriha, fir-reġjun tal-Kazakhstan tal-lvant, USSR. Data tat-twelid: 12 ta'Settembru 1952. Ċittadin: tal-Federazzjoni Russa. Passaporti: Passaport Russu 43 Numru 1600453"

taħt l-intestatura

"Persuni Naturali"

għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"Zelimkhan Ahmedovich (Abdul-Muslimovich) YANDARBIEV. Post tat-twelid: il-villaġġ ta'Vydriha, fir-reġjun tal-Kazakhstan tal-lvant, USSR. Data tat-twelid: 12 ta'Settembru 1952. ċittadini: tal-Federazzjoni Russa. Passaporti: Passaport Russu 43 Numru 1600453".

3. L-annotazzjoni

"AL-MASRI, Abu Hamza (magħruf bħala. AL-MISRI, Abu Hamza); data tat-twelid: 15 t'April 1958; 9 Alboume Road, Shepherds Bush, London W12 OLW, UK.; 8 Adie Road, Hammersmith, London W6 OPW, UK"

taħt l-intestatura

"persuna naturali"

għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"Mostafa Kamel MOSTAFA (alias a) Mustafa Kamel MUSTAFA, b) Adam Ramsey Eaman, c) Abu Hamza Al-Masri, d) Al-Masri, Abu Hamza, e) Al-Misri, Abu Hamza), 9 Alboume Road, Shepherds Bush, London W12 OLW, ir-Renju Unit; 8 Adie Road, Hammersmith, London W6 OPW, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 15 t'April 1958".

[1] Din il-persuna legali, grupp jew entità ġiet miżjuda mal-Anness I bir-Regolament (KE) Numru 414/2003, ĠU L 62, tas-6.3.2003, p. 24."

--------------------------------------------------

Top