Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1439

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/2003 tat-12 ta’ Awissu 2003 li jbiddel ir-Regolament (KE) Nru 896/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar kif jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 dwar il-proċeduri għall-importazzjoni tal-banana fil-Komunità’

    ĠU L 204, 13.8.2003, p. 30–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/02/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0219

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1439/oj

    32003R1439



    Official Journal L 204 , 13/08/2003 P. 0030 - 0031


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/2003

    tat-12 ta’ Awissu 2003

    li jbiddel ir-Regolament (KE) Nru 896/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar kif jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 dwar il-proċeduri għall-importazzjoni tal-banana fil-Komunità’

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta’ Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-banana [1], kif l-aħħar mibdul mir-Regolament (KE) Nru 2587/2001 [2], u partikolarment l-Artikolu 20 hemm imsemmi.

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 896/2001 [3], kif l-aħħar mibdul mir-Regolament (KE) Nru 1303/2003 [4], jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġi fis-seħħ Regolament (KEE) Nru 404/93, li applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2001, dwar l-amministrazzjoni ta’ kwoti tat-tariffi ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1) ta’ dan ir-Regolament.

    (2) L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 896/2001 jistabbilixxi, partikolarment, il-mod biex tistabbilixxi r-riferenza ta’ ammont għal kull operatur tradizzjonali A/B u C fuq il-prinċipju tal-medja ta’ l-importazzjoni primarja magħmula minnhom matul il-1994, 1995 u 1996 tikkonsidra l-iskop ta’ l-amministrazzjoni tal-kwota tat-tariffi mwaqqfa fil-1998.

    (3) Biex taġġorna id-data u tiffaċilita l-amministrazzjoni tar-reġim, li jwaqqaf it-tariffi tal-kwoti A/B u C miftuħa fl-2004 u imbagħad, għal 2005, il-kwantita ta’ referenza għall-esportaturi tradizzjonali għandha tiġi maħduma fuq il-bażi ta’ kemm huma użaw il-liċenżja ta’ importazzjoni maħruga lilhom taħt l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 896/2001 u/jew tiġi mogħtija lilhom taħt l-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament matul l-2002 u 2003, rispettivament.

    (4) L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali huma responsabbli li jagħmlu verifiki tad-dokumenti mitluba biex jiġi kkonfermat li l-liċenzi ta’ importazzjoni jiġu użati mid- detentur tagħhom, jew mill-persuna li ġew lilha trasferiti l-liċenzi taħt l-Artikolu 20 ir_Regolament (KE) Nru 896/2001 u d-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tat-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tal-metodu għal liċenżji ta’ importazzjoni uexportazzjoni u ċertifikati maħruġa bil-quddiem fissi għal prodotti agrikoli [5], kif l-aħħar mibdul bir-Regolament (KE) Nru 325/2003 [6].

    (5) Trid tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni speċjali ta’ l-operaturi tradizzjonali li għalihom tiġi mogħtija referenza ta’ kwalità baxxa ta’ eċċezzjoni fil-2004 u/jew 2005 minħabba it-tbatija li tolqot l-attivitajiet tagħhom matul is-sena ta’ referenza, u d-dispożizzjonijiet magħmula għal proċedura biex jittieħdu l-miżuri xierqa jekk dawn ikunu meħtieġa, fil-limiti tal-kwanita skond il-kwoti tat-tariffi A/B u C.

    (6) Ir-Regolament (KE) Nru 896/2001 ghandu jigi emendat skond ma ntqal hawn fuq.

    (7) Id-dispożizzjonijiet tar-reġim ta’ importazzjoni ma jagħtux post la għad-drittijiet miksuba u l-anqas jistgħu jiġu mitluba bħala talbiet leġittimi ta’ l-operaturi.

    (8) Dawn il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Banana,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 896/2001 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 3(1) jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "1. "operaturi tradizzjonali" tfisser aġenti ekonomici, kemm persuni naturali kif ukoll entitajiet li għandhom personalita legali, aġenti ndividwali jew gruppi, mwaqqfa fil-Kommunita’, li, f’isimhom, xtraw ammont minimu ta’ banana li ġej min pajjiżi terzi mill-produtturi jew, fejn applikabbli, ħaddmu, wasslu u biegħu dawn il-prodotti fil-Kommunita’ matul xi sena tal-perjodu ta’ riferenza użat sal-31 ta’ Dicembru 2003.

    Operazzjonijiet kif mfissra fis-subparagrafu preċedenti huwa hawnhekk iżjed "il quddiem jiġu msejjħa ‘importazzjonijiet primarji".

    L-inqas kwantita msemmija fis-subparagrafu hija 250 tunnellata, jew 20 tunnellata fejn jidħol marketing jew importazzjoni biss tal-banana b’tul ta’ 10 centimetri jew inqas."

    2. L-Artikolu 4 u 5 qed jiġu mibdula b’dan li ġej:

    "L-Artikolu 4

    1. L-ammont ta’ riferenza għal kull operatur tradizzjonali A/B u C li jibgħatu applikazzjoni bil-miktub jiġu magħrufin fuq kemm użaw il-liċenzi ta’ importazzjoni maħruġa lilhom jew trasferit lilhom taħt l-Artikolu 20 għas-sena 2002 (fil-kaz ta’ importazzjoni li saret fis-sena 2004) u 2003 (fil-kaz ta’ importazzjoni li saret fis-sena 2005), rispettivatment.

    2. Kull operator tradizzjonali għandu jibgħat applikazzjoni għar-riferenza ta’ ammont lil awtorita nazzjonali kompetenti mhux iktar tard mill-15 ta’ Settembru ta’ sena li tiġi qabel is-sena li fiha il-kwota tat-tariffi tiġi miftuħa.

    L-applikazzjonijiet irid ikolhom dettalji ta’ l-ammont ta’ banana li għalihom tinħareg liċenza għas-sena li tiġi stabilita l-ammont ta’ riferenza li jaqbel ma paragrafu 1 użat mill-applikant. Dawn irid ikollhom magħhom kopji tal-liċenzi ta’ importazzjoni użati mill-operatur applikant tradizzjonali.

    3. Operaturi li twaqqfu min għaqda ta’ operaturi tradizzjonali oħra, kull operatur bid-drittijiet tiegħu taħt dan ir-Regolament, għandhom igawdu l-istess drittijiet ta’ operaturi ta’ qabel.

    Artikolu 5

    1. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jagħmlu l-eżamijiet meħtieġa biex jistabbilixxu l-ammont ta’ riferenza ta’ l-operaturi tradizzjonali għal kull sena tas-snin 2004 u 2005. Il-punt sa fejn dawn il-liċenzi jiġu wżati jrid jiġi verifikat fuq il-bażi ta’ koppji ta’ liċenzi maħruga u użati mill-operatur li qed japplika.

    Fejn il-liċenzi jiġu trasferiti taħt l-Artikolu 20, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ l-Istati Membri msemmija għandhom ibiddlu l-informazzjoni meħtieġa.

    2. L-awtoritajiet kompetentii nazzjonali għandom jagħrfu lil Kummissjoni bis-somma ta’ kwantitajiet separata ta’ riferenza tat-tariffi tal-kwoti A/B u C mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ qabel ma il-kwota tat-tariffa giet miftuħa.

    3. Billi tuża l-informazzjoni misjuba fil-paragrafu 2, u fid-dawl ta’ l-ammonti totali misjuba taħt il-kwoti tat-tariffi A/B u C, il-Kummissjoni għandha, fejn jgħodd, twaqqaf adġustament singlu ta’ coeffiċient li jgħodd għal riferenza ta’ ammont ta’ kull operatur tradizzjonali.

    4. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jgħarrfu kull operatur tradizzjonali bir-riferenza ta’ ammont tiegħu, mibdul fejn applikabli bil-coefficient stabbilit mill-paragrafu 3, mhux iktar tard mill-15 ta’ Novembru.

    5. Meta ir-riferenza ta’ ammont mogħtija lil operatur hija baxxa li titqies bħala eċċezzjoni kawża tat-tbatija li tolqot l-attivita tiegħu matul is-sena msemmija, tista’ ssir talba mill-awtorita kompetenti nazzjonali lil Kummissjoni biex tiġi mgħarrfa t-tbatija, liema talba jkollha magħha d-dokumenti ta’ sostenn. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 404/93, dejjem ma’ l-ammonti stabiliti taħt il-kwoti tat-tariffi A/B u C.

    6. L-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru għandhom jitniżżlu fl-Anness. Dik il-lista trid tiġi mibdula mill-Kummissjoni skond tibdil mgħarraf mill-Istati Membri."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament ghandu jigi fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 12 Awissu 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 47, tal-25.2.93, p. 1.

    [2] ĠU L 345, tad-29.12.1, p. 13.

    [3] ĠU L 126, tat-8.5.1, p. 6.

    [4] ĠU L 185, ta' l-24.7.3, p. 5.

    [5] ĠU L 152, ta' l-24.6.00, p. 1.

    [6] ĠU L 47, tal-21.2.3, p. 21.

    --------------------------------------------------

    Top