Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1430

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1430/2003 tal-11 ta’ Awissu 2003 li jirrevedi l-ammont massimu ta’ taxxa B fuq produzzjoni u jemenda l-prezz minimu għax-xitla tal-pitravi B fis-settur taz-zokkor għas-sena tal-marketing 2003/2004

    ĠU L 203, 12.8.2003, p. 15–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1430/oj

    32003R1430



    Official Journal L 203 , 12/08/2003 P. 0015 - 0015


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1430/2003

    tal-11 ta’ Awissu 2003

    li jirrevedi l-ammont massimu ta’ taxxa B fuq produzzjoni u jemenda l-prezz minimu għax-xitla tal-pitravi B fis-settur taz-zokkor għas-sena tal-marketing 2003/2004

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 680/2002 [2], u partikolarment it-tieni u t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 15(8) fih imsemmi,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 15(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jipprovdi li d-danni li jirriżultaw mill-obligazzjoni li jiġi esportat zokkor żejjed tal-Komunitá għandhom jiġu koperti, sa ċerti limiti, minn taxxi fuq il-produzzjoni ta’ zokkor A u B, ta’ isoglukosju A u B u ta’ inulin sirip A and B.

    (2) L-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jipprovdi li, fejn id-dħul ta’ flus mistenni mit-taxxa tal-produzzjoni bażika u t-taxxa B, li m’għandux jeċċedi 2 % u 30 %, rispettivament, tal-prezz ta’ l-intervenzjoni għaz-zokkor abjad għal dik is-sena tal-marketing, jista’ jkun li jonqos milli jkopri t-telf totali previst għas-sena kurrenti tal-marketing, il-persentaġġ massimu ta’ taxxa B għandha tiġi aġġust skond kemm hu neċessarju biex ikopri dan it-telf totali li ssemma imma bla ma jeċċedi 37,5 %.

    (3) Skond id-data proviżorja li hi disponibbli bħalissa, id-dħul, qabel it-tibdil, tat-taxxi li għandhom jinġabru tas-sena tal-marketing 2003/2004 x’aktarx ikunu inqas mit-telf medju multiplikat maż-żejjed esportabbli. L-ammont massimu ta’ taxxa B għall-2003/04 għandha għalhekk togħla għal 37,5 % tal-prezz ta’ l-intervenzjoni taz-zokkor abjad ikkonċernat.

    (4) L-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jiffissa l-prezz minimu għax-xitla tal-pitravi B 32,42 EUR kull tunnellata metrika, suġġett għall-Artikolu 15(5) ta’ dan ir-Regolament, li jipprovdi għat-tibdil li jikkorispondi mal-prezz tax-xitla tal-pitravi B fil-każ ta’ tibdil fl-ammont massimu ta’ taxxa B.

    (5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni Għaz-Zokkor,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għas-sena tal-marketing 2003/04, l-ammont massimu ta’ taxxa B msejħa fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 għandu jiżdied għal 37,5 % tal-prezz ta’ l-intervenzjoni għaz-zokkor abjad.

    Artikolu 2

    Għas-sena tal-marketing 2003/04, il-prezz minimu għax-xitla tal-pitravi B msejħa fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 għandu jiġi fissat, bi qbil ma’ l-Artikolu 15(5) ta’ dak ir-Regolament, 28,84 EUR kull tunnellata metrika.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Awissu 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 178, 30.6.1, p. 1.

    [2] ĠU L 104, 20.4.2, p. 26.

    --------------------------------------------------

    Top