Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1287

    Ir-Regolament tal-Kunsil (KE, EURATOM) Nru 1287/2003 tal-15 ta' Lulju 2003 fuq l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (Regolament GNI)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/04/2019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1287/oj

    32003R1287



    Official Journal L 181 , 19/07/2003 P. 0001 - 0003


    Ir-Regolament tal-Kunsil (KE, EURATOM) Nru 1287/2003

    tal-15 ta' Lulju 2003

    fuq l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq

    (Regolament GNI)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tat-29 ta' Settembru 2000 fuq is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet [1], u partikolarment l-Artikolu 8(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3],

    Billi:

    (1) Is--sehem li qed jiżdied tar-riżorsi proprji tal-Komunità bbażat fuq il-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ GNPmp) ta' l-Istati Membri, jagħmilha neċessarja illi jissaħħu iżjed il-komparabiltà, l-affidabilità u l-eżawrjenza ta' dan l-aggregat.

    (2) Din id-data hija ukoll għodda analitika importanti għall-kordinazzjoni tal-politika ekonomika nazzjonali u għal politika varja tal-Komunità.

    (3) Għall-iskopijiet tar-riżorsi proprji, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tgħid illi l-GNPmp huwa ugwali għad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ GNI) kif provdut mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tas-sistema Ewropea ta' kontitjiet nazzjonali u reġjonali (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa ESA 95) skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità [4].

    (4) Id-data dwar il-GNI għandha tkun komparabbli. Dawn id-data jistgħu jkunu komparabbli biss jekk id-definizzjonijet u r-regoli tal-kontabilità relevanti tal-ESA 95 huma mħarsa. Għal dak il-għan, il-proċeduri ta' stima u d-data bażika attwalment użata għandhom jippermetu l-applikazzjoni korretta tad-definizzjonijiet u r-regoli tal-kontabilità tal-ESA 95.

    (5) Is-sorsi u l-metodi użati biex ikun kompilat il-GNI għandhom ikunu affidabbli. Dan ifisser illi metodi ta' teknikasani għandhom jiġu applikati kemm jista jkun ma' statistiċi bażiċi li huma b'saħħithom u adatti.

    (6) Id-data fuq il-GNI għandha tkun eżawrjenti. Dan ifisser illi għandhom jieħdu ukoll kont ta' l-attivitajiet li m'humiex rapportati fl-istħarriġ ta' l-istatistiċi jew lill-awtoritajiet fiskali, soċjali u awtoritajiet amministrattivi oħra. Rappurtaġġ imtejjeb tal-GNI jassumi l-iżvilupp adatt ta' bażijiet ta' l-istatistika u tal-proċeduri biex isiru l-istimi kif ukoll li jsiru aġġustamenti adegwati.

    (7) Sabiex twettaq il-missjoni tagħha li tipprovdi d-data dwar il-GNI għall-għan tar-riżorsi proprji, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri mmirati biex itejbu l-komparabilità, l-affidabilità u l-eżawrjenza tal-GNI ta' l-Istati Membri.

    (8) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom tat-13 ta' Frar 1989 dwar l-armonizzazzjoni tal-kumpilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq [5] stabbiliet proċedura biex tivverifika u tagħmel stima tal-komparabiltà, l-affidabilità u l-eżawrjenza tal-GNP fil-Kumitat tal-GNP li fih l-Istati Membri u l-Kummissjoni jikkooperaw mill-qrib. Din il-proċedura għandha tiġi aġġustata biex tieħu kont ta' l-użu tal-ESA 95 GNI għall-għan tar-riżorsi propri.

    (9) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6].

    (10) Il-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika ġie konsultat skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom tad-19 ta' Ġunju 1989 li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej [7],

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Kapitolu I

    Definizzjoni u Kalkolu tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq.

    Artikolu 1

    1. Id-dħul gross nazzjonali meħud bi prezzijiet tas-suq (GNI) u l-prodott gross domestiku bi prezzijiet tas-suq (GDP) għandhom ikunu definiti skond is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali (ESA 95).

    2. Il-PGD huwa r-riżultat finali ta' l-attività tal-produzzjoni ta' l-unitajiet tal-produttur residenti. Jista jkun definit fi tlett modi:

    (a) Il-prodott gross domestiku huwa s-somma tal-valur gross miżjud tas-setturi istituzzjonali varji jew ta' l-industriji varji li magħhom jżdiedu it-taxxi u jitnaqqsu s-sussidji fuq il-prodotti (li m'humiex allokati għas-setturi u għall-industriji). Huwa ukoll l-oġġett ta' bilanċ fil-kont totali tal-produzzjoni ta' l-ekonomija;

    (b) Il-GDP huwa s-somma ta' l-użu aħħari tal-merkanzija u s-servizzi mill-unitajiet istituzzjonali residenti (il-konsum aħħari attwali u l-formazzjoni tal-kapital grossa) li magħhom jiżdiedu l-esportazzjonijiet u jitnaqqsu l-importazzjonijiet ta' merkanzija u servizzi;

    (ċ) Il-GDP huwa s-somma ta' l-użi fil-ġenerazzjoni ekonomika sħiħa tal-kont tad-dħul (il-kumpens ta' l-impjegati, t-taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet bit-tnaqqas tas-sussidji, l-operating surplus gross u d-dħul imħallat ta' l-ekonomija sħiħa).

    3. Id-GNI jirrapreżenta d-dħul primarju sħiħ riċevut mill-unitajiet istituzzjonali residenti: il-kumpens ta' l-impjegati, t-taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni bit-tnaqqis tas-sussidji, id-dħul mill-proprjeta' (dak imdaħħal li minnhu tnaqqas dak li jiġi mħallas), operating surplus gross u d-dħul imħallat gross. Il-GNI huwa ugwali għall-GDP meta tnaqqas id-dħul primarju li għandu jitħallas mill-unitajiet residenti lill-unitajiet mhux residenti u żżid id-dħul primarju li għandu jiġi mdaħħal mill-unitajiet residenti mill-bqija tad-dinja.

    Kapitolu II

    It-tramissjoni tad-data tad-GNI u informazzjoni oħra

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dħul gross nazzjonali skond l-Artikolu 1 fil-kuntest tal-kontijiet nazzjonali regolari.

    2. Qabel it-22 ta' Settembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandu jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat), fil-kuntest tal-proċeduri tal-kontijiet nazzjonali, bil-figuri għad-dħul gross nazzjonali globali u l-komponenti tiegħu, skond id-definizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 1. Is-somom totali għall-prodott gross domestiku u l-komponenti tiegħu jistgħu jiġu pprezentati skond it-tlett approċi msemmija fl-Arikolu 1(2). Il-figuri provduti għandhom ikopru s-sena preċedenti u xi tibdil magħmul lill-figuri tas-snin preċedenti.

    3. Meta jikkomunikaw id-data msemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jittransmettu rapport fuq il-kwalità' tad-data tad-dħul gross nazzjonali lill-Kummissjoni (Eurostat). Ir-rapport għandu jipprovdi l-informazzjoni neċessarja biex juri kif l-ammont globali ġie milħuq, u partikolarment għandu jiddiskrivi jekk kienx hemm xi tibdil sinjifikanti fil-proċeduri u l-istatistiċi bażiċi wżati u jispjega r-reviżjonijiet magħmula lill-istimi tad-dħul gross domestiku preċedenti. Il-kontenut u l-format ta' dan ir-rapport għandhom ikunu skond il-gwidi mfassla mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2).

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat), skond il-linji ta' gwida mfassla mill-istess Kummissjoni u skond il-proċecura msemmija fl-Artikolu 4(2), flimkien ma' inventarju tal-proċeduri u l-istatistiċi basiċi wżati fil-kalkulazzjoni tad-dħul gross nazzjonali u l-komponenti tiegħu skond l-ESA 95. L-Istati Membri għandhom itejjbu u jaġġornaw l-inventorju tagħhom skond dawk il-linji ta' gwida.

    Kapitolu III

    Il-Proċeduri u l-kontrolli fuq il-kalkulazzjoni tad-dħul gross nazzjonali

    Artikolu 4

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "Il-Kumitat tad-dħul gross nazzjonali", kompost minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u ppreseduta mir-rappreżentant tal-Kummissjoni.

    2. Fejn tintgħamel riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

    3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

    Artikolu 5

    1. Il-Kummissjoni għandha tivverifika r-riżorsi u l-metodi wżati mill-istati Membri biex tikkalkula d-dħul gross nazzjonali. Miżuri sabiex id-data tad-dħul gross nazzjonali ikun iktar komparabbli, affidabbli u eżawrjenti għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2).

    2. Il-Kumitat tad-dħul gross nazzjonali għandu jeżamina mistoqsijiet magħmula mill-President tagħha, kemm fuq iniżjattiva tiegħu jew fuq talba ta' wieħed mir-rappreżentanti ta' l-istati Membri, li jirrigwardjaw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment b'rigward għal:

    (a) l-konformità kull sena mad-definizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 1;

    (b) l-eżaminazzjoni kull sena tad-data mibgħuta skond it-termini ta' l-Artikolu 2(2) u l-informazzjoni mibgħuta skond it-termini ta' l-Artikolu 2(3) li jirrigwardja r-riżorsi statistiċi u l-proċeduri għall-kalkulazzjoni tad-dħul gross nazzjonali u l-komponenti tiegħu. Din l-eżaminazzjoni għandha twassal għal opinjoni tal-Kumitat tad-dħul gross nazzjonali fuq kemm hu xieraq id-data tad-dħul gross nazzjonali ta' l-Istati Membri bl-iskop li tintuża bħala riżors tagħha stess b'rispett għall-affidabilita', l-komparabilita', u l-eżawrjenza tagħha. Din l-opinjoni għandha turi fuq liema dokumenti prinċipali l-eżaminazzjoni hija bbażata. Fl-istima ta' l-affidabilita', l-komparabilita', u l-eżawrjenza tad-dħul gross nazzjonali u l-komponenti tagħha l-prinċipju tal-benefiċċju u l-infiq għandu jiġi kkunsidrat.

    F'dan il-kuntest, il-prinċipju tal-benefiċċju u l-infiq jinvolvi deċiżjoni fuq id-daqs potenzali u sinjifikanza ta' attivitajiet speċifiċi jew operazzjonijiet bbażati fuq kwalunkwe informazzjoni disponibbli. Din l-informazzjoni hija ħafna drabi fuq kwalità, imma tistà tkun ta kwantità f'ċerti każi. Il-Kummissjoni (Eurostat) teżamina l-komparabilità fit-trattament ta' każijiet similari fl-Istati Membri u tirraporta lill-Kumitat tad-dħul gross nazzjonali fuq il-każijiet kollha fejn huwa kkunsidrat li l-prinċipju tal-benefiċċju u l-infiq għandu japplika. L-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju għandu jevita li jittieħdu riżorsi sproporzjonati sabiex jiġu kkalkulati oġġetti insinjifikanti;

    (ċ) espressjoni ta l-ideat tagħha, mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 4, fuq il-proposti tal-Kummissjoni li huma mmirati biex itejjbu l-kalkulazzjoni tad-dħul gross nazzjonali, li jinkludi fejn neċessarju l-interpretazzjoni tad-definizzjonijiet ta' l-ESA 95 u tikkwantifika l-impatt ta' dawn il-proposti fuq id-dħul gross nazzjonali.

    3. Il-Kumitat tad-dħul gross nazzjonali għandha tagħmel sforzi partikolari biex ittejjeb il-prattiċi tal-kumpilazzjoni tad-dħul gross nazzjonali ta' l-Istati Membri u biex ixxerred l-aħjar prattiċi f'dan il-qasam.

    Għandha ukoll tittratta ma kwistjonijiet li jirrigwardjaw ir-reviżjoni tad-data tad-dħul gross nazzjonali u l-problema tal-kompjutezza tad-dħul gross nazzjonali.

    Għandha, jekk neċessarju, tissuġġerixxi miżuri lill-Kummissjoni sabiex tagħmel id-data tad-dħul gross nazzjonali iktar komparabbli u affidabbli.

    Artikolu 6

    Mingħajr preġudizzju għall-ispezzjonijet previsti fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 [8], żjarat ta' informazzjoni għall-GNI, fejn xieraq, jistgħu jsiru b'mod konġunt fl-Istati Membri mis-servizzi tal-Kummissjoni u rappreżentanti minn Stati Membri oħra f'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri li għandhom qed issir iż-żjara. Il-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri f'dawn iż-żjarat hija volontarja.

    Kapitolu IV

    Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 7

    Qabel it-tmiem ta' l-2005, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport skond l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Artikolu 8

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Lulju 2003.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    G. Tremonti

    [1] ĠU L 253, 07.10.00, p. 42.

    [2] ĠU C 45 E, 25.02.03, p. 61.

    [3] L-opinjoni tat-12 ta' Marzu 2003 (għada mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [4] ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 359/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 58, tat-28.2.2002, p. 1).

    [5] ĠU L 49, 21.02.89, p. 26.

    [6] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23.

    [7] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

    [8] ĠU L 130, tal-31.5.2000, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top