Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1268

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/2003 tal-15 Lulju 2003 li jemenda Ir-Regolament (KE) Nru 1601/2001 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju antidumping provizjorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Ċeka, ir-Russja, tat-Tajlanda u t-Turkija.

ĠU L 180, 18.7.2003, p. 23–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1268/oj

32003R1268



Official Journal L 180 , 18/07/2003 P. 0023 - 0024


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/2003

tal-15 Lulju 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1601/2001 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju antidumping provizjorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Ċeka, ir-Russja, tat-Tajlanda u t-Turkija.

IL_KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra r-Regolamnet tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonjiet li jifqgħu s-suq minn pajjiżi li mhumiex Membri tal-Komunità Ewropea [1] u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu.,

Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURA TA' QABEL

(1) Fil-5 ta' Mejju 2000, il-Kummissjoni bdiet proċedura antidumping [2]fuq importazzjonijiet ta' ċertu ħbula jew kejbils tal-ħadid jew tal-ażżar (il-prodott konċernat) li joriġina, inter alia, fit-Turkija.

(2) Din il-proċedura finalment irriżultat f'dazju antidumping impost mir-Regolament (KE) Nru 1601/2001 [3] tat-2 Awissu 2001 biex jiġu eliminat l-effetti li jikkawżaw ħsara tad-dumping.

(3) Miżuri proviżorji kienu ġew imposti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 230/2001 [4]. Flimkien ma' dawn, il-Kummissjoni aċċettat garanzija tal-prezzijiet minn, inter alia, l-esportatur produttur Has Celik ve Halat San Tic AS (Has Celik) skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 230/2001. L-importazzjonijiet tal-prodott konċernati prodotti u esportati direttament minn Has Celik kienu ġew eżentati mid-dazju antidumping skond l-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament.

B. NUQQAS TA' KONFORMITA' MAL-ĠARANZIJA

(4) Il-garanzija offruta minn has celik tapplika biss gĦal tipi ta' prodotti konĊernat li huma elenkati f'l-anness gĦall-garanzija. Biex tkun tista' jieħu benefiċċju ta' eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju Has Celik għandha toħroġ fattura kummerċjali li takkumpanja kull bejgħ magħmul suġġett għall-garanzija (fattura kummerċjali) kif mitlub mill-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 230/2001. Il-fattura kummerċjali għandha tissodisfa ir-rekwiżiti ta' l-Anness għall-istess Regolament. Dan jistipula wkoll li l-esportazzjonjiet lejn il-Kommunità ta' tipi ta' prodotti oħra li m'humiex elenkati fżdan l-Anness huma suġġetti ghal taxxa kontra it-tifqiegħ tas-suq. Barra minn hekk, Has Celik daħlet fi ftehim li ma tbiegħx it-tipi ta' prodotti konċernat, fuq bażi ta' medja peżata ta' sitt xhur, taħt prezz minimu ta' importazzjoni (MIP) li, għal kull tip ta' prodott, huwa ukoll elenkat fl-Anness għall-garanzija.

(05) Wara spezzjoni ta' verifika fuq fil-post, ġie stabbilit li Has Celik kienet kkommettiet żewġ tipi ta' ksur tal-obbligazzjonijiet hawn fuq imsemmija. L-ewwel nett, kienet biegħet prodotti ta' tipi oħra minn dawk koperti mill-garanzija bl-użu ta' fattura kummerċjail u għalhekk ħalliet l-importaturi tagħha jaħarbu milli jħallsu id-dazju; It-tieni nett, ġie stabbilit, li l-kumpanija kienet biegġet ċertu tipi ta' prodotti koperti mill-impriża, fuq bażi ta' medja peżata ta' sitt xhur, bi prezz iktar baxx mill-MIP relevanti. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1274/2003 [5] jistabbilixxi fid-dettal in-natura tal-ksur li nstab

(6) L-aċċettazzjoni tal-garanzija ġiet irtirata mill-Kummissjoni permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni hawn fuq imsemmi u, għalhekk,dazji antidumping definittivi għandhom jiġu imposti minnufih fuq l-importazzjoni tal-prodott konċernat manifatturat minn Has Celik.

C. EMENDA TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1601/2001

(7) Fid-dawl ta' dak li ntqal aktar il' fuq u skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1601/2001 għandu jiġu emendat, u l-oġġetti manifatturata minn Has Celik għandha tkun suġġetta għar-rata xierqa ta'dazju antidumping għall dik il-kumpanija kif stabbilit fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1601/2001 (17,8 %),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tabella fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/2001 għandha tiġi mibdula mit-tabella li ġejja.

"Pajjiż | Fabbrikant | TARIC kodiċi addizzjonali |

ir-Repubblika Ċeka | ŽDB a.s. Bezruc?ova 300, 73593 Bohumín Ir-Repubblika Ċeka | A216 |

Ir-Russja | Staleprokanty Zavod,Russia, 162600 Cherepovets | A217 |

Thailand | Usha Siam Steel Ind. Public Company Limited 888/116 Il-bini Plaza Mahatun, It-Tajlanda | A218" |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 15 Lulju 2003.

F'isem il-Kunsill

Il-President

G. Tremonti

[1] ĠU L 56, 06.03.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, 07.11.2002, p. 1).

[2] ĠU C 127, 05.05.2000, p. 12.

[3] ĠU L 211, 04.08.2001, pġ.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2288/2002 (ĠU L 348, tal-21.12.2002, p. 52).

[4] ĠU L 34, 03.02.2001, p. 4. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2303/2002 (ĠU L 348, 21.12.2002, p. 80).

[5] Ara paġna 34 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Top