Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1257

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1257/2003 tal-15 ta’ Lulju 2003 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-‘Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti’ ipprovvdut fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għal ċerti prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel (Molise, Alto Crotonese, Welsh Lamb, Nürnberger Bratwürste jew Nürnberger Rostbratwürste)

    ĠU L 177, 16.7.2003, p. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1257/oj

    32003R1257



    Official Journal L 177 , 16/07/2003 P. 0003 - 0004


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1257/2003

    tal-15 ta’ Lulju 2003

    li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-‘Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti’ ipprovvdut fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għal ċerti prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel (Molise, Alto Crotonese, Welsh Lamb, Nürnberger Bratwürste jew Nürnberger Rostbratwürste)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 806/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

    Billi:

    (1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, ir-Renju Unit bagħat lill-Kummissjoni applikazzjoni sabiex jirreġistra l-isem "Welsh lamb" bħala indikazzjoni ġeografika, l-Italja bagħtet żewġ applikazzjonijiet lill-Kummissjoni biex tirreġistra l-ismijiet "Molise" u "Alto Crotonese" bħala denominazzjonjiet ta’ l-oriġini u l-Ġermanja bagħtet applikazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tirreġistra l-ismijiet "Nürnberger Bratwürste" jew "Nürnberger Rostbratwürste" bħala indikazzjonijiet ġeografiċi.

    (2) L-applikazzjonijiet instabu, skond l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Rgolament li jissodisfaw il-ħtiġiet kollha stabbiliti fih, u b’mod partikolari li fihom it-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikolu 4 tiegħu.

    (3) Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 rigward l-ismijiet mogħtija fl-Anness ta’ ma’ hawn wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċali ta’ l-Unjoni Ewropea [3].

    (4) L-ismijiet għandhom għalhekk jiddaħħlu fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u minn issa ‘l quddiem jiġu protetti fil-Komunità kollha bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

    (5) L-Anness ma’ dan ir-Reolament jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2003 [5],

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    L-ismijiet fl-Anness ta’ ma hawn huma miżjuda ma’ l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u mdaħħla fir-"Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti", bħala denominazzjonijiet protetti (PDO) ta’ l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeogafiċi protetti (PGI), kif ipprovvdut fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Lulju 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1992, p. 1.

    [2] ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1.

    [3] ĠU C 262, tad-29.10.2002, p. 6 (Alto Crotonese).ĠU C 262, tad-29.10.2002, p.9 (Molise).ĠU C 255, tat-23.10.2002, p. 17 (Welsh Lamb).ĠU C 63, tat-12.3.2002, p. 25 (Nürnberger Bratwürste jew Nürnberger Rostbratwürste).

    [4] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11.

    [5] ĠU L 124, tal-20.5.2003, p. 17.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I MAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

    Laħam frisk (u ġewwieni)

    IR-RENJU UNIT

    Welsh Lamb (PGI)

    Prodotti mil-Laħam

    IL-ĠERMANJA

    Nürnberger Bratwürste jew Nürnberger Rostbratwürste (PGI)

    Żjut u Xaħmijiet

    L-ITALJA

    Molise (PDO)

    Alto Crotonese (PDO)

    --------------------------------------------------

    Top