This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1203
Commission Regulation (EC) No 1203/2003 of 4 July 2003 amending Regulation (EC) No 1227/2000 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1493/1999 on the common organisation of the market in wine, as regards production potential
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1203/2003 ta’ l-4 ta’ Lulju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid, fir-rigward tal-potenzjal ta’ produzzjoni
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1203/2003 ta’ l-4 ta’ Lulju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid, fir-rigward tal-potenzjal ta’ produzzjoni
ĠU L 168, 5.7.2003, p. 9–9
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0555
Official Journal L 168 , 05/07/2003 P. 0009 - 0009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1203/2003 ta’ l-4 ta’ Lulju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid, fir-rigward tal-potenzjal ta’ produzzjoni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u partikolarment l-Artikoli 10, 15 u l-Artikolu 80(b) tiegħu, Billi: (1) Sabiex issib soluzzjoni għal problema prattika partikolari, il-limitu tal-ħin stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għad-deroga mill-Artikolu 2(2) għandu jkun pospost. L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet varji dwar l-għotja tad-deroga jimponi piż amministrattiv serju u kumpless, partikolarment fir-rigward ta’ kontrolli u pieni. Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, id-data in kwistjoni għandha tiġi posposta sal-31 ta’ Lulju 2004. (2) Sabiex tħalli lill-Istati Membri jħallsu għajnuna sat-tmiem ta’ sena finanzjarja, hu meħtieġ li jiġu kkjarifikati r-regoli għat-teħid in konsiderazzjoni ta’ l-infiq ivvalididat għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-15 ta’ Ottubru. (3) Hu wkoll importanti li jkun speċifikat li l-pieni applikabbli lill-finanzjament ta’ l-ispejjeż ta’ Stat Membru fejn jinnotifikaw żona iżgħar minn dak indikat fl-allokazzjonijiet għal sena partikolari ma jistgħux jiġu wżati fil-kuntest tal-mekkaniżmu għall-għemil ta’ allokazzjonijiet finanzjarji matul is-sena finanzjarja. (4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 571/2003 [4], għandu jiġi emendat skond dan. (5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Inbid, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1227/2000 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2, paragrafu 1a hu mibdul b’dan li ġej: "1a It-terminu perentorju tal-31 ta’ Lulju 2002 stabbilit fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandu jkun pospost sal-31 ta’ Lulju 2004." 2. L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 1 hu mibdul b’dan li ġej: "1. Għal kull Stat Membru, spejjeż li attwalment intefqu, ivvaliditati u ddikjarati għal kwalunkwe sena finanzjarja partikolari għandhom jiġu ffinanzjati ġol-limiti ta’ l-ammonti nnotifikati lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 16(1)(a) u (b), previst li dawk l-ammonti mhumiex fit-total iżjed mill-ammont finanzjarju allokat lill-Istat Membru skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999." (b) fil-paragrafu 4, ir-raba’ paragrafu li ġej hu miżjud: "Ammonti mhux iffinanzjati taħt dan il-paragrafu m’għandhomx ikunu mqegħdin għad-dispożizzjoni għall-iskop ta’ l-applikazzjoni tal-paragrafu 3." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 4 ta ‘ Lulju 2003. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 179, ta' l-14.7.99, p. 1. [2] ĠU L 122, tas-16.5.3, p. 1. [3] ĠU L 143, tas-16.6.00, p. 1. [4] ĠU L 82, tad-29.3.3, p. 19. --------------------------------------------------