EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1184

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1184/2003 tat-2 ta' Lulju 2003 jemenda għall-għoxrin darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) li jimponi ċerti miżuri speċifiċi u restrittivi diretti kontra ċertu persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, l-Al-Qaida network u t-Taliban, u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

ĠU L 165, 3.7.2003, p. 21–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1184/oj

32003R1184



Official Journal L 165 , 03/07/2003 P. 0021 - 0022


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1184/2003

tat-2 ta' Lulju 2003

jemenda għall-għoxrin darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) li jimponi ċerti miżuri speċifiċi u restrittivi diretti kontra ċertu persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, l-Al-Qaida network u t-Taliban, u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 ta' 27 ta' Mejju 2002 fejn impona certu miżuri speċifiċi u restrittivi diretti kontra certu persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, l-Al-Qaida network u t-Taliban, u ħassar ir-Regolament (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerta merkanzija u servizzi lejn l-Afghanistan, isaħħaħ il-projbizzjoni tat-titjiriet u jestendi l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra li jolqtu t-Taliban ta' l-Afghanistan [1], bħal ma kien l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1012/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 7, l-ewwel inċiż, tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 iniżżel il-persuni, gruppi, u entitajiet koperti bl-iffriżar tal-fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2) Fil-25 ta' Ġunju 2003, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet għal-liema l-iffriżar tal-fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom jgħoddu. Għaldaqstant l-Anness I għandu jiġi emendat kif suppost,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu hawnhekk emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ wara dak il-jum li jkun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjail ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Lulju 2003.

Għall-Kummissjoni

Christopher Patten

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9.

[2] ĠU L 146, tat-13.6.2003, p. 50.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif ġej:

Dawn l-entitajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura "Persuni Naturali":

1. Youssef ABDAOUI (alias Abu ABDULLAH, ABDELLAH, ABDULLAH), Piazza Giovane Italja 2, Varese, Italja. Post tat-twelid: Kairouan (Tuneżija). Data tat-twelid: 4 ta' Ġunju 1966.

2. Mohamed Amine AKLI (alias (a) Mohamed Amine Akli, (b) Killech Shamir, (c) Kali Sami, (d) Elias). Post tat-twelid: Abordj El Kiffani (Algerija). Data tat-twelid: 30 ta' Marzu 1972.

3. Mehrez AMDOUNI (alias (a) Fabio FUSCO, (b) Mohamed HASSAN, (c) Thale ABU). Post tat-twelid: Tuneżija (Tuneżija). Data tat-twelid: 18 ta' Diċembru 1969.

4. Chiheb Ben Mohamed AYARI (alias Abu Hchem HICHEM), Via di Saliceto 51/9, Bologna, Italja. Post tat-Twelid: Tuneżija (Tuneżija). Data tat-twelid: 19 ta' Diċembru 1965.

5. Mondher BAAZAOUI (alias HAMZA), Via di Saliceto 51/9, Bologna, Italja. Post tat-twelid: Kairouan (Tuneżija). Data tat-twelid: 18 ta' Marzu 1967.

6. Lionel DUMONT (alias (a) BILAL, (b) HAMZA, (c) Jacques BROUGERE). Post tat-twelid: Roubaix (Franza). Data tat-twelid: 21 ta' Jannar 1971.

7. Moussa Ben Amor ESSAADI (alias (a) DAH DAH, (b) ABDELRAHMMAN, (c) BECHIR), Via Milano 108, Brescia, Italja. Post tat-twelid: Tabarka (Tuneżija). Data tat-twelid: 4 ta' Diċembru 1964.

8. Rachid FETTAR (alias (a) Amine del Belgio, (b) Djaffar), Via degli Apuli 5, Milan, Italja. Post tat-twelid: Boulogin (Algerija). Data tat-twelid: 16 ta' April 1969.

9. Brahim Ben Hedili HAMAMI, Via de' Carracci 15, Casalecchio di Reno (Bologna), Italja. Post tat-twelid: Goubellat (Tuneżija). Data tat-twelid: 20 ta' Novembru 1971.

10. Khalil JARRAYA (alias (a) Khalil YARRAYA, (b) Aziz Ben Narvan ABDEL', (c) AMRO, (d) OMAR, (e) AMROU, (f) AMR) Via Bellaria 10, Bologna, Italja jew Via Lazio 3, Bologna, Italja. Post tat-twelid: Sfax (Tuneżija). Data tat-twelid: 8 ta' Frar 1969. Hu kien identifikat bħala Ben Narvan Abdel Aziz, imwieled f'Sereka (ex-Yugoslavja) fil-15 ta' Awwissu 1970.

11. Mounir Ben Habib JARRAYA (alias YARRAYA), Via Mirasole 11, Bologna, Italja jew Via Ariosto 8, Casalecchio di Reno (Bologna), Italja. Post tat-twelid: Sfax (Tuneżija). Data tat-twelid: 25 ta' Ottubru 1963.

12. Faouzi JENDOUBI (alias (a) SAID, (b) SAMIR) Via Agucchi 250, Bologna, Italja jew Via di Saliceto 51/9, Bologna, Italja. Post tat-twelid: Beja (Tuneżija). Data tat-twelid: 30 ta' Jannar 1966.

13. Fethi Ben Rebai MNASRI (alias (a) AMOR, (b) Omar ABU, (c) Fethi ALIC), Via Toscana 46, Bologna, Italja jew Via di Saliceto 51/9, Bologna, Italja. Data tat-twelid: Nefza (Tuneżija). Data tat-twelid: 6 ta' Marzu 1969.

14. Najib OUAZ, Vicolo dei Prati 2/2, Bologna, Italja. Post tat-twelid: Hekaima (Tuneżija). Data tat-twelid: 12 ta' April 1960.

15. Ahmed Hosni RARRBO (alias ABDALLAH, ABDULLAH). Post tat-twelid: Bologhine (Algerija). Data tat-twelid: 12 ta' Settembru 1974.

16. Nedal SALEH (alias HITEM), Via Milano 105, Casal di Principe (Caserta), Italja jew Via di Saliceto 51/9, Bologna, Italja. Post tat-twelid: Taiz (Jemen). Data tat-twelid: 1 ta' Marzu 1970.

17. Zelimkhan Ahmedovic (Abdul-Muslimovich) YANDARBIEV. Post tat-twelid: villaġġ ta' Vydriha, mir-reġjun ta' Kazakhstan tal-Lvant, USSR. Data tat-twelid: 12 ta' Settembru 1952. Ċittadinanza: Il-Federazzjoni Russa. Passaporti: Passaport Russu 43 Nru 1600453.

--------------------------------------------------

Top