EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1029

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/2003 tas-16 ta’ Ġunju 2003 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja sabiex jiġu stabbiliti l-limiti massimi tal-fdalijiet tal-prodotti veterinarji mediċinali fl-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimaliTest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 149, 17.6.2003, p. 15–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0470

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1029/oj

32003R1029



Official Journal L 149 , 17/06/2003 P. 0015 - 0017


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/2003

tas-16 ta’ Ġunju 2003

li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja sabiex jiġu stabbiliti l-limiti massimi tal-fdalijiet tal-prodotti veterinarji mediċinali fl-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja sabiex jiġu stabbiliti l-limiti massimi tal-fdalijiet tal-prodotti veterinarji mediċinali fl-oġġetti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 739/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 tiegħu,

Billi:

(1) Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90, il-limiti massimi tal-fdalijiet iridu jiġu stabbiliti b’mod progressiv għas-sustanzi kollha attivi farmakoloġikament li jintużaw ġewwa l-Komunità fil-prodotti veterinarji mediċinali maħsuba għalbiex jiġu amministrati lill-annimali li jipproduċu l-ikel.

(2) Il-limiti massimi tal-fdalijiet għandhom jiġu stabbiliti biss wara eżaminazzjoni fi ħdan il-Kumitat tal-Prodotti Veterinarji Mediċinali tat-tagħrif kollu rilevanti li jirrigwarda s-sigurtà tal-fdalijiet tas-sustanza interessata għall-konsumatur ta’ l-oġġeti ta’ l-ikel li joriġinw mill-annimali u l-impatt tal-fdalijiet fuq il-proċessar industrijali ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel.

(3) Meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-limiti massimi tal-fdalijiet għall-prodotti veterinarji mediċinali fl-oġġetti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat l-ispeċje ta’ l-annimal li fih jistgħu jkunu preżenti l-fdalijiet, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti rilevanti tal-laħam miksuba mill-annimal ittrattat (it-tessut tal-mira) u n-natura tal-fdal li jkun rilevanti għall-monitoraġġ tal-fdalijiet (fdal markatur).

(4) Sabiex jiġu kkontrollati l-fdalijiet, kif ipprovvdut fil-leġislazzjoni approprjata Komunitarja, il-limiti massimi tal-fdalijiet is-soltu jridu jiġu stabbiliti għat-tessuti fil-mira fil-fwied jew fil-kliewi. Madankollu, il-fwied u l-kliewi spiss ikunu mneħħija mill-karkassi mexjin fil-kummerċ internazzjonali, u l-limiti massimi tal-fdalijiet għandhom għalhekk dejjem jiġu stabbiliti għat-tessuti tal-muskoli jew tax-xaħam.

(5) Fil-każ tal-prodotti veterinarji mediċinali maħsuba sabiex jintużaw għat-tjur qrejjaq, għall-annimali li jreddgħu jew għan-naħal tal-għasel, il-limiti massimi tal-fdalijiet iridu jiġu stabbiliti wkoll għall-bajd, għall-ħalib jew għall-għasel.

(6) Iċ-Ċipermetrin għandu jiddaħħal fl-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(7) L-Aċidu Aċetilsaliċiliku, l-Aċidu Aċetilsaliċiliku DL-lisin, il-Kalċju Karbasalat u s-Sodju Aċetilsaliċilat għandhom jiġu mdaħħla fl-Anness II mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(8) Għandu jitħalla perjodu adegwat taż-żmien qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri li jagħmlu kull aġġustament li jista’ jkun meħtieġ għall-awtorizzazzjonijiet sabiex il-prodotti veterinarji mediċinali interessati jitqiegħdu fis-suq li jkun ġie konċess skond id-Direttiva 201/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3] sabiex jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(9) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Veterinarji Mediċinali,

ADOTTAT IR-REGOLAMENT LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Annessi I and II mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90/KE huma hawnhekk emendati kif iddikjarat fl-Anness ta’ ma’ hawn.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mis-60 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Ġunju 3003.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

[2] ĠU L 106, tad-29.4.2003, p. 9.

[3] ĠU L 311, tat-28.11.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

A. L-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 jiġi emendat kif ġej:

2. L-aġenti antiparassitiċi

2.2. L-aġenti li jaġixxi kontra l-ektparassiti

2.2.3. Il-Priretrojdi

"Is-sustanza/i attiva/i farmakoloġikament | Il-Fdal markatur | L-Ispeċje ta' l-Annimal | L-MRLijiet | It-tessuti fil-mira |

Iċ-Ċipermetrin | Iċ-Ċipermetrin (is-somma ta' l-isomeri) | Is-Salmonidi | 50 µg/kg | Il-Muskoli u l-ġilda fi proprozjonijiet naturali" |

B. L-Anness II mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat kif ġej:

2. Il-Komposti organiċi

"Is-sustanza/i attiva/i farmakoloġikament | L-Ispeċje ta' l-annimal |

L-Aċidu Aċetisaliċiliku | L-ispeċji kollha li jipproduċu l-ikel minbarra l-ħut |

L-Aċidu Aċetisaliċiliku DL-lisin | L-ispeċji kollha li jipproduċu l-ikel minbarra l-ħut |

Il-Kalċju Karbasalat | L-ispeċji kollha li jipproduċu l-ikel minbarra l-ħut |

Is-Sodju aċetisaliċilat | L-ispeċji kollha li jipproduċu l-ikel minbarra l-ħut |

--------------------------------------------------

Top